Illum previous editions

ILLUM 16 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1497278

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 19

16 oroskopju IL-ĦADD 16 TA' APRIL 2023 • ILLUM Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'din l-ewwel ġimgħa taż- żodjaku ta' Taurus għalik Libra ser tkun ġimgħa li minn issa l- quddiem trid tkun aktar iffokkat lejn il-ħidma li fil-preżent għanda bżonn ta' aktar attenzjoni tiegħek. Hemm bżonn tfihem dan lil ta' madwarek sabiex b'dan l-appoġġ meħtieġ int tkun aktar kunfidenti sabiex b'hekk żgur tilħaq il-miri tiegħek. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Pisces. Libra huma magħrufin għal ħeġġa fit-twettieq ta' dmirijiethom. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus għalik Scorpio ser tkun dik il-ġimgħa fejn int trid tieħu pawża minn dak li hemm madwarek sabiex grazzi għal dan int tkun kapaċi taħseb aħjar u taddatta aħjar. Minħabba l-pressjoni li ġenerat madwarek int trid tgħaraf iżomm bilanċ bejn il-ħin għalik innifsek u l-ħin għal ħidma tiegħek. Analizza. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Leo. Scorpio huma magħrufin għal istabbilita' tagħħom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus għalik Sagittarius ser tkun dik il-ġimgħa li mill esperjenzi li int esperjenzajt fil-passat int trid tikkombina dak li huwa essenzjali. Grazzi għal dan tibni lilek innifsek aħjar kemm għal dak li int qiegħed tesperjenza fil-preżent u wisq aktar għal dak li hemm riesaq lejk. Għaraf. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Aquarius. Sagittarius huma magħrufin bħala nies immotivati ħafna. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'din l-ewwel ġimgħa taż- żodjaku ta' Taurus għalik Capricorn ser tkun ġimgħa fejn int trid tagħti ħarsa madwarek. Issa wasal il-mument li tgħaraf int xi trid u x'hemm ta' bżonn għalik minn issa l-quddiem. Iż-żmien ma jistenna lil ħadd u għalhekk għaraf sew il-ħtiġijiet tiegħek sabiex ħajtek tkompli titkattar. Iż-Żodjaku ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa dak ta' Aries. Capricorn huma magħrufin għad direzzjonijiet pożittivi tagħhom. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus għalik Aquarius ser tkun ġimgħa fejn trid twettaq analiżi ta' dak li seħħ madwarek f 'dawn l-aħħar ġranet. Minn dak li seħħ, int issa trid tgħaraf sew kif ser tħares lejn il-futur tiegħek u ma tistax toqod iżomm lilek innifsek f 'salib it- toroq. Hemm bżonn li tieħu direzzjoni. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Libra. Aquarius huma magħrufin għat tfassil iddettaljat tagħhom. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'din l-ewwel ġimgħa taż- żodjaku ta' Taurus għalik Pisces ser tkun ġimgħa ta' tqassim aħjar bejn il-karriera, l-imħabba u l-bżonnijiet tiegħek. Inti taf li minħabba l-ħidma tiegħek qiegħed tesperjenza żbilanċ u għalhekk issa għandek iċ- ċans li terġa takwista dak il-bilanċ meħtieġ sabiex ħajtek tkun f 'stabbilta' pożittiva. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Sagittarius. Pisces huma magħrufin għas sensittivita' li joffru. Namaste BIDU TAT-TIENI ŻODJAKU TA' TAURUS L-OROSKOPJU MWASSAL MILL-ASTROLOĠISTA PAUL JON MILL-20 TA' APRIL SAL-20 TA' MEJJU Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus għalik Aries ser tkun ġimgħa li issa trid tgħaraf aħjar dik id-direzzjoni li tkun ideali għalik. Int taf li għandek opportunita' sabieħa quddiemek iżda trid tgħaraf id-direzzjoni t-tajba. Għalhekk f 'din il-ġimgħa partikolari wettaq rifflessjoni profonda sabiex tgħaraf liema hi l-aktar direzzjoni ideali għalik. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Cancer. Aries huma magħrufin għal idejat pożittivi li jafu joffru. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'din l-ewwel ġimgħa taż- żodjaku ta' Taurus għalik l-istess Taurus ser tkun il-bidu ta' fażi fejn issa int għandek dik l-opportunita' li tkun kapaċi tkattar lilek innifsek minn kull angolu tal-ħajja. F'dawn l-erba' ġimgħat int tista' tkompli tejjeb fuq dak li int għandek sabiex dak li għandek fil-preżent tkompli tejjbu għal futur tiegħek. Analizza. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Virgo. Taurus huma magħrufin bħala persuni ta' fehma soda. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus għalik Gemini ser tkun dik il-ġimgħa fejn b'għaqal int trid tgħaraf tqassam kemm dak li int qiegħed tesperjenza kif ukoll ghal dak li hemm riesaq lejk. Tinkwetax jekk hemm bżonn twettaq skeda ġdida għax l-importanti huwa biss li int tgħaraf twettaq bilanċ tajjeb. Għaraf. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Capricorn. Gemini huma magħrufin li jimxu mal-mument. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'din l-ewwel ġimgħa taż- żodjaku ta' Taurus għalik Cancer ser tkun ġimgħa fejn int trid tkun aktar kunfidenti. Int trid toħloq ambjent ta' kunfidenza ġewwa fik sabiex grazzi għal din il- kunfidenza int tkun kapaċi tmexxi aktar lilek innifsek lejn ir- responsabbilta' ġdida li hemm quddiemek u hekk biss int tista' tikseb stabbilta'. Analizza. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Taurus. Cancer huma magħrufin għat tmexxija ntensiva tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'din l-ewwel ġimgħa taż- żodjaku ta' Taurus għalik Leo ser tkun ġimgħa ta' determinazzjoni fejn għalkemm fil-preżent int qiegħed tesperjenza xi ntoppi dan m'għandux iżommok milli tkompli tħares lejn futur aktar stabbli. L-Għan tiegħek huwa wieħed biss, li tkattar id- determinazzjoni tiegħek u żgur li tasal fejn int tixtieq. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Scorpio. Leo huma magħrufin bħala persuni ta' komunikazzjoni pożittiva'. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru. F'din l-ewwel ġimgħa taż- żodjaku ta' Taurus għalik Virgo ser tkun ġimgħa fejn ser tgħaraf tanalizza l-pożizzjoni tiegħek jekk għadiex waħda li int tixtieq. F'dawn l-aħħar ġimgħat int bdejd bħal tħoss ġewwa fik li jista' jkun wasal il-mument għal bidla. Għalhekk issa huwa dak il-mument li tgħaraf il-pass il- quddiem. Irriffletti. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Gemini. Virgo huma magħrufin bħala persuni ta' moral effettiv ħafna. Namaste IL BIDU TA TIENI ŻODJAKU: TAURUS ll-kalendarju żodjaku 2023-2024 ser ikompli l-mixja żodjaka tiegħu billi jdaħħalna fit-tieni żodjaku dak ta' Taurus li jibda l-Ħamis 20 ta' April u jintemm is-Sibt 20 ta' Mejju. Dan iż- żodjaku peress li jiġi wara żodjaku ta' Aries għandu mportanza kbira għax fejn ikun hemm twettieq u stabbilta' dan iż-żodjaku kkompli jsaħħaħ, waqt fejn inkunu waqajna ftit lura dan jagħtina dik il-motivazzjoni meħtieġa sabiex inkattru d-determinazzjoni u nwettqu dak li ma wettaqniex fl-ewwel żodjaku. Għalhekk il-kontinwazzjoni taż- żodjaku ta' Taurus hija sinjifikanti ħafna għat tkomplijja tal-mixja lejn dak it-tkattir meħtieġ. F'dan it-tieni żodjaku dak ta' TAURUS bis-simbolu tal-barri, fl- astroloġija jissimbolizza bħala wieħed mill aktar żodjaki li joffru ntelliġenza, ndipendenza u dedikazzjoni. Dan iż- żodjaku ta' Taurus joffrilek ħbiberija bażata fuq onesta' stretta u kull sigriet li jkun hemm fi ħdanu jinżamm mistur sal-mewt. Iż-żodjaku ta' Taurus huwa wieħed minn tlett żodjaki li jiffurmaw l-element tal-art biż- żewġ żodjaki l-oħra ta' Virgo u ta' Capricorn. Flimkien dan it-trio ta' żodjaki joffri diversi aspetti sinjifikanti li jagħmel dan it-trio jispikka b'dak li joffri lil xulxin bħala l-istess element, iżda kif ukoll lil diversi żodjaki oħra fosthom iż-żodjaki ta' Gemini, Cancer, Libra, Sagittarius u Aquarius. Fost id-diversi benefiċċji li dawn it-tlett żodjaki joffrulna hemm il-ħeġġa meħtieġa li tkun naqset minn madwarna u joffru dawk l-ideat ġodda. Dawn ukoll huma żodjaki li flimkien jagħtuk dik l-attenzjoni sabiex iżomm saħħtek taħt il-lenti! IKOMPLI L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 April 2023