Illum previous editions

ILLUM 23 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1497807

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 19

15 films IL-ĦADD 23 TA' APRIL 2023 • ILLUM Carmel Bonnici Predikaturi foloz, reliġjon qarriera u setet kulti reliġjużi (1) Sa mill-bidunett taċ-ċinema mutu, r-reliġjon dejjem ħadet preċedenza f 'diversi produzzjonijiet li nħadmu. Fil- maġġoranza dan kienu xogħlijiet li wrew fidi sħiħa f 'dawk taċ- ċoqqa u f 'oħrajn lajċi. Kulħadd devot u attiv f 'mezzi differenti u distinti fir-reliġjon li jħaddan u jqim lil Alla bil-metodi li jaf hu. Meta l-udjenzi saru aktar maturi u ċ-ċensura ma baqgħetx daqshekk riġida, bdew jidhru films li juru li mhux kulħadd jinqeda tajjeb bir- reliġjon. Kien l-aktar wara t-Tieni Gwerra Dinjija li bdew jidhru films ta' dawk prattikament mhux ġenwini fl-għanijiet tagħhom li jinqdew bir-reliġjon għall- skopijiet egoisti u ta' gwadann. Ħafna drabi dawn ix-xogħlijiet kienu jkunu bbażati minn fuq novelli kulti u ġieli anki minn fuq individwi jew gruppi ta' nies li aġixxew b'dan il-mod devjanti. Fil-Bibbja nsibu ħafna kwotazzjonijiet dwar predikaturi foloz li jridu jqarrqu bil-poplu, l-aktar mill-Atti tal-Appostli u mill-ittri ta' San Pawl u Timotju li Korintini, Efesin, Rumani, Tessaloniki. Galatini u oħrajn. Minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija, l-ħajja normali komuni nbidlet drastikament u kienu ħafna li ma baqgħux iqisu r-reliġjon daqshekk importanti f 'ħajjithom. Xi wħud anki sabu mezz kif jinqdew bir- reliġjon jew idawwruha għall- bżonnijiet egoistiċi u personali tagħhom, l-aktar għall-profitt finanzjarju. Tapplika ħafna din it- twissija li nsibuha fil-Vanġelu ta' San Mattew 7:15 – "Oqogħdu attenti minn profeti foloz li jiġu għandkom lebsin ta' ngħaġ imma nternament huma lupi mġewwħin". Fil-ħajja madwarna, jitħalltu mal-folol, dejjem kien hemm dawk li l-iskop tagħhom hu li jisolħu lill-proxxmu, speċjalment lil dawk dgħajfa jew li jibilgħu kollox malajr u li huma neqsin mis-sens komun, kif ukoll lit-talin li jipperswadu ruħhom mill-ewwel. Mod effiċjenti biex jagħmlu dan hu li jinqdew bir-reliġjon, jikkwotaw siltiet mill-Bibbja b'manjiera emfatika u qawwija biex jimpressjonaw lil dak li jkun. Fl-Istati Uniti nsibu r-reġjun imsemmi l-"Bible Belt" fejn dawn l-evanġelisti jew televanġelisti qarrieqa malajr isibu lil min jaħkmu taħt idejhom biex jisolħuhom. Ir-riżultat hu li diveesi minnhom inkixfu li jippossedu ġid enormi bħal ajruplani jets privati, xi karozza Lamborghini SUV li tiswa mal-$200,000, jgħixu ħajja ta' lussu kbir, miljuni ta' dollari fil-bank, jippossedu wkoll artijiet ta' kobor u ġid ieħor li żgur ma jiġix mix-xogħol normali. Barra li dawn issibhom jiddefendu din il-fortuna mhux tas-soltu, jsostnu li hija essenzjali fil-missjoni tagħhom jivvjaġġaw minn post għall-ieħor, u sikwit jikkundannaw persuni ta' xeħtiet differenti u nklinazzjonijiet oħra, għall-benfiċċju tal-pubbliku li jemmen fihom. Dwar dawn il-predikaturi lablaba, mpusturi u qarrieqa ħarġu diversi films minn Hollywood l-aktar mis- snin ħamsin 'l hawn. L-aħjar fost dawn huma: e Night Of e Hunter. (1955) Film imfawwar b'atmosfera gotika tal-biża', ambjentat fis-Sud tal- Istati Uniti dwar predikatur falz, Harry Powell (Robert Mitchum) li jitħabbeb ma' armla fraġli, Willa Hayer (Shirley Winters) u mal- familja tagħha biex jitkixxef fejn il- mejjet żewġha ħeba eluf ta' dollari. Bħala predikatur psikotiku, liebes l-iswed u kappell tal-istess kulur Mitchum, li jkollu bejn is-swaba t'idejh miktubin il-kelmiet "love" u "hate", tassew ibeżża'. Determinat għall-aħħar, jiġri wara t-tfal tal- armla li qatel biex isir jaf fejn huma moħbija l-flus. Ix-xwejħa Lillian Gish (stilla taċ-ċinema mutu) li tieħu ħsieb it-tfal, b'makkakerija ntelliġenti tiqaflu. Kapulavur tal- ġeneru gotiku, maħdum mingħajr kulur, dan hu l-uniku xogħol dirett mill-attur Charles Laughton. Elmer Gantry. (1960) Burt Lancaster hu fl-aqwa element tiegħu bħala bejjiegħ li jdur ma' kullimkien fis-snin għoxrin, alkoħoliku u jiġġerra man-nisa, dejjem jitbissem juri snienu li jsir predikatur idur mat-truppa evanġelista ta' Jean Simmons, jippriedka fuq Kristu biex jisloħ il-flus. Bil-metodi eċċentriċi tiegħu li jbiddel l-att ta' talb f 'atmosfera li tinsab f 'ċirklu u li anki hu jkun involut fi qtil, l-atti ħżiena tiegħu fl-aħħar iduru kontrieh. Il-parti vibranti tiegħu trebbħu l-Oscar, kif ukoll l-istess premju ħaditu Shirley Jones b'parti sekondarja bħala l-ħabiba prostituta tiegħu li abbandunaha. Ikompli l-ġimgħa li jmiss.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 April 2023