Illum previous editions

ILLUM 23 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1497807

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 19

Il-koppja Metsola bil-kunċert privat tagħhom fil-Manoel Kemm il-darba rajna ġesti romantiċi estravaganti fiċ- ċinema? Mhux l-ewwel darba żgur. Għal ħafna dawn il-ġesti jseħħu biss fil-ħolm, iżda mhux għall-koppja Metsola, issa koppja magħrufa ħafna fl-ibliet Ewropej. Dan hekk kif Ukko u Roberta Metsola iċċelebraw l-imħabba tagħhom fil-Belt Valletta, proprju fit-Teatru Manoel, permezz ta' kunċert privat. Għal min ma jafx, Ukko u Roberta ltaqgħu proprju għaliex kien attiv politikament f 'partit konservattiv Finlandiż. Bla dubju, Ukko u Roberta Metsola huma koppja ta' suċċess u bejniethom idaħħlu salarji kbar, sorsi ta' din il-gazzetta jgħidu li aktarx jammontaw għal madwar nofs miljun ewro fis-sena. Għaldaqstant ma kinitx daqshekk ta' problema li jorganizzaw u jieħdu taħt idejhom it-Teatru Manoel għal lejl u jingaġġaw it- tenur rinomat Joseph Calleja, kif ukoll l-orkestra Filarmonika tat- Teatru Manoel. Sorsi qrib il-koppja qalu lill- ILLUM li, Ukko, sostna illi l-mużika magħżula hija riflessjoni tal-ħajja taż-żewġ maħbubin. It-tenur, li kellu skedati żewġ kunċerti f 'Munich u f 'Berlin ġie Malta esklussivament għall- koppja u l-aktar qrib tagħhom. Ingħad illi kien Calleja stess li għażel personalment il-kanzunetti ta' mħabba. Mistiedna li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu li dan il-kunċert kien ta' suċċess kbir u l-koppja Metsola kienu kuntenti ħafna. Intant, wara l-kunċert il-mistiedna imxew sal- Każin Malti fejn kien hemm riċeviment jistennihom. aħbarijiet 07 illum • IL-ĦADD 23 TA' APRIL 2023 Il-PN isejjaħ protesta oħra…quddiem l-Isptar San Luqa, ftit passi bogħod mill-PBS Il-Partit Nazzjonalista sejjaħ protesta oħra, quddiem l-isptar San Luqa u l-bini tal-istazzjon nazzjonali fi Gwardamangia, il- PBS. Il-Kap tal-PN, Bernard Grech, sejjaħ lill-poplu Malti biex it- Tnejn l-1 ta' Mejju, jingħaqad ma' min verament għandu għal qalbu lill-ħaddiem, proprju f 'Jum il-Ħaddiem, festa li tradizzjonalment tkun iċċelebrata mill-Partit Laburista. F'intervista li ta lbieraħ filgħodu fuq NET FM, Dr Grech tkellem fuq l-Air Malta. Hu qal li l-futur tal-linja nazzjonali Maltija jinsab f 'inċertezza hekk kif l-Unjoni tal- Kummissjoni Ewropea mhux se tkun qed tapprova €300M għax mhux tafda lill-Gvern ta' Robert Abela, kif kienet fdat lill-PN fil- Gvern, lura fl-2012. "Aħna kellna pjan li lħaqna ehim fuqu mal-Kummissjoni tal-UE għax f 'dak iż-żmien, kellna Gvern li kien rispettat u emmnut mill-Kummissjoni," qal il-Kap tal-PN. Fix-xahar li għadda, il-gazzetta MaltaToday, irrapurtat li l-Gvern Malti kien qed jippjana biex isib alternattiva għal-linja nazzjonali oħra flok l-Air Malta. Il-pjan tal-linja nazzjonali ġdida kien li terġa' tinbena mill- ġdid, b'kundizzjonijiet ġodda għall-ħaddiema, l-aktar għall- piloti. Skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea, il-kumpaniji m'għandhomx permess li jirċievu għajnuna finanzjarja mill-Istat fi żmien 10 snin. L-aħħar darba li l-Air Malta ingħatat għajnuna finanzjarja mill-Istat kien fl-2012, total ta' €52M. Il-linja nazzjonali Maltija reġgħet sabet diffikultajiet finanzjarji fl-2018 u talbet għajnuna finanzjarja oħra tliet snin wara. Bernard Grech qal li kieku l-PN qiegħed fil-Gvern, ir- ristrutturar tal-Air Malta kien ikun wieħed ta' suċċess. Hu qal li jinsab inċert dwar il-futur tal- Air Malta u li hu inaċċettabli għal kull individwu, inkluż l-impjegati tal-kumpanija, li ma jkunux jafu bis-sitwazzjoni li tal-kumpanija. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-uniku sors ta' informazzjoni fl- Air Malta huma l-gazzetti lokali, xi ħaġa li mhux aċċettabbli.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 April 2023