Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1497278
07 illum • IL-ĦADD 6 TA' APRIL 2023 b'reżiljenza u kuraġġ kbir... 81 sena kultura fit-13 ta' Settembru ta' dik l-istess sena. Bil-bnadar tal-Union Jack u dik Maltija – li dak iż-żmien kienet għadha mingħajr il-George Cross – iprepru, il-Maġistrat Sir George Borg ġie ippreżentat il-George Cross mill- Gvernatur ġdid, Lord John Gort. Fid-diskors tiegħu, Borg sostna li ma hemm xejn aktar għal qalb il-poplu Malti u Għawdxi għajr il-libertà. "L-imħabba li għandhom għal- libertà tant hija kbira li ġegħlithom jiġġieldu kontra l-ħakma Ottomana u dik tal-Franċiżi. U hija l-istess imħabba lejn il-libertà li jibqgħu reżiljenti kontra s-sofferenza, sakemm ir-rebħa tkun magħna." Ironikament, l-istess imħabba lejn il-libertà immotivat lill-Maltin biex jiġġieldu kontra l-ħakma Ingliża wkoll. Intant l-eks Gvernatur Sir William Dobbie insista li minkejja li l-għotja tal- George Cross huwa unur, iġib miegħu responsabilità ġdida. "Ma nistgħux nibqgħu ngħixu fuq il- kisbiet tal-passat. Għandna l-obbligu li d-diffikultajiet li jkollna quddiemna irridu naffaċċjawhom fl-ispirtu ta' dan l-unur, bħala l-ewwel poplu li ngħata l - G e o r g e Cross." "Meta nħarsu lejn il-George Cross ma niakrux lir-Re li tahulna iżda lil dawk il-Maltin li ssieltu għall- ħajjithom u biex ikollna l-libertà li ngawdu minnha llum." Hekk qal l-istoriku u riċerkatur tal-Gwerra Simon Cusens mal-ILLUM. Huwa spjega lil din il-gazzetta li l-kuntest ta' dak iż-żmien li l-Maltin u l-Għawdxin kienu qed jgħixu ħajja ta' disprament. "Malta kienet l-Ukrajna ta' dak iż-żmien. In- nies ma setgħux jaħarbu, jgħixu taħt l-art qishom ġrieden, bla dawl u bla ilma. Il-Maltin kien baqalhom ħaġa waħda biss, il-fidi f 'Alla." Cusens qal li s-sitwazzjoni kienet agħar minħabba l-fatt li dak iż-żmien kolloxkien jasal bil-baħar u l-Ġermaniżi u t-Taljnai kienu qed jibbombardjaw kull konvoj li bdew jaraw. Ir-riċerkatur spjega wkoll li l-agħar xahar għal Malta kien proprju dak ix-xahar li ngħatat il-George Cross. F'April kien hemm ġranet fejn mietu 60 jew 70 ruħ, meta l-popolazzjoni kienet nofs dik ta' llum. "F'daqqa waħda l-poplu Malti sar jaf li r-Re rrikonoxxa l-qlubija tagħna u għamel ġest ta' solidarjetà u ippreżenta midalja rikonoxxuta internazzjonalment ma' qlubija f 'kuntest militari. Din kienet xi ħaġa eċċezzjonali biex jirrikonoxxi l-ġlieda tal- Maltin," qal Cusens. Huwa żied jgħid li dan ma jfissirx li ma kienx hemm popli oħra jiġġieldu bil- qawwa kontra n-Nazzisti u l-Faxxisti iżda s-Sovran għażel li jagħmel ġest mimli simboliżmu. Dwar dan qal li, s-salib għandu ħafna simboliżmu: "Fuqu hemm San Ġorġ fuq iż- żiemel joqtol lid-dragun li jfisser li t-tajjeb jirbaħ fuq il-ħażin. Hemm is- salib ta' Kristu kif ukoll il-kliem 'For Galantry', li bil-Malti m'għandniex termiloġija għaliha iżda tfisser qlubija f 'kuntest ta' kunflitt militari." Cusens qal li r-Re Ġorġ, biex imur oltrè minn hekk, l-ittra li akkumpanjat il-midja ma kinitx miktuba permezz ta' typewriter iżda kitibha hu nnifsu. "Din kienet turi ċertu umiltà u rispett lejn il-poplu Malti." Sena u nofs wara f 'Diċembru tal- 1943, ittieħdet id-deċiżjoni mill- Gvern kolonjali li l-George Cross jiġi implimentat fuq il-bandiera ta' Malta u b'dak il-mod, skont Cusens, il-bandiera tagħti l-għola ġih li l-pajjiż seta' jagħti lil dawk li ġġieldu għal pajjiżna. Il-George Cross x'relevanza għandu f 'Malta ta' llum? Mistoqsi x'relevanza għandu dan il- simbolu, f 'Malta ta' llum huwa sostna li din hija waħda kbira u li se jibqa' jkun relevanti għas-snin li ġejjin. Huwa sostna li filwaqt li huwa minnu li s-salib tal-George Cross huwa simbolu kolonjali huwa simbolu Malti wkoll. Insista li l-Istorja ta' pajjiżna ma tista' tintesa' qatt, għax dak li hemm fuq il-bandiera – "ir-ruħ ta' Malta" – jirrakkonta dan. "Kull tifel jew tifla ta' età żgħira li se tistaqsi x'inhu s-salib fuq il-bandiera, se jkollha r-rakkont ta' dak li Malta għaddiet minnu. Għalhekk l-istorja tibqa' ħajja," kompla Cusens. Qal ukoll li kuntrarju ta' gruppi ta' nies li ma jaqblux ma' dan is-simbolu, fl-1964, meta Malta saret indipendenti adottajna l-George Cross bħala simbolu Malti. Żied jgħid li filwaqt li dan seta' kien ta' impożizzjoni bejn l-1943 u l-1964, meta l-Ingliżi inponewh fuqna, "wara sar xbiha Maltija. L-istess bħalma għamilna s-salib tat-tmien ponot. Dak kien tal-Kavallieri iżda għamilnih tagħna wkoll." Fl-aħħar huwa tenna li permezz tal- George Cross, qed infakkru lil dawk l-10,000 persuna li mietet waqt li bdiet tiġġieled għal pajjiżna. "Kif jista' jkun li l-Ukrajna ma tibqax tiakar is-sagrifiċċju li qed isir biex isalvaw lill-pajjiż u lill-poplu? L-istess il-Maltin. Ma nistgħux ninsew lill- antenati tagħna," ikkonkluda Simon Cusens. Malta kienet l-Ukrajna ta' dak iż-żmien Simon Cusens