Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1497807
20 sport IL-ĦADD 23 TA' APRIL 2023 • illum Hamrun Spartans huma ċ-Champions il-ġodda tal-futbol Malti. Dan kien ikkonfermat it tal-jiem ilu iżda lbieraħ, wara l-aħħar partita tal-Kampjonat BOV Premier kontra Gudja United, ingħataw it-trofew fi preżentazzjoni li saret ukoll fl- Istadium Nazzjonali, f 'Ta' Qali. Hamrun Spartans għelbu lil Gudja Utd bi skor ta' 2-0. Il-gowls ġew skurjati minn Elvis Mashike wara żewġ minuti logħob u Ryan Camenzuli fil-11-il minuta.Immedjatament wara l-partita, il-President tal-MFA, Bjorn Vassallo, preżenta t-trofew lill-plejers Ħamruniżi li kienu rrapreżentati mill-captain Steve Borg. Il-President Portelli xtaq jilgħab it minuti minn din il-partita iżda fl-aħħar ġimgħat, l-MFA ma tagħtux permess. Minkejja dan, l-Imprenditur Għawdxi xorta sab mezz kif iferraħ lilu nnifsu u lill-poplu Ħamruniż billi lejn l-aħħar minuti, ħareġ mal-plejers jagħmel it minuti ta' warm up. Wara it minuti, it-toroq tal-Ħamrun bdew jilqgħu fihom eluf ta' partitarji u nies oħra minn madwar Malta li niżlu lejn Triq il-Kbira biex igawdu l-festa Ħamruniża, f 'dik li kienet deskritta minn ħafna bħala festa oħra, ikbar minn dik tal-Ħadd filgħodu tal- ewwel ġimgħa ta' Awwissu ta' San Gejtanu, liema festa baqgħet sejra sas-sigħat bikrin ta' filgħodu flimkien mal-plejers u l-membri tal-istaff tat-tim u tal-Kumitat Ħamruniż kollu. Dan hu d-disa' kampjonat fl-Istorja ta' Hamrun Spartans u t-tieni wieħed taħt il- Presidenza ta' Joseph Portelli. Huma kienu rebħu l-kampjonat sentejn ilu, iżda taħt ristrezzjonijiet kbar, tant li kien twaqqaf kollox ħames partiti mit-tmiem, minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Hamrun Spartans rebħu l-kampjonat b'total ta' 69 punt wara 26 partita u fis-sajf li ġej jikkompetu fil-UEFA Champions League wara nuqqas ta' 33 sena. Minkejja li rebħu l-kampjonat sentejn ilu, l-Ispartans ma kienux tħallew jikkompetu f 'kompetizzjoni Ewropea minħabba sospenjoni li kellhom mill-istess UEFA, minħabba każ ta' diversi snin qabel. Minbarra dan l-istaġun, fl-Istorja tagħhom, Hamrun Spartans rebħu l-kampjonat fl- 1913/14, 1917/18, 1946/47, 1982/83, 1986/87, 1987/88, 1990/91 u l-2020/21. Fl-istorja tagħhom, Hamrun Spartans rebħu wkoll sitt darbiet l-FA Trophy u ħames darbiet is-Super Cup. Hamrun Spartans huma l-ħames l-aktar tim li rebaħ unuri fl-Istorja tal-futbol Malti wara Sliema Wanderers, Floriana, Valletta u Hibernians. Skont stħarriġ dwar il-popolarità tal- klabbs lokali li kienet għamlet il-Malta Football Association it tas-snin ilu, Hamrun Spartans kienu meqjusa fost l-aktar erba' timijiet li għandhom partitarji ma' Malta u Għawdex, flimkien ma' Valletta, Hibernians u Birkirkara. CHAMPI NS Ritratt: MFA Joseph Portelli