Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1496176
10 IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 • illum 1 intervista IL-ĦADD 2 TA' APRIL 2023 • illum 'Ma nistgħux inżommu lil Għawdex L-iżvilupp irid isir' Charlene Farrugia 'Aktar serq, aktar kriminalità, aktar żvilupp u inqas servizzi tas-saħħa.' Hekk jaħseb il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għal Għawdex Alex Borg. Imma possibbli ma hemm xejn tajjeb? L-ILLUM tistaqsih dwar il- kuntratt tal-VGH, il-viżjoni tiegħu għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u l-ambizzjonijiet politiċi tiegħu, fost oħrajn ANTHEA CACHIA Il-ġimgħa li għaddiet l-ILLUM intervistat wiċċ ġdid fil- Grupp Parlamentari Laburista u din id-darba, il-gazzetta ħarset lejn in-naħa l-oħra tal-Kamra. Ġdid, Għawdxi, żagħżugħ u minn ta' quddiem fil-ġlieda kontra l-VGH... Niltaqgħu mal-Kelliem tal- Partit Nazzjonalista għal Għawdex, Alex Borg. Fost it- temi li iddiskutiet, l-ILLUM tistaqsih fuq il-konċessjonijiet tat-tliet sptarijiet, l-infurzar u l-iżvilupp f 'Għawdex u l-ambizzjonijiet tiegħu politiċi. U xi darba... Se narawh bħala mexxej tal-Partit Nazzjonalista? 'Il-konċessjoni kienet premeditata: Jakkwistaw kemm jifilħu u ma joffrux servizz lura' Bla ebda dubju din il-gazzetta ma setgħetx ma tistaqsix fuq il-kuntratt tal-VGH/Steward. Borg, filwaqt li kien voċiferu fuq dan il-kuntratt - iddikjarat null – kien dejjem wara l-eks Kap tal- Partit Nazzjonalista u Deputat Adrian Delia, li kien il-kaptan biex din il-battalja tintrebaħ. L-ILLUM tagħmel referenza għall-appell tal-PN li tintrefa' responsabilità politika. Imma xi tfisser responsabilità? Kif se ssir ġustizzja? Riżenji u arresti? Borg ifakkar li s-sentenza tal- Imħallef Francesco Depasquale hija waħda storika għal pajjiżna u li l-kuntratt li sar kien mill- bidu nett ivvizzjat. "Kważi, kważi tista' tgħid li kien premeditat min-naħa ta' Steward u Vitals. Kien hemm l-intenzjoni ħażina li se joffru servizz lill- poplu imma daħlu bl-għan li jakkwistaw kemm jifilħu flus minn fuq dahar il-poplu Malti u Għawdxi," kompla Borg. Spjega li hemm miljuni ta' flus imħallsa mit-taxxi tal-poplu fin-nofs u huwa għalhekk li l-Oppożizzjoni qed titfa' pressjoni biex tintrefa' responsabilità politika. L-ILLUM terġa' tistaqsi dwar kif għandha tintrefa' din ir- responsabilità li tant qed jappella għaliha. "Jekk Steward naqsu mill- obbligi tagħhom u ħadu dawn il-flus aħna qed nitolbu li tinġarr ir-responsabilità. Għalhekk qed nagħmlu pressjoni fuq il-Gvern u l-Prim Ministru Robert Abela u l-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà biex jieħu l-passi kriminali kontra minn jista' jkun responsabbli biex issir verament il-ġustizzja f 'dan il-każ," tenna Borg. Ta' min infakkru li l-Prim Ministru Robert Abela għamel talba lill-Awditur Ġenerali biex jagħmel analiżi tal-ħlasijiet u s-servizzi li ngħataw lil Steward, biex fejn hemm x'jirkupra l-Gvern – jekk ikun hemm – ikun jista' jagħmel dan. L-ILLUM terġa' tistaqsih x'tip ta' responsabilità qed jesiġi li tintrefa' u jwieġeb li qabel ma ssir investigazzjoni biex jiġi magħruf min verament iffaċilità jew kien responsabbli għal dan "is-serq sfaċċat" tal-poplu, huwa għalxejn li wieħed jgħid min kien ħati u min irid jirreżenja jew le. "Però, iva, il-Gvern għen biex Vitals u Steward komplew jisirqu l-miljuni," żied Borg. Huwa fakkar ukoll li huwa verament importanti li jittieħdu l-passi neċessarji biex "dawk li serqu l-miljuni jerġgħu jirritornaw il- flus" u jagħmlu l-investiment li ġie imwiegħed lill-poplu Malti u Għawdxi kollu. Qal li fl-aħħar minn l-aħħar dawn il-flus ittieħdu mit-taxxi u minflok marru għand Steward setgħu jintużaw għal skopijiet tajba, ta' saħħa. Hawn qajjem il- punt li fejn jirrigwardja l-poplu Għawdxi, ġie imwiegħed sptar b'400 sodda, state of the art, b'servizzi tajbin, "imma ma sar xejn." Kompla jgħid li kellu l-opportunità li jitkellem ma' paramediċi li infurmawh li l-ambulanza qed taqsam bejn Malta u Għawdex tliet darbiet kuljum għax mhux kull servizz huwa offrut fl-isptar. 'Is-servizzi tas-saħħa mhux dritt ta' persuna biss imma obbligu tal-Gvern' Huwa stat ta' fatt li l-investimenti li kellhom isiru, ma sarux jew ħafna minnhom ma sarux. Alex Borg x'bidliet irid jara fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? "Hemm ħafna xi jsir. L-Isptar preżenti m'għadux adegwat għas-servizzi li jinħtieġu llum," qal id-Deputat Nazzjonalista. Spjega li waħda mill-aktar affarjiet bażiċi li għandhom jiġu introdotti huma l-MRIs u tipi differenti ta' kimoterapija. "Għaliex pazjent għandu jkollu l-iskariġġ żejjed, apparti l-qagħda ta' saħħtu li jmur Malta għal dawn is-servizzi?" staqsa Borg. Qal li żgur u mhux forsi li dawk il-pazjeni li għandhom il-kanċer diġà jkunu għaddejjin minn sofferenza u m'hemmx għalfejn ikollhom inkonvenjent ieħor li joqgħodu jaqsmu bejn Malta u Għawdex. Filwaqt li tenna li hemm ħafna x'jista' jsir jemmen li qabel kollox irid ikun hemm ir-rieda politika biex dawn u affarjiet oħra jiġu introdotti. Lil hinn minn hekk huwa għamel referenza għall-infrastruttura u li hemm bżonn ta' modernizzar. "Jekk ikun hemm l-investiment li ġejna mwegħda, żgur li l-Għawdxin se jiggwadanjaw, għax is-servizzi tas-saħħa mhumiex dritt tal- persuna biss iżda obbligu tal- Gvern li jiggarantiha lil poplu," insista Borg. 'Ma tirrikonoxxix li l-proġett ta' Barts kien ta' suċċess?' Tajjeb li nfakkru li l-iskola medika Barts, fetħet kampus f 'Għawdex biex l-istudenti jitħarrġu għal karrieri fi ħdan is- settur tas-saħħa. Dan il-kampus kien mibni minn Steward Malta. Filwaqt li l-kritika hija tajba, Borg ma jirrikonoxxix li dan il- proġett kien ta' suċċess? Sostna li fejn hu tajjeb ma jgħidx li huwa ħażin u li l-iskola tal-Barts kien proġett tajjeb li ħalla investiment ugwalment tajjeb f 'Għawdex. Tant hu hekk illi qal mal-ILLUM li għandna nibqgħu naraw investimenti simili biex l-Għawdxi jibqa' jiggwadanja, mhux biss minn investimenti, iżda wkoll min- niċċa ġdida ta' turiżmu. "Naċċetta u nħoss li l-Oppożizzjoni għandha tfaħħar dan il-proġett, però għandna Alex Borg