Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1497278
08 intervista IL-ĦADD 16 TA' APRIL 2023 • illum 'Il-poplu jibża' mill-kelma dmirna li ngħidu l-verità' ANTHEA CACHIA "Sejħu t-terminazzjoni tat-tqala dak li hi, abort." Hekk qalet l-avukat Emma Portelli Bonnici li flimkien mal-ko-fundaturi Jenny Orlando-Salling u Desiree Attard ħolqu Avukati favur l-Għażla, komunità ta' avukati fi ħdan il-koalizzjoni favur l-għażla. Din il-gazzetta tkellmet ma' Portelli Bonnici u staqsiet dwar il-ħidma tal-Avukati, it-tifsira ta' terminazzjoni ta' tqala u l-aċċess għall-kontraċettivi. 'Il-liġi mhix iswed fuq abjad biss. Kieku ma kinitx interpretabbli, ma kienx ikollna Imħallfin' Il-punt ta' tluq ta' din l-intervista kien dwar il-ħolqien ta' din il-komunità ta' avukati. B'tant attivisti u għaqdiet mhux governattivi li huma 'pro-choice' għaliex Orlando-Salling, Attard u Portelli Bonnici ħassew li hemm bżonn li jiffurmaw għaqda? X'kien hemm nieqes fis-soċjetà ċivili? Portelli Bonnici sostniet illi huwa minnu li l-moviment favur l-abort għandu rappreżentanza fierxa fis-soċjetà, madankollu spjegat illi f 'termini legali l-uniku grupp li seta jqajjem dibattiti dwar din il-kwistjoni kienu grupp ta' avukati favur il-ħajja. B'hekk, żiedet tgħid, li nħoloq aktar bilanċ u l-poplu "issa jista' jiġi infurmat legalment miż-żewġ naħat." Hija sostniet illi biex l-informazzjoni li tasal għand in- nies tkun korretta, tkun xi tkun il-pożizzjoni, huwa importanti li ssir minn professjonisti li huma informati, għamlu r-riċerka u li huma atrezzati biex iqajmu diskussjonijiet li jistgħu jtejbu l-konsultazzjoni pubblika. "Jekk jiena nħossni ma niflaħx, immur għand tabib. Minħabba l-fatt li t-tabib għamel snin ta' studju biex ikun jista' jagħti kura lill-pazjent, jiena għandi s-serħan tal-moħħ li se jagħtini servizz tajjeb. L-istess fejn għandhom x'jaqsmu l-argumenti dwar il- leġislazzjoni, f 'termini ta' abort," spjegat Portelli Bonnici. Kompliet tgħid li kien għalhekk li nħolqot Avukati favur l-għażla, biex isservi ta' mekkaniżmu li tiċċara punti legali, tivverifika jekk fatti legali li qed jitressqu fil-pubbliku dwar il-kostituzzjoni humiex veritiera u f 'każ li jekk ikun hemm spazju għal dibattitu legali, dan isir minn professjonisti li għandhom t-tagħrif legali. Saħqet li l-liġi mhix iswed fuq l-abjad iżda hija interpretabbli, "li kieku m'hijiex, ma kienx ikollna l-imħallfin li jagħtu s-sentenzi skont is-sitwazzjoni u r-reat." L-ILLUM tistaqsi, "iżda Avukati favur l-Għażla, se tiddibatti mal- avukati biss?" Portelli Bonniċi qalet illi l-irwol tal-Avukati mhux biex jiddibattu biss. Qalet li mit-twaqqif tagħhom, it-tliet avukati insistew mal-Gvern illi l-emenda tal-liġi dwar it-terminazzjoni tat-tqala kellha bżonn konsultazzjoni aktar wiesgħa, "ħaġa li qablu magħha wkoll għaqdiet li huma favur il- ħajja." Enfasizzat li jekk il-liġi se timpatta lil diversi nies u setturi, anke jekk ma tkunx dwar it-tqala, għandha tkun ikkonsultata mill- istakeholders kollha, jaqblu jew ma jaqblux. Din il-gazzetta staqsiet ukoll x'inhuma l-pjani tagħhom għas- snin li ġejjin u qalet illi bla dubju iridu jkunu aktar preżenti fid-dibattiti nazzjonali. Qalet li tixtieq tara li jkun hemm terminoloġija aktar ċara dwar it- terminazzjoni tat-tqala fil-kodiċi kriminali u "li ma jkunx hemm sitwazzjoni fejn il-liġi tinkrimina lil kull mara, f 'kull sitwazzjoni li twassal għat-terminazzjoni ta' tqala." 'Ma noqgħodux induru mal- lewża, insejħu l-abort dak li hu' Portelli Bonnici għamlet referenza għal każi bħal dawk ta' Andrea Prudente, fejn it-tqala kellha tiġi terminata minħabba xi kumplikazzjonijiet. Qalet li tkun xi tkun iċ-ċirkostanza, jekk it-tqala se tiġi terminata din hija meqjusa abort. "M'għandniex għalfejn noqgħodu nduru mal- lewża. Insejħu l-abort dak li hu," qalet Portelli Bonnici. "Jekk omm għandha bżonn il-kimoterapija b'mod urġenti u se jkollha tittermina t-tqala minħabba f 'hekk, dik hija abort. Il-liġi nnifisha wkoll ma tagħmilx referenza għall-abort u tuża l-kelma korriment (miscarriage)," kompliet l-avukat. Hija temmen li l-poplu Malti "jibża' mill-kelma abort għaliex m'hemmx biżżejjed kuxjenza u tagħrif dwar x'inhu l-abort." Qalet li huwa għalhekk li l-l-missjoni Bidliet fil-liġi, dibattiti nazzjonali u saħħa riproduttiva aħjar. Dawn huma t-tliet miri tal-Avukati favur l-Għażla. L-ILLUM tintervista lil Emma Portelli Bonnici, membru ċentrali tal-grupp ta' avukati Emma Portelli Bonnici