Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1497278
IL-ĦADD 16 TA' APRIL 2023 • illum Is-Servizz Pubbliku se jsaħħaħ u jintroduċi prattiċi moderni tax-xogħol, li jassiguraw sos- tenibbiltà, flessibbiltà u effiċ- jenza. Il-Kap tas-Servizz Pubbliku Tony Sultana ħabbar li wara kon- sultazzjoni wiesgħa ma' uffiċjali fit-tmexxija u unions, il-prattiċi ta' Reduced Hours, Flexi-time, Flexi-week u Remote Working se jissaħħu b'mod strutturat. Is-sistema tar-Reduced Hours ġiet emendata għal aktar flessibbiltà, b'tali mod li uffiċ- jali pubbliċi jistgħu japplikaw li jaħdmu sigħat imnaqqsa, mingħajr ħtieġa ta' kriterji ta' eleġibbiltà, fejn ix-xogħol u l-prioritajiet jippermettu. Se tiddaħħal il-prattika ta' Flexi-Time, li permezz tagħha uffiċjali pubbliċi jistgħu jitolbu li jirranġaw il-ħinijiet tax-xogħol tagħhom, sa sagħtejn qabel jew wara l-ħinijiet stabbiliti. Is-Servizz Pubbliku se jaddotta wkoll il-kunċett ta' Flexi-Week. Permezz tiegħu, uffiċjali pub- bliċi jistgħu jitolbu li jqassmu l-40 siegħa ta' xogħol fuq erba' jew sitt ijiem fil-ġimgħa. Ir-Remote Work qed jiġi struttur- at fejn uffiċjali pubbliċi jistgħu jibbenefikaw minn kwalunkwe sigħat ta' xogħol remot fuq kriterji family-friendly. Dan se jassorbi l-arranġamenti eżistenti tat-Telework. Sa 20% tas-sigħat tax-xogħol jistgħu jintalbu li jinħadmu b'mod remot mingħa- jr ħtieġa ta' eleġibbiltà. Dan it-tibdil jidħol fis-seħħ mit-3 t'April 2023 b'perjodu ta' tranżizzjoni sal-15 ta' Ġunju 2023. Din hi l-ewwel fażi tal- proċess ta' mmodernizzar tas- Servizz Pubbliku. Is-Segretarju Permanenti Ew- lieni Tony Sultana qal li b'dan it-tibdil, is-Servizz Pubbliku qed jagħti lill-uffiċjal pubbliku aktar flessibbiltà b'inqas burokrazija, b'mod kontabbli, strutturat u effiċjenti. B'hekk isir aktar model employer, bl-aktar prattiċi rele- vanti li jwasslu għal bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol f'pajjiżna. Prattiċi moderni tax-xogħol għas-Servizz Pubbliku