Illum previous editions

ILLUM 23 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1497807

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 19

Apatija u rabja kbira. Dawn huma ż-żewġ emozzjonijiet li wasslu biex il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista, li saret nhar il-Ħadd li għadda, kienet waħda bla entużjażmu ta' xejn. Tant hu hekk, illi din il-gazzetta tinsab infurmata li jumejn qabel ma kienet ippjanata l-konferenza, il-Ministri ġew mitluba li jieħdu persuni mis-segretarjat tagħhom biex jattendu għaliha. Ta' min insemmu wkoll illi t-telefonati biex iħajjru lid-delegati bil-għan li jattendu, ma waqfux lanqas. Punt ieħor huwa l-fatt illi nofs il-kelliema kienu kandidati għall- Parlament Ewropew u l-eks Prim Ministru Alfred Sant. Ma kienx hemm delegati, ma kien hemm ebda rapport amministrattiv u lanqas mozzjoni waħda. Numru ta' delegati li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu li l-Partit Laburista huwa immexxi minn persuni li jpoġġu l-karriera tagħhom qabel kollox b'riżultat illi m'għandhomx ħin għall- Partit. Insistew ukoll illi l-Prim Ministru Robert Abela mhux qiegħed jagħti l-almu tiegħu għall-Partit Laburista. Żiedu illi fi ħdan il-Partit ma hemmx ħeġġa jew apprezzament għal min ta snin ta' ħidma għall- Partit. "Il-Partit hu magħmul minn persuni li għadhom żgħar u li moħħhom biex jagħmlu l-flus bħala perit jew avukat. Ħaddieħor, li ta l-ħin tiegħu għall-partit, neħħewh. Jekk ikollok aktar minn ħamsin sena, mela inti ma tiswix karlin." Delegat ieħor qalilna li Abela," għadu mhux konxju ta' kemm hemm Laburisti illi mhux lesti li jivvutaw fl-elezzjoni tal- Parlament Ewropew. Għandu bżonn jiem aħjar il-weġgħat tan-nies." Dan filwaqt li delegat ieħor sostna illi ma aċċettax dak li "Robert għamel lil Rosianne Cutajar. Iva veru, żbaljat bil-kbir, iżda ma tistax tibdel fehmtek mil-lum għal għada u torbot lill- Membri Parlamentari Laburisti li jivvutaw f 'laqgħa ta' malajr biex titkeċċa." Raġel li ilu aktar minn 20 sena delegat ilmenta mal-ILLUM li hemm wisq garr kontra Abela. Qal illi l-kwota tal-ġeneru tan- nisa wassal biex fis-siġġijiet Parlamentari hemm ħafna nisa, "li lanqas jafu x'laqathom. Ħafna minnhom qatt ma tkellmu mal- Prim ministru minn meta ġew eletti sa llum. Iħossuhom inutli." Din il-gazzetta tkellmet ukoll ma' degelat minn Birkirkara u ieħor mir-rabat. Dak ta' Birkirkara skont hu, qal illi fil-lokalità tiegħu l-partit "mar il-baħar. U jekk toħroġ Roberta Metsola bħala Kap tal-Oppożizzjoni, se tkompli tagħmilha diffiċli għall-Partit." Intant ir-Rabti sostna illi li kieku ma kienx għall-eks Prim Ministru Joseph Muscat, "Abela lanqas karriera politika ma kien ikollu, lanqas opportunitajiet bħala avukat. Irid joqgħod attent għaliex ma jistax jarmi lil kulħadd." aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 23 TA' APRIL 2023 Opera onal Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 "Fostering a compe ve and sustainable economy to meet our challenges" Project part-financed by the Cohesion Fund Co-financing rate: 85% European Union Funds; 15% Na onal Funds CONNECTING THE DROPS CIRCULAR WATER MANAGEMENT FOR URBAN GREENING THE ENERGY & WATER AGENCY IN COLLABORATION WITH MCAST & UNIVERSITY OF MALTA INVITE YOU TO AN INTERACTIVE WORKSHOP ON: This interactive workshop will provide an opportunity for students and recent graduates to meet and learn from people working in the water sector. Interested in making your voice heard and to propose sustainable solutions? Join us to learn and contribute as we very much look forward to what will be proposed by the next generation. We will offer work placements for PAID INTERNSHIPS. Register Now. IF YOU ARE INTERESTED IN ATTENDING, KINDLY REGISTER ON WATER.ORG.MT/JOIN-THE-DROPS/WORKSHOP-WATER-SECTOR/, BY CALLING 27772777 OR EMAIL ON INFO@EMCS.COM.MT THU 27 TH APRIL 2023 between 8:30 and 15:00 FRI 28 TH APRIL 2023 between 8:30 and 13:00 AT ESPLORA Delegati Laburisti inkwetati dwar il-qagħda tal-Partit Robert Abela qal li l-partit għandu jaċċetta l-kritika

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 April 2023