Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1497807
I l-ktieb Pilatus: A Laundromat Bank in Europe ilu ġimgħa ppubblikat. Il-provi li ilhom jisfidawna nġibu issa jista' jarahom kulħadd, stampati iswed fuq l-abjad fuq 750 paġna miġbura f 'qoxra ħamra. Minkejja li għaddiet ġimgħa sħiħa, għadna ma smajna ebda reazzjoni minn dawk li xlejt fil-ktieb. Silenzju totali, minkejja l-fatti serjissimi u dokumentati li ppubblikajt. Lill-Avukat Ġenerali kulħadd seta' jaraha tinjora l-mistoqsijiet tal- ġurnalisti u taħrabhom mingħajr ma tlissen imqar kelma waħda. Il- Kummissarju tal-Pulizija ma deher imkien. Lil Gafà issa drajna narawh biss meta l-Korp ikun se jżanżan xi karozza, xi uniformi jew xi lagħqa żebgħa fuq il-faċċata tad-Depot. Tkellem biss il-Prim Ministru Robert Abela. B'mod mill-iktar infantili, minflok wieġeb għal dak li ppubblikajt kif kien jagħmel kull statista fid-dinja ċivilizzata, il-Prim Ministru Abela pprova jirredikola lill-ġurnalisti u lill-attivisti. "Komplu edhew fil-blogs u l-kotba," qal għaċ-ċapċip ta' dawk li fl-istess sala ċapċpu lil Joseph Muscat, lil Keith Schembri, lil Konrad Mizzi, lil Chris Cardona, lil Rosianne Cutajar u lil bosta oħrajn li kellhom ibewġu 'l barra mill-ħajja pubblika fil-għajb. Xħin smajt lill-Prim Ministru jlissen din il-frażi immaġinajt lil Edward Zammit Lewis jgħid kemm kellu raġun jiddeskrivi din il-klassi politika bħala "tfal u pożi". Iżda t-tfal ma jagħmlux l-oxxenitajiet li ktibt dwarhom fil-ktieb. L-istejjer xokkanti li rrakkontajt għamluhom dawk fil-poter u dawk li tpoġġew fit-tmun tal-istituzzjonijiet tagħna. Dawn vera jippożaw. Jippożaw ta' politiċi u ta' nies tal-Istat. Imma mhumiex tfal. Huma sempliċement l-ikbar serħan il-moħħ li għandhom il-kriminali. Lil dawk li kellu quddiemu bħal- lum ġimgħa, il-Prim Ministru ma qalilhomx li huma ħallsu seba' miljuni u nofs biex issir investigazzjoni minn esperti forensiċi u jinkiteb rapport ta' inkjesta minn Maġistrat. Ma qalilhomx li f 'din il-kitba, li ħallsu għaliha huma, hemm l-ordni ċar tal-Maġistrat Ian Farrugia biex jitressqu l-Qorti l-bank Pilatus, sidu li nqabad bil-bagalja fis-satra tal-lejl u li għex għal xi żmien f 'ċella ta' ħabs Amerikan, u ħames uffiċjali oħra tal-istess bank. Lanqas ma qalilhom li mbagħad inkitbu u ġew iffirmati mandati ta' arrest internazzjonali biex dawk fosthom li ma jinsabux Malta jinġabru mill- pulizija u jinġiebu f 'pajjiżna biex jitressqu l-Qorti. Fuq kollox, ma qalilhomx bil- kutrumbajsi li saru mill-Avukat Ġenerali u mill-Kummissarju tal-Pulizija biex dawn in-nies jibqgħu jgawdu l-impunità. Fil- ktieb, ippubblikajt emails miktuba minn uffiċjali għolja tal-Korp tal- Pulizija li juru l-isforz imqanżah li sar biex jiġġustifikaw id-deċiżjoni tal-Avukat Ġenerali li ma tressaqx tnejn minn dawn in-nies il-Qorti. Waħda minn dawn li ħelsuhielha b'daqqa ta' pinna hija Antoniella Gauci, li ġejja minn familja ta' klijenti u kanvażers ta' ħadd ħlief il-Prim Ministru Robert Abela nnifsu. Mill-provi li ppubblikajt fil- ktieb jirriżulta bl-aktar mod ċar il-cover-up li sar u li għadu qed isir mill-Avukat Ġenerali u mill- Kummissarju tal-Pulizija fil-każ tal-Pilatus. Minn kif qed iġib ruħu l-Prim Ministru huwa ċar li qed jipprova jagħmel cover-up tal- cover-up: għatu fuq għatu biex ħadd ma jxomm ir-riħa tinten seba' pesti li ħierġa minn din l-istorja. Huwa d-dmir tagħna li lil dawn in-nies niqfulhom; li dan l-għatu nneħħuh u li nneħħu kull għatu li jipprovaw jerġgħu jagħmlu. Nies serji u tal-affari tagħhom fl- istituzzjonijiet dan fehmuh. Dawn huma lkoll iddiżgustati b'dak kollu li ġara u li għadu qed jiġri. Uħud minnhom ħadu azzjoni. Uħud minnhom huma s-sorsi tiegħi li jiena se nipproteġi l-identità tagħhom akkost ta' kollox. Stajt niġbor l-informazzjoni, id-dokumenti u l-provi kollha li ppubblikajt fil-ktieb għax għad hemm min fl-istituzzjonijiet tagħna jrid jaħdem għall-vera ġustizzja f 'pajjiżna. Lil dawn in- nies nafulhom ħafna. Għalihom ukoll jeħtieġ inkomplu għaddejjin fil-ġlieda tagħna. Ebda cover-up u ebda cover-up tal-cover-up mhu se jwaqqafna milli nkomplu nesponu l-ħażin kollu li nafu bih u li qed ikun protett mill-Avukat Ġenerali, mill- Kummissarju tal-Pulizija u mill- Prim Ministru. Irridu naslu għax hekk jeħtieġ pajjiżna; għax hekk biss nistgħu nagħtu futur lilna u lil uliedna fuq din l-art ħelwa. U hekk se nagħmlu: se naslu. 12 opinjoni IL-ĦADD 23 TA' APRIL 2023 • illum Cover-up tal-cover-up Robert Aquilina huwa l-President tal-organizzazzjoni Repubblika Robert Aquilina L-importanza tal-interoperabbiltà Josianne Cutajar hija Ewroparlamentari tal-Partit Laburista Josianne Cutajar Ħ afna jsibuha diffiċli biex jimu l-kelma in- teroperabbiltà. Saħansi- tra f 'livell Ewropew jaf issib diffikultajiet meta tkun qed tispjega jew tiġi biex tinnegozja fuq dan is-suġġett. Madanakol- lu, il-kelma tista' tiġi spjegata bi frażi sempliċi: li s-sistemi kollha jkunu integrati u jikkommunikaw flimkien b'mod effettiv. Kuntenta ngħid, li dan is- suġġett bħalissa qed naħdem fuqu b'mod dirett fil-Kumitat għall-Industrija u t-Teknoloġija fil-Parlament Ewropew fejn inħtart bħala negozjatriċi f 'isem is-Soċjalisti u d-Demokratiċi fejn jidħol l-Att Ewropew għall- Interoperabbiltà. F'dan il-kuntest, huwa importanti ħafna li nibqgħu ninkoraġġixxu l-interoperabbiltà, imma wkoll li naħdmu biex is- servizzi għaċ-ċittadini tagħna jkunu aktar aċċessibbli. Forsi ssib min jgħidlek imma l-Parlament Ewropew x'jista' jagħmel biex jassigura li f 'Malta u f 'Membri Stati oħrajn naraw li jkollna servizzi aktar aċċessibbli? Permezz tal-politika u l-liġijiet Ewropej nistgħu nagħmlu ħafna. Intant bħala Unjoni Ewropea għandna miri diġitali ambizzjużi x'nilħqu sal-2030, grazzi anke għal ħidma li kelli rwol importanti b'rabta mal- Programm dwar id-Diċenju Diġitali. Permezz tal-liġi l-ġdida dwar l-interoperabbiltà issa se jkollna għodda aħjar biex intejbu d-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi fl-Ewropa, anke permezz tat-titjib fil-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni bejn is-servizzi u s-sistemi pubbliċi differenti, kemm fl-istess pajjiż imma anke bejn il-pajjiżi Ewropej infushom. Fl-aħħar mill-aħħar, irridu naraw li s-servizzi li jiġu provduti jkunu faċilitati u jiġu offruti b'lanqas xkiel possibbli lil persuni li jfittxuhom; mill- applikazzjonijiet u t-tiġdid tal- passaporti online, għall-mili tal-formoli tat-taxxa u l-aċċess għall-benefiċċji tal-familja. Dawn huma kollha affarijiet li jieħdu l-ħin, u allura permezz tal-ħidma tagħna rridu naraw li innaqqsu l-ispejjeż, iż-żmien ta' stennija u l-piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa, kemm għaċ- ċittadini u għan-negozji tagħna, u wkoll għall-ħaddiema tas-settur pubbliku. Permezz tal-interoperabbiltà nistgħu nilħqu l-għan ukoll li nipprovdu servizzi pubbliċi aċċessibbli b'anqas ħela ta' ħin. Dan hu ta' benefiċċju għal kulħadd speċjalment għal persuni żvantaġġati, anzjani u ċittadini oħrajn li għalihom vjaġġ lejn dipartiment jew uffiċju tal-Gvern ikun diffiċli jew il-bogħod, u b'hekk ikunu jistgħu jidħlu online b'mod faċli ħafna. Apparti minn hekk, permezz ta' aktar diġitalizzazzjoni nistgħu noħolqu aktar opportunitajiet għal negozji u startups Maltin, Għawdxin u Ewropej fl-ambitu teknoloġiku, xi ħaġa li tista' ġġib magħha aktar tkabbir ekonomiku, imma wkoll aktar innovazzjoni. Fi kliem ieħor, l-għan tagħna huwa wieħed: li naraw li inwittu t-triq għal aktar diġitalizzazzjoni u effiċjenza fis-settur pubbliku, li noħolqu aktar opportunijiet u innaqsu l-piżijiet amministrattivi u l-ħin moħli għal kulħadd. U iva – dan nistgħu nagħmluh anke permezz ta' liġijiet bħal dawn li jaf jinstemgħu kumplessi. Fl-aħħar mill-aħħar, anke l-kliem tqil u tekniku, kapaċi jkollu effett fuq il-ħajja ta' kuljum tagħna, u din il-liġi hija eżempju ċar ta' dan. Min-naħa tiegħi nħares 'il quddiem biex inkompli naħdem fuq dan is- suġġett, u suġġetti simili, biex nagħmlu l-ħajja aktar faċli għal min għandu bżonn. Kollox ikun kumpless għall-bidu però aktar ma' taħdem, aktar tasal. Persważa li dan ser ikun il-każ fejn tidħol l-interoperabbiltà wkoll.