Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1497278
aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 16 TA' APRIL 2023 Opera onal Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 "Fostering a compe ve and sustainable economy to meet our challenges" Project part-financed by the Cohesion Fund Co-financing rate: 85% European Union Funds; 15% Na onal Funds CONNECTING THE DROPS CIRCULAR WATER MANAGEMENT FOR URBAN GREENING THE ENERGY & WATER AGENCY IN COLLABORATION WITH MCAST & UNIVERSITY OF MALTA INVITE YOU TO AN INTERACTIVE WORKSHOP ON: This interactive workshop will provide an opportunity for students and recent graduates to meet and learn from people working in the water sector. Interested in making your voice heard and to propose sustainable solutions? Join us to learn and contribute as we very much look forward to what will be proposed by the next generation. We will offer work placements for PAID INTERNSHIPS. Register Now. IF YOU ARE INTERESTED IN ATTENDING, KINDLY REGISTER ON WATER.ORG.MT/JOIN-THE-DROPS/WORKSHOP-WATER-SECTOR/, BY CALLING 27772777 OR EMAIL ON INFO@EMCS.COM.MT THU 27 TH APRIL 2023 between 8:30 and 15:00 FRI 28 TH APRIL 2023 between 8:30 and 13:00 AT ESPLORA L-ILLUM tinsab infurmata li bħalissa hemm rabja kbira fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Robert Abela. Dan minħabba l-baraxx ta' kritika li qed issirlu fuq id- deċiżjoni li ma tinfteaħx inkjesta pubblika. Ir-raġuni għal dan huwa attribwit għall-fatt li Abela kien qiegħed jistenna u jispera li l-inkjesta maġisterjali tiġi konkluża bl-istess ħeffa bħal dik ta' Miriam Pace, jiġifieri fi żmien xahar. Minkejja dan, din id-darba l - M a ġ i s t r a t inkwerenti hija magħrufa għall-pass kajman tagħha. Osservaturi politiċi u persuni qrib Abela qalu li l-Prim Ministru jemmen li l-inkjesta Maġisterjali hija ta' importanza kbira biex jiġi determinat min hu responsabbli minn din it- traġedja li serqet ħajjet iż- żagħżugħ. Intant it-talba tiegħu biex il-Maġistrat tħaffef l-investigazzjonijiet, għorkot l-għajn ta' xi gruppi li akkużaw lil Abela, b'indħil fl- indipendenza tal-ġudikatura. Ir-rapport tal-Perit għadu mhux konkluż Il-Prim Ministru Abela jidher konxju tal-fatt li din l-inkjesta pubblika – li tant qed issir pressjoni biex din issir – minkejja li se tkun qed tinvestiga fuq l-istess binarju tal-inkjesta maġisterjali, żgur li se tkun qed tipponta lejn nuqqas kbir ta' infurzar fuq is- siti ta' kostruzzjoni. Intant, din il-gazzetta tista' tiżvela li r-rapport indipendenti tal-perit fuq dan il-każ għadu mhux konkluż. Hija infurmata wkoll li r-rapport kien qiegħed jitħejja minn kumpanija li s-sid tagħha huwa affiljat ukoll ma' Għaqda Ambjentali magħrufa. Min hu Jean Paul Sofia? Jean Paul Sofia kellu biss 20 sena meta f 'Diċembru li għadda ġismu ittella' mejjet qalb it-tifrik f 'sit ta' kostruzzjoni mġarraf fiż-żona magħrufa bħala ta' Kordin. Huwa ittella fis-sigħat bikrin ta' filgħodu wara operazzjoni delikata ta' tfittxija. Sa din il-ġimgħa stess omm il-mibki Sofia, Isabelle Bonnici, poġġiet ritratt ta' binha ma' Kastilja, bil-għan li tkompli bil-pressjoni biex issir Inkjesta Pubblika. Minkejja dan, kien l-għada stess li dan l-istess ritratt flimkien ma' xi xemgħat tneħħew. "Il-ammi tax-xemgħa intfew u r-ritratt tneħħa iżda xorta għadni nittama li jkun hemm aktar sigurtà fuq il-postijiet tax- xogħol u li nieħdu l-ġustizzja li ħaqqna," qalet Bonnici. l-inkjesta kienet titlesta fi sors f'Kastilja Volontarji fil-proċess tal-YMCA Service Providers' ikollhom l-għajnuna u jilħqu l-għanijiet tagħhom. F'Malta, hawn aktar minn 50 servizz provdut, Not-For-Profit, li jagħmlu xogħol bħala sieħba mal-Gvern permezz tal-'Public- Social-Partnerships'. Ix-xogħol u l-irwol tagħhom fis-soċjetà hu kruċjali u jirrifletti kif din il- kategorija ta' organizazzjonijiet volontarji jilagħbu rwol importanti fl-iżvilupp soċjo- ekonomiku f 'dan il-pajjiż. Mistoqsi biex jikkumenta dwar l-invesitgazzjonijiet, Saliba qal, li jinsabu fi stadju delikat. "Nirringrazzja lill-Pulizija tal-isforzi tagħhom. Għandi fiduċja sħiħa fihom. Nista' nikkonferma li l-Pulizija hija kommessa li tissalvagwardja s-settur volontarju u s-soċjetajiet vulnerabbli. Xogħolhom hu apprezzat ħafna," qal Saliba. Botta u risposta bejn Robert u Robert Il-ktieb il-ġdid tal-President ta' Repubblika, Robert Aquilina, allega li uffiċjal ta' Pilatus Bank ma tressqitx fil-Qorti minħabba li fil-passat, qraba tagħha seta' kellhom relazzjoni professjonali mal-Prim Ministru Roberta Abela. Din l-allegazzjoni nkitbet fil- ktieb Pilatus: A Laundromat Bank in Europa, li tnieda lbieraħ filgħodu fl-Old University, fil-Belt Valletta. L-allegazzjoni hija bbażata fuq sors anonimu li tkellem ma' Aquilina u hija serja u dettaljata ħafna. L-istess allegazzjoni tikkonċerna l-ex 'Risk Manager' tal-bank, Antoniella Gauci u l-uffiċjal Mehmet Tasli, kienu fost seba' persuni indikati mill- inkjesta maġisterjali tal-bank bħala s-suspettati dwar ħasil ta' flus u reati finanzjarji. Il-ktieb ta' Aquilina jgħid li missier Gauci u ħuha kienu klijenti u kanvassers tal-Prim Ministru Abela, u jindika li din setgħet kienet ir-raġuni li ż-żewġ uffiċjali ma tħarkux. Il-Maġistrat kien irrakomanda li s-seba' uffiċjali jitresqu fil-Qorti iżda l-Pulizija ħarku biss lill-bank u lill-uffiċjal Claudanne Sant- Fournier, minkejja li kien hemm mandati ta' arresti internazzjonali. Sadanittant, l-Uffiċċju tal- Prim Ministru rrisponda għall- allegazzjonijiet ta' Aquilina li għamel f 'dan il-ktieb. Fi stqarrija, l-Uffiċju tal-Prim Ministru, rrimarka li l-awtoritajiet f 'pajjiżna jaħdmu f 'indipendenza u f 'awtonomija sħiħa u jieħdu d-deċiżjonijiet bis-saħħa li tagħtihom il-Liġi. L-istess stqarrija tkompli tgħid li l-Gvern immexxi minn Robert Abela ta l-għodda lill-istituzzjonijiet biex iwettqu xogħolhom, iżda ta wkoll għodda ġdida liċ-ċittadini biex ikunu jistgħu anke huma jikkontestaw dawn id-deċiżjonijiet, kif qed jiġri fil-każ odjern stess minn min ippubblika l-ktieb, u liema proċeduri għadhom pendenti. L-istqarrija tirrimarka li dan kollu jista' jkun mossa oħra maħsuba biex tikkundizzjona proċeduri pendenti li hemm fil-Qorti. Il-ktieb ġdid tal- President ta' Repubblika jallega indħil politiku mill- Prim Ministru