Illum previous editions

ILLUM 23 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1497807

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 19

13 opinjoni illum • IL-ĦADD 16 TA' APRIL 2023 editorjal illum • IL-ĦADD 23 TA' APRIL 2023 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Id-destin tal-Air Malta I s-saga tal-Air Malta issa twalet iżżejjed u s-sitwa- zzjoni kurrenti mhux biss qed toħloq inċertezza fost il-ħaddiema imma wkoll fis-set- tur turistiku. Id-diskussjonijiet bejn il-gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea biex jinkiseb permess ħalli l-linja tal-ajru tkun issussidjata b'miljuni ta' ewro issa ilhom għaddejjin kważi sentejn. Anki jekk it-taħdidiet ma' Brussell għadhom ma ntemmux, l-eżistenza tal-Air Malta l-ġimgħa l-oħra ntefghet f 'dubju serju minn min qed imexxi l-kumpanija. Il-kummenti li ta David Curmi lit-Times of Malta ma ħallewx wisq għall-imaġinazzjoni: l-Air Malta se tingħalaq u postha teħodulha kumpanija ġdida tal- ajru statali sal-aħħar tas-sena. Hu sostna wkoll li din it- transizzjoni se tkun mingħajr skossi. Il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana malajr ħareġ jinsisti li t-taħdidiet ma' Brussell għadhom għaddejjin u se jinforma lill- pubbliku b'kollox ladarba jingħalqu d-diskussjonijiet. Dak li qal Curmi għandu ħafna mis-sewwa. Rapport li għandha din il-gazzetta jindika li diġà saru taħdidiet interni dwar kumpanija ġdida tal-ajru fl-eventwalità li l-Air Malta jkollha tagħlaq il- bibien tagħha. It-tama hi l-aħħar ħaġa li tmut u donnu Caruana għadu jemmen li b'xi mod il-Kummissjoni Ewropea tista' tagħtih il-barka biex iroxx il-miljuni tal-ewro fl- Air Malta biex tkun tista' tkompli taħdem. Madankollu, l-ministru jeħtieġ ikun ukoll realistiku fl-aspettattiva tiegħu. L-ikbar ċans fiċ-ċirkostanzi hu li l-Air Malta tingħalaq bħalma ġralha l-Alitalia u minflokha titwieled kumpanija ġdida. Inutli jipprova jilgħab il-logħba Mintoana li jibqa' jsus wara ehim anki jekk jidher impossibbli. Caruana jeħtieġ jaqta' l-inċertezza u jindika biċ-ċar x'beħsiebu jagħmel il-gvern. Il- ministru qatt ma żamm xejn fuq l-istonku u fuq l-istat prekarju li qegħdha fih l-Air Malta dejjem tkellem ċar u bil-miuħ. Saħansitra s-sena li għaddiet, lejliet l-elezzjoni, ħabbar riforma li wasslet biex mijiet ta' ħaddiema jkunu trasferiti għal mal-gvern jew itemmu l-impjieg tagħhom b'somma ġeneruża. Jekk wara din ir-riforma l-Air Malta ma tistax tkun salvata, Caruana għandu jgħid kif il- pajjiż se jibqa' jkollu linja tal-ajru nazzjonali. Malta għandha bżonn linja tal-ajru nazzjonali biex tiżgura konnettività ma' wħud mill- ajruporti ewlenin fl-Ewropa u l-madwar. Il-Kap Eżekuttiva tal-Malta International Airport Alan Borg kemm-il darba tkellem dwar il-bżonn li Malta jkollha linja nazzjonali. Dan il-ħsieb hu rifless ukoll fis-settur turistiku. L-Air Malta, flimkien mar-Ryanair, hi linja tal-ajru bl-ikbar operat fl- ajruport. Dak li jiġri lill-Air Malta jkollu impatt fuq l-MIA u s-settur turistiku. Huwa bżonn strateġiku li Malta jkollha linja nazzjonali tal-ajru. Din mhix biss kwistjoni ta' kburija nazzjonali imma ta' bżonn ekonomiku. Saħansitra linja nazzjonali tal-ajru hi bżonn demokratiku. Il-fatt li Malta hi gżira, l-uniċi żewġ modi kif jista' jkun garantit il-moviment ħieles tal-persuni għal ċittadini Maltin fl-UE, hu permezz tal-ajru u tal-baħar. Kumpaniji privati tal-ajru weħidhom ma jistgħux jiggarantixxu dan id-dritt meta faċilment jistgħu jaqtgħu lill- Malta mir-rotot tagħhom. Jeħtieġ li l-Kummissjoni tiddeċiedi darba għal dejjem id-destin tal- Air Malta sabiex l-inċertezza tintemm. U jekk id-destin qed juri li l-Air Malta se tingħalaq, il-gvern m'għandux għalfejn joqgħod jistenna iktar. Il-gvern għandu jżarma l-kumpanija u l-ħaddiema jingħataw benefiċċji ta' tmiem l-impjieg fin-norma tal-prattiċi fl-qasam tar-relazzjonijiet industrijali. Il-ħaddiema m'għandhomx jingħataw xi trattament iktar speċjali minn ħaddiema oħra li jsibu lilhom infushom f 'ċirkostanzi simili. Fl-istess waqt, il-gvern għandu jiaħ kumpanija ġdida tal-ajru li tagħti lill-istess ħaddiema tal-Air Malta l-opportunità li japplikaw għall-impjieg bħal kull ħaddiem ieħor. Madankollu, l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-pagi tal- kumpanija l-ġdida għandhom ikunu differenti minn tal-Air Malta. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu xierqa imma jirriflettu wkoll r-realtà tas- sitwazzjoni. Kumpanija ġdida m'għandiex tkun imxekkla minn kwistjonijiet u prattiċi antiki li m'għadhomx jagħmlu sens illum. Jekk il- kumpanija l-ġdida tkun fotokopja tal-Air Malta, se tkun riċetta għal falliment. Iżda jeħtieġ ukoll li l-gvern jiżgura li l-kumpanija l-ġdida titmexxa min-nies kompetenti fuq bażi purament kummerċjali. F'dan il-kuntest, il-politiċi ta' kull lewn jeħtieġ jimu wkoll li l-linja tal-ajru ġdida mhix aġenzija tal-impjiegi għall- kostitwenti kif kienet l-Air Malta tul l-eżistenza tagħha. Il-politiċi għandhom parti sew mill-ħtija għall-istat li tinsab fih l-Air Malta llum u għalhekk jeħtieġ li l-logħob bil-favuri jintemm darba għal dejjem. Il-gvern għandu jikkunsidra wkoll li iktar 'il quddiem jipprivatizza parti mil- linja tal-ajru billi joħroġ sa 30% tal-ishma lill-pubbliku u l-ishma jkunu kkwotati fuq il-Borża ta' Malta. Hekk il-gvern ikun qed jiġbor lura parti mill-kapital tal- bidu u fl-istess ħin il-kumpanija tkun marbuta bir-regoli tas- suq li jiżguraw trasparenza fir- rappurtaġġ finanzjarju.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 April 2023