Illum previous editions

ILLUM 16 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1497278

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 19

11 analiżi illum • IL-ĦADD 16 TA' APRIL 2023 pajjiżna: Toninu Aquilina (10) Toninu. Meta intalab jagħti l-arma lill-pulizija, irriuta għax qal li tilia meta kien qiegħed jispara fuq il-ħut fir-Ramla l-Ħamra, f 'Għawdex. Terreni kien ġej minn familja sinjura u stabilta. Fil-fatt il-poplu kien inkwetat li dan il-każ ma kien se jissolva qatt għax missieru kien Professur tal-Fakultà tal-Arkitettura fl- Università ta' Malta u Kurunell u għaldaqstant kienu jemmnu li l-Gvern kien se jkun dgħajjef. Nhar l-24 Marzu, 1955 huwa ġie interrogat għall- ewwel darba mis-Supretendent Floridia, Kap tat-Taqsima tal- Investigazzjonijiet Kriminali. Huwa kien stqarr li dakinhar ma kienx ħareġ mid-dar u li kien ilu ma jmur fl-iħhawi ta' Baħar iċ-Ċagħaq, mill-15 ta' Frar, 1955. Aktar tard din il- verżjoni inbidlet u qal li kien ħareġ filgħaxija biex iwassal lil ommu u lil missieru sa Tas- Sliema. Minn hemm baqa' sejjer San Ġiljan jiltaqa' ma tfajla li rikbet fil-karozza tiegħu u baqgħu sejrin Baħar iċ-Ċagħaq, ħdejn it-Torri. Hemm waqfitlu l-karozza, ta tliet liri lit-tfajla u marret għal rasha filwaqt li hu mexa sa Spinola u hemm rikeb għall-Belt. Stqarrija inkosistenti għall-aħħar meta wieħed iqabbel il-verżjonijiet li qal aktar tard. Dakinhar tal-għejbien lemħuh tliet persuni: - Toni Scerri tas-Central Bar, li kien jafu sew, qal illi rah għall-ħabta tat-8 a.m. ħdejn il-Palazz, kantuniera mat-Triq l-Arċisqof, waħdu. Qal li aktar tard għall-ħabta tal-11 u l-11:30 a.m. kien ra vann tat-tip Bedford u kulur ikħal skur jersaq quddiem il-Bank tal-Gvern fi Triq l-Arċisqof. - Filomena Calleja, li kienet toqgħod il-Belt u kienet tafu sew, qalet li ratu għall-ħabta tal-10:30 a.m. Hija qalet li ratu f 'karozza sewda u kien fis-seat ta' wara ma' żewġ persuni oħra. - Rose Tommasi, li kienet għadha kif ħarġet mill-Belt ma' ommha, ratu għall-ħabta tal- 10:15 a.m. kif kienu sejrin lura d-dar, fi Triq in-Nofsinhar. Qalet li rat tliet karozzi ipparkjati ħdejn xulxin, waħda mnnhom kien hemm Terreni u mara. Dan filwaqt li f 'waħda mill- karozzi kien hemm raġel li ma' ikellem lil din il-mara u qal "qed nistennew jew qed nistennewh." Il-Pulizija kienet konvinta li Terreni kien ħati iżda ma kellhomx biżżejjed evidenza biex jixluh. Għaldaqstant Mintoff talab għall-assistenza ta' Scotland Yard u l-investigaturi sabu traċċi ta' demm fil-karozza u tbajja fuq il-ġakketta ta' Terreni. Intant is-sejba tal-plywood fuq il-katavru kienet waħda importanti għaliex kienet tagħmel parti minn kaxxa li kien kiseb Terreni it qabel id-delitt. Fuq l-injama kien hemm il-kliem C. De G. Li wara sar magħruf li kienu jfissru Carlo De Giorgio, ditta li kienet timporta l-mediċina f 'kaxxi tal- injam. Din il-kaxxa ingħatatlu minn ċertu Salvu Baldacchino, li kien joqgħod qrib Terreni. X'ħareġ mill-Qorti? Fit-23 ta' Lulju 1956, beda ġuri ippresedut mil-Imħallef AJ Montanaro Gauci, l-Imħallfin Albert Camilleri u J Caruana Colombo. Il-prosekuzzjoni kienet magħmula minn Maurice Caruana Curran, li tul il- karriera tiegħu intqal li din kienet wieħed mill-ikbar każi li qatt kellu fil-Qorti. Terreni kien irrappreżentat mill-avukati Ċensu Xerri u John Pullicino. Il-prosekuzzjoni talbet għall-piena tal-mewt jekk jinstab ħati hekk kif dak iż- żmien kienet għadha legali. Din it-talba eventwalment affettwat, anke jekk it, il-verdett tal- ġurati. Xhud partikolari xehed fil- Qorti li dakinhar ra lil Aquilina jitkellem ma' Terreni s-central cafe. Mart Toninu, Katarina kienet waħda mill-ewwel xhud u qalet li xi ġranet wara li għeb kienet sabet żewġ stampi f 'envelop li kien ħa żewġha d-dar. Hija kompliet tgħid li żewġha kien qalilha li dawn tahomlu skrivan jaħdem il-bank u fil-fatt dawn kienu ta' Terreni u ismu saħansitra jidher fuq barra tal- envelop. Kien hemm xhieda oħra mis- sid tal-karozza li kera Terreni, jum qabel l-għejbien ta' Toninu. Ix-xhieda tiegħu u l-istqarrijiet ta' Terreni kienu jikkuntrastaw lil xulxin. Wieħed jgħid ħaġa u ieħor jgħid oħra. Filwaqt li l-ewwel darba qal li kien mar għalih Baħar iċ-Ċagħaq għax il-karozza li kera għandu kienet waqfet, bħalma stqarr Terreni, it-tieni darba Ġamri Farrugia qal li l-għada marru għall- karozza flimkien. Intant waħda mill-aktar xhud importanti għal dan il-każ kienet it-tabiba Ċettina Bajjona. Hija kienet tara l-pazjenti fin-Norman's Pharmacy f 'Tas- Sliema. Terreni qal li dakinhar kien mar għat-tabiba u ħadha d-dar għax martu kienet marida. Din kienet ukoll ikkonfermata mis-seura ta' omm il-mara ta' Terreni. Minkejja dan, fi żvolta mill-aktar sorprendenti l-prosekuzzjoni sabet xhud li tgħid li ma jistax ikun li Bajjona marret għandhom dakinhar tal-għejbien. Il-mara ta' Terreni kellha bżonn mediċina għaliex kellha d-deni minħabba r-riħ li kellha. Għaldaqstant kienet qaltilha li kellha bżonn il-mediċina. Dak iż-żmien il-mediċina kienet titħallat mill- ispiżjar stess u fuq il-ktieb tal- mediċini kellha miktub Terreni, li kienet miktuba fit-23 ta' Frar. Il-prosekuzzjoni irnexxiela ssib il-pazjenta li kienet irreġistrata l-mediċina tagħha jum qabel dik tal-mara ta' Terreni. Hija xehdet li meta marret għand Bajjona, Toninu kien diġà irraportat nieqes għax deher fil- kartelluni tal-gazzetta. Apparti minn hekk hija akret li fuq il- kartellun kien hemm miktub li kien se jingħata kumpens għall- informazzjoni, bħalma kienet talbet l-assoċjazzjoni. X'kien il-verdett? Il-verdett kien ta' tmienja kontra wieħed li George Terreni kien ħati iżda ma ġiex ikkundannat għal mewt u minflok ingħata sentenza ta' għomor il-ħabs. Fuq nota personali, Eddie Attard kiteb fil-ktieb li meta tkellem mal-eks Deputat Kummissarju Anthony Mifsud Tommasi kien qallu illi dak il-ġurat li ma sabux ħati kien jemmen li hu qatlu iżda ma riedx li jkollu fuq il-kuxjenza li Terreni jinqatel minħabba l-piena tal-mewt. Snin wara Terreni għamel appell fil-Judicial Committee tal-Privy Council fl-Ingilterra iżda s-sentenza baqgħet dik li hi. Minkejja dan, Terreni ħareġ mill-ħabs tmien snin wara biss, fl-1964, għax ibbenefika minn diversi maħfriet. Toninu ma' Katarina KONT TAF LI... • Dan kien l-ewwel qtil li s semma fil-Parlament; • Fis-16 ta' Lulju 1955, sar eżumazzjoni tal-katavru ta' Aquilina fiċ-ċimiterju tal- Gudja biex terġa' ssir awtopsja fuq il-katavru. Din kienet l-ewwel darba li saret fis-seklu 20. • Dan kien l-ewwel darba li Scotland Yard assistiet f 'investigazzjoni Maltija. • Din kienet l-ewwel omiċidju Malti li kien qiegħed jiġi irraportat mill-midja Ingliża. Fil-fatt id-Daily Mirror bagħtet korrispondent f 'Malta biex isegwi l-investigazzjonijiet. • Dan kien l-ewwel każ li għalih intbagħtet evidenza l-Italja għal investigazzjoni forensika. • Dan il-ġuri kien wieħed l-itwal wieħed ta' dak iż-żmien u sewa ta' it aktar minn £3,600. Għallis tower

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 April 2023