Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1497278
09 intervista illum • IL-ĦADD 16 TA' APRIL 2023 mill-kelma abort, għalhekk huwa fi tagħhom huwa li jgħallmu u jedukaw dwar x'inhu l-abort u jkun hemm onestà reċiproka. "Din hija xi ħaġa oħra li ma rridux nagħmlu, ma noqgħodux induru mal-lewża." 'Il-bord ta' tobba propost, jinsolenta l-kapaċità tat-tobba' Xhur ilu l-Gvern ressaq Abbozz Numru 28, jiġifieri emenda li jagħti lit-tobba l-libertà u l-għażla li jittermina tqala f 'każ ta' kumplikazzjonijiet serji. B'reazzjoni għal dan, grupp ta' esperti ressqu position paper li fost l-emendi li ħassew li huma meħtieġa biex jirregolaw l-emenda inizjali li ressaq il- Gvern, proponew dak li jissejjaħ bord ta' esperti mediċi. Dan il- bord, flimkien mat-tabib tal-omm, jieħdu deċiżjoni dwar jekk hemmx lok li tiġi ittermintata t-tqala, jew le. L-ILLUM tfakkarha proprju dwar dan u fi it kliem qalet li din il-proposta, "qed tinsolenta l-kapaċità tat-tobba." "Hemm bord ta' tobba f 'każ li xi ħadd ikun f 'inċident u għandu bżonn amputazzjoni? Le. Hemm bord għal xi ħadd li għandu bżonn intervent mediku urġenti li se jwassal għal tibdil radikali fil-ħajja tal-pazjent? Le. Mela ejja nafdaw lit-tobba tagħna li huma mgħallma biex jaffaċċjaw sitwazzjonijiet simili," sostniet Portelli Bonnici. Saħqet li jekk hi se tmur għand tabib jew ġinekologu tafdah b'għajnejha magħluqa b'ħajjitha għaliex taf li biex dan laħaq tabib, kellu ittestjar rigoruż, għamel snin jistudja biex jagħti l-aħjar servizz u ħalef li se jkun ta' għajnuna għall- pazjenti tiegħu. Qalet li fl-aħħar minn l-aħħar d-deċiżjoni dwar terminazzjoni tat-tqala għandha tittieħed fl- aħjar interess tal-pazjent, bil- kunsens tagħha. Dwar dan, tgħid ukoll li, bħala rappreżentanti favur l-għażla, huwa importanti li l-mara tingħata sostenn anke jekk tiddeċiedi li tixtieq tirriskja ħajjitha biex tipprova issalva l-ħajja tal-fetu. 'Hija vera ipokrezija li l-istess Gvern li jinkrimina l-abort ma joffrix kontraċettivi b'xejn' Din l-intervista issa iddur fuq il-kontraċettivi. Kritika ħafna dwar Abbozz Numru 28, Portelli Bonniċi ma tirrikonoxxix l-inizjattivi li ippropona u li saru mill-Gvern, fir-rigward tal- kontraċettivi? Hija twieġeb li filwaqt li huwa tajjeb li kien hemm proposti dwar introduzzjoni ta' morning aer pill b'xejn u proposti ta' tqassim ta' kontraċettivi oħra, għaliha mhux biżżejjed. L-istess tgħid fuq il- kuxjenza u l-għarfien dwar l-użu tal-kontraċettivi. Hija insistiet li issa l-kuxjenza ilha li tqajjmet u l-azzjoni mhux talli għandha bżonn tittieħed minnufih, talli kellha tittieħed snin ilu. "Hija vera ipokrezija u kontradizzjoni li l-istess Gvern li jinkrimina l-abort, huwa l-istess Gvern li ma joffrix kontraċettivi b'xejn. Jekk qed jipprova jipprevjeni l-abort, mela l-pass loġiku li jmiss huwa li jara li kulħadd ikollu aċċess għall- kontraċettivi," tenniet Portelli Bonnici. Hawn l-ILLUM twaqqaa u tfakkarha fil-proposta tal- morning aer pill u li it xhur ilu d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li fl-2023 se jkun qiegħed joffri kontraċettivi b'xejn, jiaħ aktar GU clinics u l-policy dwar is-saħħa riproduttiva. Għal dan hija qalet li filwaqt li l-implimentazzjoni ta' dawn huwa tajjeb – "u din għandha ssir malajr kemm jista' jkun" – misshom ilhom li daħlu. "Ħafna drabi, dak li jkun jaħseb li għax attivisti bħalna jkunu favur l-għażla jfisser li nkunu rridu li n-nisa jibdew jirrikorru għall- abort. Dan mhu veru xejn, anzi inqas kemm ikun hawn abort, tant l-aħjar. Iżda l-uniku mod ta' kif wieħed jista' jipprevjeni dan huwa peremezz ta' aċċess għall- kontraċettivi," tenniet Portelli Bonniċi Hawn l-ILLUM terġa' twaqqaa u tgħidilha li l-ebda kontraċettiv ma huwa infallibli u għal dan hija qablet u qalet l-unika mod li ma jkunx hemm tqala huwa peremezz tal-asitenenza. Minkejja l-astitenza hija fakkret lil din il- gazzetta li hemm nisa li minkejja li ma kellhomx x'jaqsmu ma' raġel, xorta sfaw tqal minħabba stupru u għalhekk tkompli tisħaq fuq l-importanza tal-aċċess għall- kontraċettivi. "Sfortunatament, il- kontraċettivi mhux dejjem jaħdmu, ma nistgħux nagħmlu l-impossibbli lanqas. Jiena stess batejt minħabba falliment ta' IUD. Qatt ma tkellimt dwarha pubblikament iżda jien kelli tqala ektopika u hija xi ħaġa trawmatika għal mara li tgħaddi minnha f 'pajjiżna," qalet Portelli Bonnici. 'Hemm ħafna nuqqasijiet fis- sistema' Fl-aħħar ta' din l-intervista, Portelli Bonnici stqarret mal-ILLUM "li hemm ħafna nuqqasijiet fis-sistema". Mistoqsija biex telabora aktar dwar dan hija qalet li huwa intuli li wieħed huwa informat dwar tipi differenti ta' kontraċettivi iżda minħabba l-qagħda finanzjarja ta' xi wħud, ma jkunux jistgħu jagħmlu użu minnhom. Irrimarkat li huwa tajjeb ħafna li l-operazzjoni biex isir l-IUD huwa offrut b'xejn, iżda huwa inġust li wieħed irid jixtri l-IUD innifsu minn butu, "meta dan jiswa madwar €250." Tajjeb li nsemmu li bħala parti mill-istrateġija favur is-saħħa riproduttiva, Partit Laburista fil- Gvern wiegħed li se jkun qiegħed jipprovdi l-IUD b'xejn iżda sa issa għad ma hemmx tragward ta' meta din il-proposta se tkun qiegħda tiġi implimentata. "Jekk tkun qed taħdem bil-paga minima u għandek it-tfal x'titma' mhux se tħallihom bil-ġuh biex tixtri dan il-kontraċettiv. Filwaqt li ħafna jgħidulek li s-soluzzjoni għal dan huwa l-astinenza, nafu li pajjiżna għandu r-realtà kiefra ħafna każi ta' strupru fiż-żwieġ. X'se jsir imbagħad?" temmet tistaqsi l-avukata u membru ta' Avukati għall-Għażla Emma Portelli Bonnici. Jenny Orlando-Salling Desiree Attard