Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1497807
N har it-Tlieta, fil-Parla- ment, l-Oppożizzjoni talbet dibattitu urġenti dwar il-futur tal-Air Malta. L-Ispeaker, korrettement ma laqax it-talba. Għax x'sens jagħmel li żżomm dibattitu ta' din ix-xorta waqt li għadhom għaddejjin negozjati sensittivi, anke jekk dawn qed joqorbu lejn it-tmiem? Iktar kien jagħmel sens kieku l-Oppożizzjoni tablet li kellha tinżamm infurmata dwar fejn waslu in-negozjati. Dan ikun xieraq li jsir, fl-interess pubbliku u abbażi tal-fatt li l-informazzjoni tinżamm kunfidenzjali. Imma sfortunatament l-Oppożizzjoni iktar hi interessata fit-teatrin! Il-PN għandu ħafna x'joffri dwar dan kollu li għaddej, għax bħal- Labour, tul is-snin ta kontribut biex żviluppat il-qagħda attwali tal-Air Malta, waħda fejn ġiet żviluppata dipendenza fuq il-klijenteliżmu. It- tnejn li huma jġorru responsabbiltà għall-qagħda attwali. L-istat attwali tal-Air Malta hu wieħed ta' eżempju kif il- klijenteliżmu jkollu impatt fuq intrapriża pubblika li tul is-snin tmexxiet b'favoritiżmu politiku. It-tmexxija tal-Air Malta hi ukoll riflessjoni ta' kif tmexxa l-pajjiż. Il- klijenteliżmu qered lill-Air Malta, bħalma qiegħed jeqred lill-pajjiż. Tul is-snin l-Air Malta kienet mgħobbija b'ħafna iktar impiegi milli kienet tiflaħ. Deċiżjonijiet ta' tmexxija ttieħdu minn politiċi li f 'xi waqtiet l-anqas rieda tajba ma kellhom! Tiakru, per eżempju, lil Konrad Mizzi eks Ministru li fl-2019 kien ħabbar li fl-aħħar l-Air Malta kienet għamlet profitt? Dakinnhar kulħadd kien jaf li din kienet gidba ħoxna! Kellna eks Direttur tal-Air Malta li miet riċentement, li f 'artiklu li kien kiteb xi snin ilu, kien iddeskriva lill- Air Malta bħala l-baqra li l-politiċi kontinwament jaħilbu. Riżultat ta' hekk in-numru ta' impjegati spara l-fuq, b'mod partikolari fil-perjodi qrib ta' xi elezzjoni ġenerali. L-affarijiet ilhom ċari. Saru eżerċiżżji ta' ristrutturar u ħarġu numru ta' skemi ta' irtirar kmieni. Intefqu flejjes kbar, imma l-Air Malta xorta baqgħet f 'diffikultà minkejja l-fondi pubbliċi li xorbot. Hu għal din ir-raġuni li l-Kummissjoni Ewropeja qed tirreżisti li għal darba oħra jkun hemm għajnuna minn fondi pubbliċi: l-Air Malta kellha kemm- il darba għajnuna biex tirkupra, imma kull darba reġgħet għal li kienet: ħliet dak li rċeviet! Il-wasla tal-linji tal-ajru low cost għamlu s-sitwazzjoni ħafna iktar diffiċli għall-Air Malta għax dawn huma mibnija fuq mudell ekonomiku li l-Air Malta, frott tal-qagħda tagħha, it setgħet tikkompeti miegħu. Mgħobbija kif kienet bl-spejjes, hemm limitu kemm l-Air Malta setgħet tiċċaqlaq f 'suq dejjem iktar kompetittiv. L-istrateġija li fassal il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana lejlet l-elezzjoni tal- 2022 ġiet tard wisq. Il-marda kienet daħlet il-ġewwa wisq. Il-klijenteliżmu flimkien mal- għajununa minn fondi pubbliċi, lill-Air Malta kissruha. Kien għaldaqstant inevitabbli li illum jew għada l-Air Malta kellha tiffaċċja r-realtà. L-affarijiet ilhom ċari sa mill-2004 meta Malta issieħbet fl- Unjoni Ewropeja: l-ebda pajjiż ma jista' juża fondi pubbliċi biex joħnoq il-kompetittività. Il-fondi pubbliċi bħala għajnuna lill-intrapriża jistgħu jintużaw biss f 'ċirkustanzi eċċezzjonali u ċertament mhux b'mod repetut. L-Air Malta kellha kważi 20 sena ċans, li ħliethom. Xorbot il-fondi pubbliċi bla ma tat riżultati. 20 sena li tulhom kien hemm Gvern immexxi mill-PN u ieħor immexxi mill-Labour! Minn strateġiji, kieku, l-Air Malta qatt ma kienet nieqsa! Sfortunatament qatt ma kien hemm rieda biex ikun indirizzat in-nuqqas fundamentali tal-kumpanija, l-kontroll politiku. L-Air Malta għexet kontinwament bil-kontroll politiku li spiċċa qeridha darba għal dejjem. Issa l-qrid li għaddej, kollu għal xejn, tard wisq! Air Malta: Vittma tal-klijenteliżmu Carmel Cacopardo 11 opinjoni illum • IL-ĦADD 23 TA' APRIL 2023 Carmel Cacopardi huwa ċ-Chairperson tal-ADPD M atul l-aħħar xhur kell- muni diversi Maltin, inkluż negozji, li ta' kuljum jużaw il-vet- turi tagħhom li jaħdmu bid-diżil u li qed jiffaċċjaw b'mod regolari spejjeż addizzjonali minħabba filtri speċjali li għandhom dawn il-karozzi li huma maħsuba biex inaqqsu t-tniġġis fl-arja. Il-leġiżlazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-exhaust Euro 5 introdotta lura fl-2009 biex tgħin sabiex jitn- aqqsu l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju mill-karozzi, effettiva- ment għamlet il-filtri tal-partikula- ti tad-diżil obbligatorji, u minn dak iż-żmien 'l hawn, madwar waħda minn kull żewġ karozzi ġodda fis-sena jaħdmu bid-diżil. Dawn il-filtri issa ilhom jitwaħħlu fuq karozzi li jaħdmu bid-diżil għal madwar 20 sena, iżda għandhom difett naturali li jekk wieħed ma jiħux ħsiebhom, jew jekk jiġu mbagħbsa jista' jkun hemm konsegwenzi serji għall-vettura. L-iskop ta' dan il-filtru huwa li jaqbad u jaħżen in-nugrufun li tarmi l-karozza mal-exhaust sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet, imma naturalment, minħabba li dawn il-filtri għandhom biss spazju definit, dan in-nugrufun maqbud perjodikament irid jitbattal jew jinħaraq biex jiġi rriġinerat il-filtru. Dan il-proċess ta' riġenerazzjoni jaħraq b'mod nadif in-nugrufun żejjed depożitat fil-filtru, inaqqas l-emissjoni tal-exhaust li jagħmel il-ħsara u jgħin biex jipprevjeni d-duħħan iswed li konna mdorrijin naraw minn vetturi diesel, b'mod partikolari fil-fażi tal- aċċelerazzjoni. Sfortunatament, din ir- riġenerazzjoni li tippermetti biex jiġi maħruq jew mormi dan in- nugrufun li jinġabar, tiġri biss meta karozza tkun qed tinstaq f 'distanzi twal. Għaldaqstant, vjaġġi qosra b'veloċitajiet baxxi huma l-kawża ewlenija li dawn il-filtri jiġu imblukkati. Il-manifatturi ta' dawn il-filtri jistmaw li f 'kundizzjonijiet fejn il-vettura tinstaq f 'distanzi twal, dawn il-filtri għandhom iservu għal madwar 100,000 mil, però dan mhux il-każ għal konsumaturi li qed jixtru karozzi li jaħdmu bid- diżil f 'pajjiżi li għandhom distanzi qosra bħal Malta, sitwazzjoni li qed toħloq żbilanċ u spejjeż addizzjonali fuq dawn il-konsumaturi. Bosta Maltin, inkluż negozji li għandhom vetturi jaħdmu bid-diżil, qed ikollhom jiffaċċjaw spejjeż addizzjonali li konsumaturi f 'pajjiżi oħra Ewropej m'għandhomx. Minħabba li dawn il-vetturi jagħmlu distanzi qosra ġewwa pajjiżna, ir-riġenerazzjoni tal-filtri ma tkunx tista' ssir b'mod awtomatiku u allura, qed jispiċċaw jiġu misduda tant li kultant żmien qed ikollhom il-ħsara fil-vettura tagħhom, apparti li dan iwassal ukoll għal tnaqqis fl-effiċċjenza tal- magna. Is-sitwazzjoni għall-Maltin u ċittadini oħra fi Stati Membri żgħar bħal tagħna hija li meta dawn il- filtri qed jintlew bin-nugrufun li ma jkunx jista' jitbattal b'mod awtomatiku, qed jaslu f 'punt fejn qed ikollhom jidħlu fi spiża biex jagħmlu filtru ġdid għaliex il- maġġoranza tagħhom ma jkunux jistgħu jinfetħu biex jitnaddfu b'mod manwali mill-mekkaniks. Sabiex nindirizza dan it- tħassib, ressaqt proposta formali lill-Kummissjoni Ewropea biex jiddaħħal provediment fil-liġi sabiex isir obbligatorju li dawn il- filtri jkunu jistgħu jinfetħu biex issirilhom il-manutenzjoni regolari li għandhom bżonn ħalli titnaqqas b'mod sinifikanti din l-ispiża ta' filtru ġdid għall-konsumaturi u n-negozji Maltin. Matul din il-ġimgħa, iddiskutejt din il-proposta wkoll mal-Kummissarju Ewropew responsabbli mid-drittijiet u l-protezzjoni tal-konsumaturi, Didier Reynders, fejn spjegajtlu li dawn il-filtri mhux qed ikollhom l-istess benefiċċji meta użati f 'pajjiżi b'distanzi qosra bħal Malta u allura għandu jkun hemm dan l-obbligu fil-liġi li jħares lill-konsumaturi Maltin ukoll, u li allura jista' jwassal biex bi it sens komun jiġu ffrankati spejjeż addizzjonali u bla bżonn. Proposta lill-Kummissjoni Ewropea dwar karozzi li jaħdmu bid-diżil Alex Agius Saliba Alex Agius Saliba huwa MEP f'isem il-Partit Laburista