Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1496719
08 kultura IL-ĦADD 9 TA' APRIL 2023 • illum L-Istorja, it-tradizzjoni u l-emozzjonijiet wara l-Irxoxt ta' Bormla ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Illum huwa Ħadd il-Għid, mhux biss l-akbar festa tal- Knisja Kattolika imma wkoll ġurnata illi fiha l-familji u l-ħbieb jiltaqgħu fid-djar ta' xulxin biex jiċelebraw u jieklu ikla tajba u xi figolla jew tlieta, filwaqt li eluf ta' nies jerħulha lejn diversi bnadi tal-pajjiż biex jaraw l-Irxoxt. Irħula bħal Ħaż Żebbuġ, Ħal Qormi u ż-Żejtun jimtlew bl- attività fi spirtu ta' festa anke jekk l-aktar mfittxija u l-aktar popolari jibqgħu l-Irxoxtijiet tal- Kottonera: Bormla, il-Birgu u l-Isla. U proprju din il-ġimgħa l-gazzetta ILLUM bdiet il-ġurnata tal-Erbgħa tat-Tniebri - il-jum li fih jibda l-perjodu li jfakkar il- passjoni ta' Ġesu - billi marret l-Kolleġġjata ta' Bormla biex titkellem ma' John Galea dwar il-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa u r-rabta profonda li hemm bejn il-poplu Bormliż u dawn il-jiem solenni u kkuluriti li niċċelebraw b'tant orgolju. 'Naraw l-istess entużjażmu li tal-festa' Insibu lil Galea għaddej bix- xogħol, flimkien ma' diversi persuni għaddejjin b'ħidma ma taqta' xejn jippreperaw il-kostumi għall-purċissjoni għall-Ġimgħa l-Kbira u l-arranġamenti tal-uri bojod għas-Sepulkru. Nimxu għas-Sagristija antikissima għal it kwiet u nistaqsu dwar ir-rabta bejn il-Bormliżi u dawn il-festi. Huwa qal li għall-Bormliżi din il-festa hija importanti daqs dik tal-Immakulata Kunċizzjoni ċċelebrata fit-8 ta' Diċembru. "Fil-fatt l-entużjażmu li naraw fil-festa, nerġgħu narawh f 'dawn il-jiem meta l-voluntiera jibdew ġejjin bi ħġarhom biex hekk kif jibda r-Randan jibdew joħorġu l-vari," spjega Galea. Fil-fatt meta morna għall- intervista l-Kolleġġjata storika u mill-isbaħ Bormliża kienet imżejna kollha damask iswed, biex tilbes is-sobrjetà mistennija fiż-żmien tal-Ġimgħa l-Kbira. Galea jagħti kuntest storiku u jispjega kif il-kult tal-Ġimgħa l-Kbira huwa antik f 'Bormla u jmur lura għat-twaqqif tal- Fratellanza tal-Kurċifiss fl- 1674, li kienet bdiet torganizza purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira sa mill-1690. "Jiġifieri dan huwa kult antik ħafna u waħda mill- ewwel purċissjonijiet fil-pajjiż," saħaq mal-ILLUM Galea. Huwa spjega kif il-vari kienu inbiddlu sakemm saru dawn tal- lum, f 'nofs is-seklu 19 minn Karlu Darmanin u Pawlu Azzopardi. Minn Kreta sa Bormla... Galea mbagħad, għall- attenzjoni u l-interess ta' din il-gazzetta, mar lura fl-Istorja u spjega kif kienet twaqqfet l-istess fratellanza u kif din hija marbuta mal-Kurċifiss ta' Kandja li jinsab fil-Kolleġġjata. "Meta Kandja, fi Kreta, ċediet għall-Ottomani dawn ħallew lill-insara jitilqu b'dak li xtaqu. U fosthom kien hemm Patri Molina li dan il- kurċifiss tah lil wieħed Malti." Galea kompla jispjega kif tah lil persuna minn Malta proprju għax il-Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann ta' dak iż-żmien (Cottoner) kien bagħat xwieni biex jgħinu fl-assedju. Intant lura Malta dan ir-raġel ħa dan il-kurċifiss fil-Knisja ta' Bormla minflok fid-Dumnikani tal-Birgu, fejn fil-fatt jispjega li kien iddestinat, xi ħaġa li wasslet biex infetħet kawża quddiem il-Qorti tal-Vatikan li kellha tiddeċiedi fejn imur dan il- kurċifiss minn Kandja. Sal-lum dan għadu fil-Kolleġġjata tal- Kunċiżżjoni. Huwa qal li tant kienet qawwija d-devozzjoni li meta nbniet il- Knisja preżenti bejn l-1680 u l-1722 sar kappellun apposta għalih. Fanali għad-dlam, it-tanbur li jħabbar u l-Palma minflok il- bandiera Issa niġu għaċ-ċentru tal- attività kollha dalgħodu f 'Bormla: L-istatwa tal-Irxoxt. Galea jibda billi jfakkar li din l-istatwa waslet Bormla fl- 1741. Dan ifisser li din l-istatwa artistika ilha żżejjen lil din il- kolleġġjata 282 sena. Kien ħallas għaliha ir-Rettur tal-Frattellanza, kompla jispjega Galea, inħadmet fi Spanja u meta tlestiet ġiet ittrasportata fuq l-art sa Napli minn fejn telqet bil- baħar lejn Bormla. Mal-ġnub tal-pedestall wieħed jista' jara l-fanali. Dawk qegħdin hemm għax lura fiż-żmien il- purċissjoni kienet issir kmieni filgħodu għal ħabta tal-4:30 a.m. Għalhekk filgħodu kienu jinxtegħlu x-xemgħat f 'dawn il- fanali biex wieħed ikun jista' jara fejn tinsab l-istatwa. Kien hawn li fakkar illi qabel il-Konċilju Vatikan il-quddiesa tal-Irxoxt kienet issir filgħodu kmieni u kif qabel dan l-istess konċilju ma kinux isiru quddisiet filgħaxija, iżda filgħodu biss. Dan minħabba li qabel il-Knisja kienet tobbliga lill-fidili li jsumu minn nofsilejl qabel sat-tqarbina ta' filgħodu. Din kienet inbidlet, biex is-sawma issa hija ta' siegħa u qed Illum l-Għid u jekk it-temp jippermetti follol kbar ta' nies jerħulha lejn diversi rħula u bliet biex jiċċelebraw l-Irxoxt. Din il-gazzetta marret f'Bormla, fejn it-tradizzjonijiet mhux biss għadhom ħajjin imma jiġu ċċelebrati b'għożża... L-istatwa tal-Irxoxt ta' Bormla ilha żżejjen fin il-kolleġġjata 282 sena