Illum previous editions

ILLUM 23 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1497807

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 19

09 analiżi illum • IL-ĦADD 23 TA' APRIL 2023 Ir-rebbiegħa ġġib magħha l-istaġun tal-kaċċa u f'pajjiżna, filwaqt illi hemm diversi nies illi jopponuha bil-qawwi, hemm oħrajn li jemmnu li din il-prattika m'għandhiex titwaqqaf għaliex tagħmel parti fundamentali mill-identità Maltija. Din il-gazzetta, ta' kull ġimgħa, se tkun qed toffri spazju biex żewġ persuni jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom fuq temi differenti u jesprimu ruħhom għaliex jaqblu jew ma jaqblux... Vi jew va. Għal din il-ġimgħa, l-ILLUM tistaqsi lill-Kap Eżekuttiv ta' BirdLife Malta Mark Sultana u l-President tal-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba Jitkellem Lucas Micallef: Il-kaċċa hija l-eqdem prattika eżistenti ta' użu sostenibli ta' riżorsi naturali - li propju illum bqajna bħala umani niċċelebraw dan bħala parti essenzjali mill-evoluzzjoni tal- bniedem. Bniedem ma' jsirx kaċċatur iżda jitwieled. Ir- rebbiegħa tista' tgħid l-isbaħ staġun li neperjenzaw aħna magħtul is-sena, fejn l-ambjent ta' madwarna jkun qed jissokta l-ġmiel tiegħu u propju dan huwa żmien tant mistenni, minn eluf ta' kaċċaturi Maltin u Għawdxin. Il-gżejjer Maltin ma jħaddnu l-ebda tip ta' kaċċa residenti, ħlief għall-eċċezzjoni tal- fenek selvaġġ. Il-gamiema hija l-aktar tajra prestiġjuża għalina l-Maltin u proprju minħabba s-sitwazzjoni ġeografika tal- gżejjer tagħna, l-aktar preżenza maġġuri tal-migrazzjoni ta' din it-tajra iseħħ bejn April u Mejju, meta tradizzjonalment kienet ikkaċjata. Numru zgħir ħafna ta' gamiem ipassi okkażjonalment fil-bidu ta' Settembru. Projbizzjoni totali tal- prattika soċjo-kulturali tradizzjonali tal-kaċċa għall- gamiema fir-rebbiegħa f 'Malta, prattikament ikun ifisser it- tneħħija tal-kaċċa tradizzjonali għall-eluf ta' kaċċaturi Maltin. Mad-dħul ta' Malta bħala membru stat fl- Unjoni Ewropea, dan fisser aktar diffikultajiet għat- tradizzjonijiet tagħna. U propju lura f 'Settembru tal-2009, permezz tal-verdett tal-Qorti tal-Kostituzzjoni Ewopea, ġie stabbilit il-prinċipju li l-kaċċa tal-gamiema fil-ħarifa ma tikkostitwixxix soluzzjoni alternattiva sodisfaċenti għall- kaċċa tal-ispeċi fir-rebbiegħa. Sfortunatament il-problemi ma waqfux hemm, għax propju fl-2015 kellna l-ewwel referendum abrogattiv fuq il- kaċċa fir-rebbiegħa, fejn propju rebaħ il-kaċċatur. Dan filwaqt li fis-sena 2022 u l-2023, il- prattika ġiet mhedda permezz ta' Mandati ta' Inibizzjoni kontra l-Gvern minn Birdlife Malta. Dawn il-mandati qed isiru għaliex qiegħed jiġi argumentat li l-popolazzjoni Ewropea tal-gamiema qed jonqos. Il-FKNK tħaddan ir- responsabilità li meta tippreżenta proposti fil- kumitat Ornis, dejjem tagħraf li l-prattika tkun sostenibli u bl-ebda mod ma tkun ta' impatt negattiv lejn l-ispeċi. Illum informazzjoni li l-maġġor parti tagħha hija miġbura minn Birdlife, stess turi li l-istati li minnhom ikunu ġejjin dawn il-gamiem, għandom popolazzjoni stabbli. Qed juru wkoll li fuq skala wiesgħa qed jiżdiedu. L-istess għall-kontribut lejn l-ispeċi li qed tagħmel l-FKNK stess, billi trabbi fil-magħluq u titlaq lura fis-selvaġġ frieħ waqt staġun magħluq fejn dawn ipassu għal pajjizi oħra. Dan kollu li semmejt għidnih kemm il-darba, speċjalment matul dawn l-aħħar ġimgħat u ma nixtieqx nibqa' nirrepeti. Imma huwa xieraq li persuna tifhem u tgħarraf is-sitwazzjoni attwali. Għalina li nkunu fid-dura, jew induru flimkien mall- klieb tagħna magħtul dan iż- żmien tas-sena huwa mument li l-kaċċaturi u nassaba biss li jistgħu jifhmu. Meta tara fenomini fin-natura bħal migrazzjoni ta' għasafar diversi, insetti dakkara bħal friefet, fjuri u flora diversa, u dan kollu jidħol f 'ċiklu ta' meta wieħed jesperjenza dan ma sebħ il-jum. It-tehid ta' tajra huwa l-aħħar element fiċ-ċiklu. Il-kaċċa, speċjalment matul, l-istaġun fir-rebbiegħa hija vjaġġ ta esperjenzi ta' stil ta' ħajja. Fejn lkoll iħossuna konnessi u qrib in-natura u propju nagħrfu aħna min aħna bħala persuni. Jaqbel mal-Kaċċa fir-rebbiegħa Il-President tal-Federazzjoni tal- Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti Lucas Micallef

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 April 2023