Illum latest edition

ILLUM 9 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1496717

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 19

04 aħbarijiet IL-ĦADD 9 TA' APRIL 2023 • illum Diviżjoni tal-Istrateġija u l-Implimentazzjoni (Fondi UE) Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u Artijiet Sejħa għal Konsultazzjoni Pubblika Id-Direttur Ġenerali, Diviżjoni tal-Istrateġija u l-Implimentazzjoni (Fondi UE) fi ħdan il- Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u Artijiet, jgħarraf lill- pubbliku nġenerali u partijiet interessati, bis- sejħa għall-konsultazzjoni pubblika dwar l-inizzjattivi ta' Malta għal REPowerEU bħala parti mill- Faċilità ta' Rkupru u Reżiljenza (RRF) għal Malta. Id-Dokument jista' jiġi aċċessat fuq l-indirizz tas-sit elettroniku hawn taħt https://fondi.eu/programme/recovery-and-resilience-plan/ jew billi tinkiseb kopja mid- Diviżjoni tal-Istrateġija u l-Implimentazzjoni, Sezzjoni Fondi Ewropej, 32, House of Catalunya, Triq Marsamxett, Il-Belt Valletta, VLT 1850. Dawk interessati huma mistiedna jibagħtu proposti, suġġerimenti u kummenti fuq l-indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt jew billi jibgħatu bil-posta indirizzata lid- Diviżjoni tal-Istrateġija u l- Implimentazzjoni, Sezzjoni Fondi Ewropej, 32, House of Catalunya, Triq Marsamxett, Il-Belt Valletta, VLT 1850. Sottomissjonijiet jistgħu jintbagħtu sal-17:00hrs CEST tal-Gimgħa, 21 t'April, 2023 Proposti li jaslu tard ma jiġux ikkunsidrati. L-'evidenza' ta' Stivala li wħud mill-e-NGO's huma fl-istess but tan-negozjanti tmur quddiem il- Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji Il-Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji, Jesmond Saliba, qed jara u jinvestiga l-informazzjoni u l-'evidenza' ppreżentata lilu mill- President tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi ta' Malta, Michael Stivala, li allega li wħud mill-eNGO's jaċċettaw flus min-negozjanti biex imexxu kampanji u jiħu każijiet fil- Qorti biex jagħmlu l-ħsara lill- kompetituri tagħhom. Fi stqarrija konġunta mal-Kummissarju, Stivala wera l-fiduċja sħiħa tiegħu fl-intenzjonijiet tal-istess Kummissarju. "Għandi fiduċja sħiħa li fl- irwol tiegħek ta' Kummissarju tas-Settur Volontarju, għanek il- poteri neċessarji biex tinvestiga l-allegazzjonijiet li għamilt, u li fejn dawn l-allegazzjonijiet se jaffettwaw il-kredibbiltà tas- settur, se tkun qed tieħu l-azzjoni meħtieġa," qal Stivala. B'reazzjoni għal dan, e Ramblers Association, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Birdlife Malta, Friends of the Earth, Nature Trust, Din l-Art Ħelwa u l-Moviment Graffitti, ċaħdu dawn l-allegazzjonijiet ta' Stivala. Saliba ta 48 siegħa biex Stivala jissostanzja dawn l-allegazzjonijiet. Stivala qal li min-naħa tiegħu se jkun qed jgħaddi l-informazzjoni kollha lill-Kummissarju b'mod kunfidenzjali biex ikun jista' jinvestiga. Hu qal li jinsab ċert li r-riżultat ta' din l-investigazzjoni, li se jkun wieħed finali, se jkun qed jindirizza diversi kwistjonijiet. Stivala qal li jinsab lest biex jikkopera fuq każijiet oħra li waslu għand il-Kummissarju fl- aħħar ġranet u li dwarhom hemm l-evidenza. Hu qal li l-kummenti li għamel kienu speċifikament marbuta mal-każijiet li preżenta u li dawn kienu dwar uħud mill- E-NGOs u mhux mal-1,800 organizazzjoni volontarja li għandna f 'pajjiżna, kif xi wħud pruvaw jinterpretaw. Michael Stivala qal li mhux se jkun qed jagħti aktar kummenti fuq is-suġġett qabel ma titlesta l-investigazzjoni. Stivala qal ukoll li f 'kull intervista li se jkun qed jagħti fir-rwol tiegħu ta' President tal-MDA mhux se jkun qed jitkellem dwar dak li hu relatat ma' dan il-każ. Ir-raba' edizzjoni ta' 'The Mqabba 5K' b'risq ALS Malta u Dar Bjorn organizzata mis- Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba se ssir it- Tnejn l-1 ta' Mejju. L-attività se tkun ġirja u mixja fuq distanza ta' ħames kilometri għall-kbar u ġirja għat-tfal fuq distanza ta' żewġ kilometri u nofs. Għat-tieni sena konsekuttiva, l-attività se tinkludi wkoll 'wheelchair race' esklussivament għal persuni li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti. L-organizzazzjoni ta' dan l-avveniment qed tkun mgħejjuna finanzjarjament mill-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal- Konsumatur. F'kelmtejn li għamlet waqt it-tnedija ta' dan l-avveniment, il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur, Julia Farrugia Portelli, qalet li l-inizjattiva li qed tieħu s-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, tinkwadra perfettament f 'dak li tgħid l-Istrateġija Nazzjonali għall- Persuni b'Diżabilità, fejn jirrigwarda aċċess għall-isport. "L-attività hi messaġġ b'saħħtu favur dan il-prinċipju ewlieni tagħna. Il-parteċipanti f 'din il- kategorija se jkunu ta' eżempju u ladarba jkun hemm ir-rieda, xejn m'għandu jwaqqaf il- parteċipazzjoni ta' persuni b'diżabilità f 'attivitajiet bħal dawn," sostniet il-Ministru Farrugia Portelli. Bjorn Formosa, Chairperson ta' ALS Malta rringrazzja lis- Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju u lill-Ministeru għall- impenn tagħhom favur soċjetà aktar inklussiva. Titnieda r-raba' edizzjoni ta' 'The Mqabba 5K' b'risq ALS Malta u Dar Bjorn Michael Stivala

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - ILLUM 9 April 2023