Illum latest edition

ILLUM 9 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1496717

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 19

15 editorjal illum • IL-ĦADD 9 TA' APRIL 2023 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt D an l-Editorjal qatt ma tela' fuq pedestalli, qatt ma ppretenda li huwa aħjar minn ħaddieħor u aktar intelliġenti. Is-superjorità qatt ma kienet il-fortè ta' din il-gazzetta. Kien skjaċċanti fejn kellu bżonn ikun, iebes fejn kien hemm bżonn. Kien wieħed mill-aktar editorjali iebsin fil-konfront tal-kuntratt mal-Vitals Global Healthcare, mhux issa imma ħafna ilu. Kien wieħed mill-editorjali li ma ddejjaqx jgħid li l-Partit Nazzjonalista kellu bżonn bidla u ddejjaq inqas jgħid li dik il-bidla ma swietx biex il-partit ikun aktar b'saħħtu. Snin ilu din il-gazzetta ma ddejqet xejn tallinea ruħha ma' nies bħall-mibki Charles Miceli u Yana Mintoff Bland fuq il-kwistjonijiet tal-kirjiet privati. Qalulna "mela din storja? Mela aħna komunisti?" Imma aħna fehemna li r-risposta għar-rgħiba huwa Gvern li jwieżen u l-Gvern wieżen u ħa azzjoni. U din kienet rebħa, mhux għalina imma għall-poplu, speċjalment għal min huwa batut. Dan l-editorjal ma ddejjaqx ifaħħar fejn jeħtieġ u jkun kritiku ħafna ta Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi. Faħħarnih lil Muscat fuq il-bidliet soċjali kbar li ġab, imma kkritikajnih għax ħalla elementi fil- Gvern jikbru - tant li kellu jirriżenja. Mhux għax għandna odju, lanqas xejn. Imma għax pretedejna aħjar, ħafna aħjar. Dan l-editorjal qalha kif inhi fuq Daphne Caruana Galizia, li huwa vera li kellha stil xi kultant kattiv u klassista u vera wkoll li b'kitbietha weġġgħet nies li ma kellhiex tweġġa'. Pero veru wkoll li kellha stejjer li heżżu l-klassi politika. Veru li l-istil ta' ċerti kitbiet ma jneħħi xejn mis-serjetà u l-oxxenità tal-assassinju tagħha. Mill-ħsara li saret lil Malta b'dan l-assassinju, il-ħsara morali li saret lill-familja tagħha u l-ħsara li saret lir-reputazzjoni ta' pajjiżna. U nittamaw li fiż-żmien li ġej issir ġustizzja. U dan m'għidnihx għax aħna "nazzjonalisti" kif kien hemm min ittimbrana, imma għax ir-raġuni ma tridx forza. L-antipatiji personali tagħna ħallejnihom warajna u ngħaqadna bħala tim, minn sfond differenti, biex inkunu kemm jista' jkun ġusti f 'dak li ngħidu Dan l-editorjal ma ddejjaq xejn ifaħħar lill- PM Robert Abela għal mod kif mexxa dan il-pajjiż waqt l-agħar kriżi possibbli mit-Tieni Gwerra Dinjija. Mhux biss mill-aspett ta' saħħa u l-fatt li r-rata ta' vaċċinazzjoni kienet fost l-aqwa fid-dinja, imma wkoll mill-aspett ekonomiku. Minkejja l-kritika u anke d-diżillużjoni, il- PM kurrenti wera li jieħu d-deċiżjonijiet fejn ikun hemm bżonn u fejn ħaddieħor qagħad jistenna u jittituba. Konrad Mizzi kellu jitkeċċa? Tkeċċa. Rosianne Cutajar kellha titneħħa? Tneħħiet. Din hija l-politika li rridu nibqgħu naraw u nistennew. Il-politika ta' standards għolja, fejn min jiżbalja bil-kbir, jitlaq. Hekk għandu jibqa' jmexxi Robert Abela, fl-opinjoni ta' dan l-editorjal. Pero' aktar minn kollox f 'dawn it-tmien snin dan l-editorjal ħalla l-aktar spazju għan- nies. Għax aħna qegħdin hawn għan-nies. Il-ġurnaliżmu qiegħed hemm għan-nies, biex ikunu infurmati, biex jingħataw kuntest ta' storja jew fatt u biex il-weġgħat tagħhom - meta leġġittimi - jkunu mħarsa u protetti. Kemm jekk hux residenti li qed jiffaċċjaw trabijiet u inkonvejenti kbar minn żviluppaturi, kemm jekk hux bdiewa li qed jintalbu jħallu arthom biex din tkun żviluppata, kemm għal dawk li qed jgħixu fil-faqar u qed jiffaċċjaw problema kbira ta' inflazzjoni, għal dawk li qed jistennew biex ikollhom akkomodazzjoni soċjali. Jekk humiex persuni li ħassew li saret inġustizzja kontrihom jew persuni oħrajn li ħassewhom minsija mis-sistema. Qatt ma ddejjaqna nitkellmu favur minoranzi, kemm jekk huwa fil-moda u anke jekk le. Din kienet l-ewwel gazzetta li kitbet editorjal favur żwieġ bejn persuni tal-istess sess u baqgħet waħda mill-aktar gazzetti bil-malti liberali. U ta' dan ma jiddispjaċina xejn. Pero' tkellimna wkoll kontra l-kultura tal-mewt fl-ibħra tagħna, kontra l-mibgħeda razzjali u kontra l-preġudizzji. Kontra l-abbuż fuq il-post tax-xogħol. Aħna konna u bqajna tfal tal-ħaddiema, li jridu jkunu mezz ta' vuċi għall-ħaddiem. Dan l-editorjal ma ddejjaqx jikkritika lill-Partit Nazzjonalista meta dan falla mill-obbligi tiegħu bħala Oppożizzjoni u ppermetta lilu nnifsu li jidħol fi sqaq li minnu qed isib diffikultà biex joħroġ. Kellna relazzjoni xi it tempestuża mal-Knisja u t-tmexxija tal-Knisja. Imma mill-ġdid, mhux b'odju. Ngħarfu l-irwol kruċjali tal-Knisja fuq bażi komunitarju u anke nazzjonali, fil-ħidma tagħha kontra min jispiċċa vittma tad-droga, favur nisa li jsofru minn vjolenza domestika. Ngħarfu wkoll l-iżbalji li saru mill-Knisja u kemm huwa importanti li din titgħallem minnhom. F'dawn it-tmien snin konna u bqajna nemmnu bis-sħiħ u bil-qawwi fl-irwol tal- għaqdiet non governattivi. Għaqdiet bħal Graffitti, li b'saħħa kbira u b'appoġġ popolari, ġabu l-bidla. Waqqfu oxxentitajiet li kienu se jsiru u baqgħu dejjem kredibbli. Minn hawn inselmulhom u nirringrazzjawhom tas- servizz li qed jagħtu lil pajjiżna. Konna qaddisin? U żgur li le. Stajna weġġajna lil xi ħadd bi kliema? Iva, u ta' dan nitolbu skuża. Ħadna żbalji? Iva ħadna u ta' dan nitolbu skuża wkoll. Imma konna mmexxjin minn ħaġa waħda u ħsieb wieħed: Ir-rieda ta' pajjiż aħjar, ta' klassi politika aħjar, ta' sistema ta' trasport moderna, ta' pajjiż li jwieżen lill-fqir u li jirrispetta d-diversità. Ta' pajjiż li jgħożż l-għeruq tiegħu, imma jimxi maż-żminijiet. Fiċ-ċokon tagħna pruvajna kemm nistgħu nkunu aġenti tal-bidla. Dan l-Editorjal mhux lil-Labour jew lin- Nazzjonalisti jħobb, imma lil Malta. Għalhekk ngħiduha u niktbuha mill-qalb u bla mistħija - kif kien jgħidha b'tant passjoni l-eks Prim Ministru ta' Malta Duminku Mintoff - Malta l-ewwel u qabel kollox! NOTA EDITORJALI Dan huwa l-aħħar editorjal tiegħi. Nirringrazzjakom talli segwejtuna, talli qbiltu magħna, talli ma qbiltux magħna u kkritikajtuna, talli kellimtuna u talli tajtuna s-sostenn u l-kuraġġ biex nibqgħu għaddejjin. L-Għid it-tajjeb lilkom, lill- familja tagħkom, lil qrabatkom u lil ħbieb tagħkom. Malta l-ewwel u qabel kollox

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - ILLUM 9 April 2023