Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1497807
14 oroskopju IL-ĦADD 23 TA' APRIL 2023 • ILLUM Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'dan in-New Moon taż- żodjaku ta' Taurus għalik Libra ser iwasslek aktar lejn ir-realta'. Għalkemm xi kultant tipprova taħrab mir-realta', issa f 'dan il- qamar ser tħoss li huwa l- mument opportun li taffaċja dak li tant ilek biex twettaq. Dan ser jagħmlek tirrejalizza kemm tli żmien prezjuż li fiħ int stajt esperjenzajt sitwazzjonijiet ferm aktar pożittivi. Kuluri favoriti ma' Libra huma l-blu u l-isfar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Taurus għalik Scorpio ser ikun mument ta' kuraġġ. Għalkemm fil- preżent qiegħed taffaċja sitwazzjonijiet ikkomplikati dan il-qamar ser ikun ta' benefiċċju għalik sabiex tintela b'dik id-determinazzjoni tant meħtieġa sabiex tasal fejn int verament tixtieq. Għalhekk għandek iżomm lilek innifsek pożittiv sabiex dan il- mument tegħlbu u tgħaraf is-sodisfazzjon tiegħek. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma l-oranġjo u lewn id-deheb. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Taurus għalik Sagittarius ser ikun il-waqt li tgħaraf aktar issib il-ħin għalik. Taf li minħabba l-ħidma li int teżerċita, ħin għalik bħal kieku spiċċa. Għalhekk f 'din il-fażi tal-qamar int ser tgħaraf issib bilanċ għal dan il-ħin tant bżonjuż u huwa meħtieġ fil-ħajja tiegħek. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma l-aħmar u l-kannella. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Taurus għalik Capricorn huwa mument dwar kif ser tkompli tagħti dik id-dehra utli lejn l-abitat tiegħek. Int qiegħed tgħaraf li l-abitat tiegħek jinħtieġ dik id- dehra ideali ta' kif tixtieqa int u kif din jagħmlek aktar komdu. Għalhekk bħalissa trid tkompli tikkonċentra sabiex is-sebbaħ u t-tejjeb l-abitat tiegħek. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma l-vjola u l-isfar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Taurus għalik Aquarius ser ikun dak il-mument ideali sabiex tgħaraf l-aħjar mument sabiex tagħti aktar importanza lejn dak il-ħin ta' mistrieħ. Inti taf li bħalissa qiegħed tħoss li dan huwa meħtieġ u dan jagħtik dik il-motivazzjoni sabiex tiġġenera aktar tkattir u tkabbir fl-istabbilta' tiegħek. Għalhekk ħejji għal dan. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma l-isfar u l-oranġjo. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan in-New Moon taż- żodjaku ta' Taurus għalik Pisces huwa mument li int trid tgħaraf tanalizza liema direzzjoni ideali għandek tieħu. Bħalissa qiegħed tħossok f 'salib it-toroq, iżda grazzi għal dan il-qamar int ser tgħaraf liema direzzjoni u liema triq għandek tibda tatwa. Ovvjament trid tkun iddeterminat, iffokat u trid twettaq rifflessjoni profonda. Kuluri favoriti ma' Pisces huma l-blu u l-abjad. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Namaste IN-NEW MOON GĦAŻ-ŻODJAKU TA' TAURUS L-OROSKOPJU MWASSAL MILL-ASTROLOĠISTA PAUL JON MILL-ĦADD 23 TA' APRIL SAS-SIBT 29 TA' APRIL Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Taurus għalik Aries ser ikun mument ta' għarfien lejn dawk il-proġetti li waqajt lura minnhom minħabba raġunijiet li żgur ma kellekx kontrol fuqhom. Issa reġa' għandek dak iċ-ċans biex tħejji sew lilek innifsek sabiex dawk il- proġetti l-aktar meħtieġa jkunu jistaw jitwettqu għas-sodisfazzjon personali tiegħek. Analizza sew. Kuluri favoriti ma' Aries huma l-aħmar u l-vjola. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Taurus għalik l-istess Taurus ser jagħtik iċ-ċans sabiex bir-ritmu tiegħek tkun tista' tanalizza aħjar kemm il-karriera tiegħek kif ukoll il-madwar komplut tiegħek u b'hekk ser ikun possibli għalik biex tirriffleti aħjar kif tista' tqassam dan aħjar sabiex il-ħajja tiegħek tkun waħda aktar stabbli għal dak li hemm riesaq lejk fil- ġimgħat li ġejjin.Kuluri favoriti ma' Taurus huma r-roża u l-isfar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta Sibt. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Taurus għalik Gemini huwa dak il-mument ta' rifflessjoni profonda dwar dak li sa issa rnexxilek twettaq. Int taf li l-motivazzjoni tiegħek hija waħda ta' determinazzjoni fejn għalkemm xi kultant issib il-mewġ iħabbat kontra tiegħek, dan ma jżommokx milli tasal fejn int verament tixtieq. Għalhekk wettaq u analizza aktar. Kuluri favoriti ma' Gemini huma l-aħmar u l-vjola. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Taurus għalik Cancer ser ikun mument li taħtaf aktar dawk l-opportunitajiet li forsi ma' kontx qiegħed tagħti wisq attenzjoni. Opportunitajiet li jistaw jissarfu f 'aktar stabbilta' fil-ħajja tiegħek. Opportunitajiet li jistaw ilaqqawk ma' persuni b'edejat ġodda li żgur fil- mument int tgħaraf li għandek bżon. Għalhekk analizza. Kuluri favoriti ma' Cancer huma l-blu u l-isfar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Taurus għalik Leo ser ikun dak il- mument ta' nspirazzjoni li tul dawn l-aħħar ġimgħat kienet xi it nieqsa minn ġewwa fik. L-inspirazzjoni hija ferm utli għalik f 'dan il-mument sabiex fejn kien hemm nuqas dan issa terġa taqbad it- triq li tant int magħruf għalija. Għalhekk inspira ruħek b'mod profond. Kuluri favoriti ma' Leo huma l-abjad u l-aħmar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru. F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Taurus għalik Virgo ser ikun mument li jagħtik ħin biżżejed sabiex tirriffletti sew dwar dak li hemm bżonn jitwettaq kemm fil- preżent u wisq aktar għal dak li int qiegħed taspira għaliħ fil-futur. Dan il-qamar jaf ikun dik iċ-ċavetta li int tgħaraf b'mod iddettaljat dak li int verament tixtieq u tħoss li huwa utli għalik. Analizza b'għaqal. Kuluri favoriti ma' Virgo huma l-oranġjo u l-isfar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Namaste IL BIDU TA' TIENI ŻODJAKU: TAURUS IKOMPLI : Iż-żodjaku ta' Taurus flimkien maż-żewġ żodjaki l-oħra jistaw jaġixxu billi xi kultant u akkost ta' kollox iżommu iebes f'dak it-twettieq jew deċiżjonijiet li jkunu ħadu u jaf ikun hemm min ma jaqbilx ma' din il-pożizzjoni iebsa ta' dan iż-żodjaku u għalhekk dan iż- żodjaku għandu s-simbolu tal-Barri. Iżda dan finalment ikun riżultat ta' esperjenzi li jkunu akkwistati tul iż-żmien sabiex b'dan it-twemmin jinkseb is-suċċess meħtieġ. Fatti nteressanti u kurjużi dwar dan iż-żodjaku huwa li Taurus ħafna drabi jħobbu jinqataw għalihom, ifittxu l-kwiet, ifittxu dak il-ħin għalihom infushom, magħrufin li jinġibdu ħafna lejn dawk li jkunu f'forma ta' kriżi jew bżonn ta' xi għajnuna u dan sabiex jagħrfu jkunu ta'inspirazzjoni. Huma magħrufin għal memorja tajba u kapaċi jiftakru sitwazzjonijiet lura , magħrufin għad dedikazzjoni kbira fil-ħidma tagħhom u ssib ħafna professjonijiet u karigi għoljin li jkunu okkupati minn persuni lijaqaw taħt dan iż-żodjaku. Importanti li tevita li tiksira ma' dan iż-żodjaku b'mod speċjali jekk iseħħ xi forma ta' tradiment għax huma magħrufin li jibqaw jissiltu sakemm jiwettaq is- sewwa u jieħdu dak li jkun ħaqqhom. F'kelma waħda evita li tittradixxi lil dan iż-żodjaku! Nies famużi fiż-żodjaku ta' Taurus insibu lil William Shakespeare, Audrey Hepburn, George Clooney, Rudolph Valentino, Adele, Pierce Brosnan, Enya, Rami Malak, Cher, Tony Blair, David Beckham, Regina Elizabeth II u l-Papa Qaddis Ġwanni Pawlu II. Id-dati tal-qmura waqt dan it-tieni żodjaku ta' Taurus huma t-Tlieta 20 ta' April fejn ser nesperjenzaw it-tieni new moon, waqt li l-Ġimgħa 5 ta' Mejju nesperjenzaw it-tieni qamar kwinta f'dan il-kalendarju żodjaku 2023- 2024. Namaste L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON