Illum previous editions

ILLUM 16 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1497278

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 19

18 sport IL-ĦADD 16 TA' APRIL 2023 • illum Hamrun Spartans jagħtu bidu għaċ- ċelebrazzjonijiet tar-rebħ tal-kampjonat Hamrun Spartans taw bidu għaċ- ċelebrazzjonijiet uiċjali b'rabta mar-rebħ tad-disa' kampjonat fl-Istorja. Il-programm ta' attivitajiet se jkun mifrux fuq numru ta' ġimgħat b'attivitajiet li jinkludu donazzjoni tad-demm, divertiment, programm speċjali fuq ir-radju, opportunitajiet għal ritratti ta' tiira mat-trofew tal-kampjonat, u diversi żjarat bit-trofew għand il-mexxejja tal-pajjiż, l-għaqdiet Ħamruniżi u l-anzjani. Il-programm ta' dawn iċ- ċelebrazzjonijiet jilħaq il-qofol tiegħu s-Sibt li ġej fl-aħħar ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier meta wara l-partita bejn Ħamrun Spartans u Gudja United, it-tim jiġi ppreżentat bit-trofew tar-rebħ tal-kampjonat. Il-festa mistennija titkompla fi Triq il-Kbira San Ġużepp, fil- Ħamrun fejn eluf ta' persuni mistennija jkunu preżenti. Dawn se jkunu l-ewwel ċelebrazzjonijiet fit-toroq tal- Ħamrun u bil-follol kbar wara 33 sena. Hamrun Spartans kienu rebħu l-kampjonat sentejn ilu iżda r-ristrezzjonijiet tal-COVID-19 ma kienux ippermettew li l-kampjonat jiġi ċċelebrat kif suppost. Id-Deputat Segretarju Ġenerali tal- European Leagues bi żjara f'Malta Id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-European Leagues, Alberto Colombo, żar Malta u ġie aġġornat dwar in-negozjati bejn il-Malta Premier League u l-Malta Football Association li għandhom iwasslu għall-ħolqien ta' kampjonat ġdid f 'Malta. Iż-żewġ naħat jaqblu li t-taħditiet mexjin fid-direzzjoni t-tajba u skont l-iskeda miiehma. Is-Sur Colombo indirizza laqgħa tal-MPL li matulha aġġorna lill-klabbs dwar l-istat tal- football Ewropew u n-negozjati li għaddejin mal-UEFA fuq il- mudell tat- tqassim ta' dħul u l-iskema ta' solidarjetà għac-ċiklu tal-kompetizzjonijiet tal- klabbs għal wara l-2024. Min-naħa tiegħu, ic-Chairman tal-MPL, Joseph Muscat irringrazzja lil European Leagues għall-assistenza li qed toffri lill- MPL. "Ninsabu kommessi li nużaw ir- riżorsi kollha għad-dispozizzjoni tagħna biex nipprovdu lill- partitarji kompetizzjoni iktar kompetittiva u eċċitanti", qal Dr Muscat. Matul iz-żjara tiegħu, is-Sur Colombo iltaqa wkoll mal- President tal-MFA, Bjorn Vassallo. Stillel tal-bodybuilding f'Malta għal tour promozzjonali Il-bodybuilders mondjali Chris Cormier, Breon Ansley u Rubiel Mosquera se jżuru Malta fil-jiem li ġejjin. It-tliet bodybuilders mistennija jaslu f 'pajjiżna l-Ħamis li ġej bil-kollaborazzjoni ta' ProteinMalta.com u se jkunu qed jagħmlu diversi sessjonijiet ta' fitness f 'gyms madwar il- pajjiż. Dawk dilettanti se jkollhom iċ-ċans li jitkellmu u jsiru jafu aħjar dawn il-bodybuilders fis- sessjonijiet differenti tagħhom. Cormier huewa bodybuilder li kien l-aqwa fid-dinja fl-erà tiegħu. Ansley hu wieħed mill-aqwa bodybuilders tal-mument f 'dan l-isport. Mosquera, magħruf aħjar bħala 'Neckzilla', hu bodybuilder ġdid fix-xena mondjali u ħafna jipprevedu li se jkun fost l-aqwa fid-dinja fis-snin li ġejjin. Sare' u Azzopardi b'qabża li tilħaq l-istandards tal-GSSE It-triple jumpers Rebecca' Sare u Claire Azzopardi komplew bi dwell spettakolari bejniethom b'4ċm jissepparawhom waqt it-tieni Challenge Meeting ta' Athletics Malta. Sare' qabżet 12.50m u Azzopardi 12.46m, biż-żewġ tfajliet jilħqu l-istandards meħtieġa għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar biex b'hekk il-post bejniethom fit-tim nazzjonali jibqa' miuħ sal-aħħar qabel dawn il-Logħob. Iż-żagħżugħ Beppe Grillo rnexxilu jaqta' biċċa oħra, 0.01s, mir-rekord tal-Under 23 fil- 200m li stabbilixxa ġimgħa qabel li kien ta' 21.39s filwaqt li Mireya Bugeja, fuq 1,500m, tejbet ir- rekord fil-kategorija tal-Under 18 li kienet ilha żżomm xejn inqas minn ħames snin. L-atleta taż-Żurrieq daħlet l-ewwel f '4.44'87 biex b'hekk tejbet il-ħin li Nina Zammit Moore kisbet lura fl-2018. Bugeja kellha wkoll l-unur li ttemm it-tellieqa quddiem atleta ta' esperjenza bħal Monalisa Camilleri(4.49'76), għalkemm din tal-aħħar kienet qed tikkompeti wara kamp ta' taħriġ ta' ħmistax u rebħa prestiġjuża fil-Limassol 5k. Julian Zarb ta' La Salle ukoll kiser rekord f 'din l-età u fuq l-istess distanza ta' 1500m b'ħin ta' 4.07'26. Iż-żewġ atleti barranin li huma bbażati f 'Malta, u li qed ifittxu wkoll post ma' Tim Malta fil-GSSE, ukoll taw prestazzjoni tajba fl-isprints. Gaetano di Franco kiseb l-aqwa ħin tal- ġurnata fil-100m b'10.86s. Iżda fil-200m, kellu jċedi għas-saħħa ta' Beppe Grillo li din id-darba ġera biss din id-distanza. Di Franco għamel ħin tajjeb ta' 21.87.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 April 2023