Illum previous editions

ILLUM 23 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1497807

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 19

16 kummerċjali IL-ĦADD 23 TA' APRIL 2023 • illum Palazzin Vincenti mhux ser jitwaqqa' - Awtorità tal- Ippjanar tiskeda l-proprjetà bħala binja ta' Grad 2 Palazzin Vincenti f 'San Ġiljan mhux ser jitwaqqa' wara li l-Awtorità tal-Ippjanar skedat il-proprjetà bħala binja ta' Grad 2. Għalkemm l-Awtorità għandha applikazzjoni pendenti għat-twaqqigħ ta' din il-binja tas-seklu għoxrin, issa b'dan l-istatus ta' protezzjoni mogħti lill-proprjetà, l-applikazzjoni għall-iżvilupp ser teħtieġ bidla radikali biex jiġi żgurat li l-Palazzin jiġi restawrat u jingħata lura l-prestiġju li tant jixraqlu. Kif kienet wegħdet wara l-ħruġ ta' Ordni ta' Emerġenza għall-Konservazzjoni (ECO) s-sena l-oħra, l-Awtorità, b'konsultazzjoni u kollaborazzjoni mas-Sovrintendenza tal- Wirt Kulturali (SCH), wettqet valutazzjoni sħiħa u bir-reqqa tal- bini sabiex tiddetermina l-livell ta' protezzjoni għall-proprjetà. L-Awtorità kkonkludiet li Palazzin Vincenti għandu valur storiku u kuntestwali, u huwa eżempju pijunier ta' arkitettura modernista li tagħmel użu mill- konkos rinfurzat f 'ambjent domestiku. Mibni wara li ntemmet it-Tieni Gwerra Dinjija, il-Palazzin ġie ddisinjat u mibni mill-Perit Gustavo R. Vincenti bħala r-residenza personali tiegħu, u hija waħda mill-kapolavuri tiegħu. Huwa wieħed mill-aqwa eżempji modernisti f 'Malta, fejn Vincenti wera l-bravura tiegħu bil-forom ġeometriċi ta' ċrieki u kwadri li ttieħdu f 'dimensjoni bla preċedent b'forom li jisporġu 'l barra u spazji skolpiti. Mibnija tul il-promenade ta' San Ġiljan, il-binja huwa xempju b'saħħtu tal-istatura tal- protagonist intraprenditorjali 'il-Perit Vincenti' li ssaħħet matul il-karriera tiegħu fl-ewwel parti tas-seklu għoxrin. Palazzin Vincenti serva bħala r-residenza ta' Vincenti sa mewtu, li seħħet fil-25 ta' April 1974, f 'din il-binja. Il-faċċati taż-żewġt idjar li jmissu mal-Palazzin fuq kull naħa, iddisinjati b'estetika modernista, qegħdin jiġu skedati wkoll fi Grad 2, filwaqt li l-partijiet interni tagħhom ser ikunu fi Grad 3.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 April 2023