Illum previous editions

ILLUM 16 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1497278

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 19

10 IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 • illum 1 analiżi IL-ĦADD 16 TA' APRIL 2023 • illum ANTHEA CACHIA Min hu Toninu Aquilina? Dan l-isem u l-każ huwa familjari għal numru ta' raġunijiet. L-isem waħdu ikexkxek għax huwa kważi l-istess bħal dak ta' Twannie Aquilina u biex inkunu għidna kollox, iż-żewġ omiċidji kienu mill-aktar koroh u li baqgħu jissemmew snin wara. Fl-istess waqt dan l-omiċidju għandu ħafna paralelli għax il-ġrajja ta' Toninu tista' tgħid tibda' eżatt bħal dik ta' Lino Cauchi. It-tnejn għebu b'bagalja f 'idhom, it-tnejn aktarx inqatlu minħabba dak li kien hemm fil-bagalja u t-tnejn instabu ġewwa bir. Iżda min hu Toninu? Toninu Aquilina kellu 35 sena u kien jgħix ma' martu u żewġt ibniet, waħda minnhom sfortunatament mietet it wara l-mewt ta' missierha minħabba raġunijiet ta' saħħa. Ħafna kienu jiddiskrivuh bħala raġel bieżel, tar-ruħ u tal-affari tiegħu. Il- ġurnata tiegħu kienet dejjem l-istess, kellu rutina fissa. Kien jaħdem l-ewwel nofstanhar ta' filgħodu mal-Malta Millers Association, wara kien imur jisma' quddies fil-knisja tal- Ġiżwiti. Kif ilesti kien jibqa' sejjer jiekol għand missieru, li kien joqgħod il-Belt stess u wara nofsinhar kien imur jaħdem mal- induratur Pawlu Francalanza, ukoll fil-Belt. Toninu kien messaġġier mal- assoċjazzjoni u kien jaħdem f 'uffiċju fil-viċinanza tal-binja tal-General Workers Union. Fost il-qadi ta' dmirijietu huwa kien imur jiddepożita l-flus tal-kumpanija fil-bank nazzjonali fi Strada Rjali, illum Triq ir-Repubblika. Ħafna drabi ma kienx iġorr ħafna flus fuqu iżda kull nhar ta' Ħamis kien ikollu ħafna aktar għaliex kienu jidħlulhom ħafna pagamenti. Dakinhar li għeb, il-Ħamis 24 ta' Frar 1955, kellu fuqu £15,300 f 'ċekkijiet u karti ta' £1. Toninu qabad triqtu għall-bank għall-ħabta tal-11 a.m. u minn dak il-ħin ma reġax intlemaħ darb'oħra. Toninu ma għamel xejn milli jagħmel ta' kuljum u ma rritornax lura d-dar fl-istess ħin tas-soltu u martu Katarina mal-ewwel qabdet tinkwieta u marret l-għassa minnufih. Minkejja dan, il-Pulizija qalulha biex tistenna sal-aħħar karozza tal-linja tal-ġurnata, imbagħad terġa' tirritorna jekk jibqa' ma jiaċċax. B'qalba maqsuma hekk kellha tagħmel u kien hemm biss li l-investigazzjoni skattat. X'ġara dakinhar tad-delitt? Il-Pulizija bdiet l-investigazzjoni mal-ewwel u għamlu kuntatt mal-pulizija tal-Belt biex jaraw jekk kienx baqa' jaħdem għand Francalanza. Madankollu irriżulta li dakinhar ma kienx mar jaħdem, lanqas għand missieru ma' mar. Għall-awtur u storiku kriminali Eddie Attard, dan il-każ kien wieħed kbir għalih għax kien l-ewwel omiċidju li jiakar hekk kif kellu biss 6 snin meta dan il-każ seħħ. Fir-rakkont tiegħu fil-ktieb 'Delitti f 'Malta' qal illi dak iż-żmien il-Korp tal-Pulizija kien dgħajjef u dan kien l-ewwel każ ta' omiċidju li kellu jaffaċċja l-Prim Ministru Duminku Mintoff. Fil-fatt aktar 'il quddiem Mintoff ħa numru ta' inizjattivi wara l-investigazzjonijiet ta' dan il-każ biex itejjeb il-Korp. Dwar dan ukoll Attard jgħid illi propju meta għeb Toninu, kienu l-jiem tal-elezzjoni ġenerali tal- 1955 u għaldaqstant dan il-każ m'għamilx ħoss mal-ewwel. L-ewwel ħsieb tal-Pulizija kien illi Toninu kien ħarab bil-flus u abbanduna lil familtu. Tant hu hekk li ttieħdu diversi miżuri fl-ajruport u fil-Port il-Kbir biex jiżguraw li dan ma ħarabx. Saħansitra kienu għamlu tfittxija fuq il-vapur fis-sigħat tal- għejbien. Għaddew erbat' ijiem u Toninu kien għadu ma nstabx. L-assoċjazzjoni ħarġet avviż u li offriet £100 għal min kien lest li jipprovdi xi informazzjoni dwar fejn jinsab Aquilina jew il-flus li kellu miegħu meta għeb. Iżda kollu ta' xejn. Wasal id-9 ta' Marzu 1955 u xi membri tad-difiża ċivili kienu qed jagħmlu xi eżerċizzji ta' taħriġ fl- inħawi tat-Torri tal-Għallis. Ġara iżda li bdew jilmentaw b'riħa qawwija li eventwalment sabu li kienet ġejja minn bir f 'rokna tat-Torri. Minnufih issejħet il- Pulizija u sar magħruf li l-bir ma kellux ilma iżda kien hemm raġel mejjet ġewwa fih. Aktar tard ġie identifikat li huwa Toninu. Huwa kien liebes biss flokk, pullover, ingravata u bil-qalziet ta' taħt biss. Il-qmis kienet maħruġa u mqabbda ma' idejn il-vittma filwaqt li l-flokk kien imtella' sa rasu. Ħdejn il-ġakketta u f 'idu kien hemm arloġġ u ċ-ċurkett tat- tieġ. Intant fil-ħwejjeġ kien hemm xi flus, żewġ kuruni tar-rużarju, ċwievet, lapes u domni. Fuqu wkoll kellu biċċa njama plywood. Peress li kien instab minn żewġ membri taċ-ċivil l-Assoċjazzjoni li kien jaħdem fiha Toninu ried jagħti l-kumpens lil dawn l-uffiċjali iżda dawn irriutaw u riedu jagħtu l-flus lil armla ta' Toninu u hekk sar. X'irriżulta mill-awtopsja? L-awtopsja saret mill-Professur Xuereb, patologu tal-Gvern ta' dak iż-żmien, flimkien mat-tobba Camilleri u Henry Said. Minn dan irriżulta li Toninu inqatel b'tir ta' pistola sparata min-naħa tax-xellug ta' wara ta' rasu. Il-katavru ma kellu ebda sinjali ta' ksur fuqu u ntefa' fil-bir fl- ewwel 12-il siegħa wara mewtu. Ħaġa interessanti u li qatt ma baqgħet solvuta, kienet li fil- koxxa l-leminija kellu leżjoni interna, ikkawżata minn siringa. X'instab mill- investigazzjonijiet? Il-pulizija baqgħet tinvestiga dan iż-żmien kollu anke fil- perjodu fejn kien għadu ma nstabx. Irriżulta li ċertu Alfred Zammit, sekondu kuġin ta' Toninu dakinhar kien rah jitkellem ma' raġel għall-ħabta tal-11:30a.m. Tajjeb li nsemmu li l-Pulizija għamlet żball kardinali f 'din l-investigazzjoni, liema żball ammettieta hi stess. Wara li tneħħa l-katavru ma għamlet l-ebda għassa tal-post u minħabba f 'hekk setgħet inqerdet xi evidenza. Ftit wara li nstab il-katavru beda jinstema l-isem ta' George Terreni. Terreni kien jaħdem il-bank u dakinhar li għeb Toninu, ma kienx xogħol. Huwa kellu pistola irreġistrata f 'ismu tal-għamla Bernardelli, l-istess għamla u kalibru li biha inqatel Omiċidji li xxukkjaw lil pajjiżna: Charlene Farrugia Mark Farrugia Toninu Aquilina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 April 2023