Illum previous editions

ILLUM 23 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1497807

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 19

sport illum • IL-ĦADD 23 TA' APRIL 2023 19 Vincent Kompany u Mauricio Pochettino huma l-favoriti li jinħatru managers ta' Chelsea. Il-media fl-Ingilterra, fl-aħħar sigħat, irrapurtat li magħhom jingħaqad manager ieħor li ismu għadu ma ġiex żvelat. Fil-preżent, Kompany qed imexxi lil Burnley. Din l-aħbar tiskarta kompletament iċ- ċans li l-ex kowċ ta' Bayern Munich, Julian Naglesmann, jieħu f 'idejh lit-tim ta' Londra. Id-Diretturi ta' Chelsea, Laurence Stewart u Paul Winstanley, se jkunu qed iħabbru d-deċiżjoni finali fil-jiem li ġejjin. Novak Djokovic ġie eliminat fil-kwartit tal-finali tal- Open ta' Srpska. Is-Serb tilef kontra sieħbu tal-istess pajjiż, Dusan Lajovic fi straight setts. Djokovic, ta' 35 sena, tilef b'setts ta' 6-4 u 7-6 kontra plejer li jinsab fis-70 post tar- rankings mondjali. Lajovic issa jilgħab fis- semifinali tat-tournament li qed isir fil-Bożnija u l-Herzegovina. Għal Djokovic, din kienet daqqa kbira, it ġimgħat qabel ma jibda l-Open ta' Franza. Sadanittant, l-Ingliż Dan Evans, avvanza wkoll għas- semifinali tal-Open ta' Barcelona wara li għeleb lil Francisco Cerundolo tal- Arġentina b'setts ta' 2-6, 7-5 u 6-3. Evans jilgħab fis-semifinali kontra Carlos Alcaraz li min-naħa tiegħu għeleb lill-Ispanjol Alejandro Davidovich Fokina b'setts ta' 7-6 u 7-5. Vincent Kompany u Mauricio Pochettino favoriti li jinħatru managers ta' Chelsea Salernitana jegħlbu lil Sassuolo b'wirja impressjonanti Novak Djokovic eliminat mill-Open ta' Srpska Salernitana għelbu lil Sassuolo bi skor ta' 3-0 fil-partita li ntlagħbet kmieni fil-ġurnata mill- Kampjonat Taljan, Serie A. B'din ir-rebħa u t-tliet punti, Salernitana telgħu fl- 14-il post tal-klassifika bi 33 punt. Dan ifisser 7 punti bogħod miż-żona tar-relegazzjoni. Salernitana fetħu l-iskor wara 9 minuti minn gowl ta' Pirola. Huma rduppjaw minn gowl ta' Dia fl-20 minuta. Salernitana għalqu l-partita bit-tielet gowl skurjat minn Coulibaly fil-65 minuta. Liverpool…3 Nottingham Forest…2 Liverpool għelbu lil Nottingham Forest bi skor ta' 3-2, f 'partita li kienet aktar diffiċli milli mistenni. L-ewwel taqsima ntemmet mingħajr gowls iżda r-Reds fetħu l-iskor fl-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima wara it sekondi bil-gowl jasal minn Diego Jota. Nottingham Forest ġabu d-draw 4 minuta wara minn gowl ta' Williams. Iżda reġgħu għaddew biss erba' minuti u Liverpool marru fil-vantaġġ bit-tieni gowl ta' Jota. Il-Forest reġgħu ġabu d-draw bil-gowl ta' Gibbs-White fis-67 minuta. It- tielet gowl ta' Liverpool wasal fis- 70 minuta minn Jota. Leicester City…2 Wolves…1 Leicester City rebħu partita kruċjali għas-salvazzjoni tagħhom kontra Wolves bi skor ta' 2-1. Kienu Wolves li marru fil-vantaġġ wara 13-il minuta logħob b'gowl ta' Cunha. Il-Foxes ġabu d-draw minn penalty ta' Iheanacho fis-36 minuta. Il-gowl tar-rebħa għal Leicester wasal fil- 75 minuta permezz ta' Castagne. Brentford…1 Aston Villa…1 Draw ta' 1-1 bejn Brentford u Aston Villa. It-tim ta' Londra fil- vantaġġ fil-65 minuta b'gowl ta' Toney. Aston Villa jġibu d-draw fit-88 minuta b'gowl ta' Douglas Luiz. Crystal Palace…0 Everton…0 L-ebda gowl f 'Londra bejn Crystal Palace u Everton f 'partita bilanżjata li setgħet tmur f 'kull naħa. Fulham…2 Leeds…1 Fulham rebħu l-partita ta' kmieni fil-ġurnata kontra Leeds United bi skor ta' 2-1. Wilson tefa' lil Fulham fil-vantaġġ fit-58 minuta u Perreira rdoppja fit- 72 minuta. Leeds skurjaw fid- 79 minuta minn auto-goal ta' Palhinha. Liverpool jegħlbu lil Nottingham Forest f'partita li dehret aktar faċli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 April 2023