Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499756
14 opinjoni IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 • illum I l-pjani lokali huma sebgħa. Huma supplimentati minn dak li nirreferu għalih bħala l-pjan ta' razzjonalizzazzjoni dwar l-użu tal-art. Dan il-pjan jikkonsisti fl-identifikazzjoni ta' art (dakinnhar) barra miz-zona tal-iżvilupp (ODZ), fil-periferija taz-zoni urbani u dawk residenzjali li l-Parlament, fl-2006, iddeċieda li jħallihom ikunu żviluppati. B'kollox hemm madwar żewġ miljun metru kwadru ta' art ODZ li fl-2006 ġew dikjarati tajba għall-iżvilupp. Il-Gvern immexxi mill-PN kien ippropona u eventwalment ivvota favur li din l-art ODZ tingħata għall-iżvilupp. L-Opposizzjoni Laburista kienet ivvutat kontra l-proposta. Meta f 'Marzu 2013 inbidel il-Gvern ma nbidel xejn. Minkejja li l-Labour fl- Oppozizzjoni kien ivvota kontra l-proposta, l-art ODZ baqgħet meqjusa tajba għall-iżvilupp: kull wieħed miż-żewġ miljun metru kwadru. Għax, kif kien qalilna tant tajjeb Giuseppe Tomasi di Lampedusa f ' Il Gattopardo: iktar mal-affarijiet jidhru li inbidlu, iktar jibqgħu l-istess. Ta' bilħaqq ir-rebgħa m'għandiex kulur! Illum, wara kważi 17-il sena, il-komunitajiet lokali tagħna qed jirrealizzaw xi tfisser id-deċiżjoni tal-Parlament. Flimkien ma sħabi dort Malta u Għawdex fuq bażi rego-lari niltaqa' man-nies biex niddiskuti l-impatt tal-iżvilupp esaġerat li qed jirriżulta: żvilupp li qed jiekol ir-raba' b'rata mgħaġġla. Il-parti l-kbira tal-lokalitajiet huma ef-fettwati. Din il-ġimgħa jmiss lir-raba' fin-Nigret, fil-periferija taż-Żurrieq, fejn iktar raba' ser jagħmel il- wisa' għall-iżvilupp. Ir-residenti irvellaw għax qed jirrealizzaw li 14,960 metru kwadru ta' raba' daqt tinqered, għax ser tingħata għall-iżvilupp. Daħlu żewġ applikazzjonijiet dwar dak li qed jiġi propost (PC85/18 and PC49/19). L-ewwel ap-plikazzjoni ilha sena approvata waqt li t-tieni waħda ser tkun ikkunsidrata dalwaqt: fil-fatt id-Direttorat tal- Ippjanar fl-Awtorità tal-Ippjanar diġa kkonkluda r-rapport li jirrakkomanda li din l-applikazzjoni tkun approvata ukoll. Il-proċess tal-ippjanar dwar din l-applikazzjoni presentement ikun qed jeżamina x'tip ta' żvilupp jista' jkun permess, l-għoli kif ukoll id-densità tal-bini. Fil-prinċipju, iżda, l-iżvilupp ilu 17-il sena li ġie approvat. Sfortunatament, minkejja l-ħidma tal-partit li jiena immexxi kif ukoll il-ħidma tal-għaqdiet ambjentali, il-komunitajiet fiż-żoni residenzjali ma tantx taw kaz ta' dak li kien għaddej minkejja li t-twissija kienet ċara għal kulħadd. Issa li t-theddida ta' żvilupp distruttiva qegħda wara l-bieb ta' diversi lokalitajiet bosta qed jirrealizzaw li kienu qed jgħadduhom biż-żmien. Bħal stembħu u irrealizzaw li ġew ittraduti minn dawk li kienu jafdaw b'għajnejhom magħluqa billi l-ispazji miuħa ta' madwarna qed iħallhom jiġu żviluppati. Ma jagħmilx sens li niżviluppaw l-art agrikola. Dan mhux sempliċi argument oġġettivament favur il- ħarsien tar-raba'. Hu ukoll meħtieġ li nħarsu l-pulmun madwar iz-zoni urbani u l-lokalitajiet. X'sens jagħmel li tvara nefqa ta' €700 miljun, suppost biex tħaddar l-ambjent urban u mbagħad fl-istess ħin tħarbat ir-raba' għammiela? Project Green, jekk għandu jkun ta' xi siwi għandu l-ewwel u qabel kollox iħares dak li għandna. Dan ma jgħoddx biss għall-għelieqi tan-Nigret li tul ix-xhur li ġejjin jinqerdu. Jgħodd għal kull rokna f 'dawn il-gżejjer: jgħodd għal kull wieħed miż-żewġ miljun metru kwadru fl-ODZ li 17-il sena ilu, l-Parlament iddeċieda li jikkundanna għall-iżvilupp. Il-mistoqsija hi: jista' jsir xi ħaġa? Mhux diġa tard wara 17-il sena? Jidher li hemm it possibiltajiet li nistgħu nesplora, avolja b'diffikultà. Forsi naslu, biex insalvaw il-it li baqa': il-it li ħallew. In-Nigret: iktar art agrikola għall-qerda Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo L -approċċi tradizzjonali għat-trattament tas-saħħa mentali spiss ma jir- nexxilhomx jindirizzaw il-kumplessitajiet tal-kundizzjoni- jiet bħad-dipressjoni, l-ansjetà, u d-disturb minn stress postrawmati- ku (PTSD). Għaldaqstant l-Unjoni Ewropea teħtieġ b'mod urġenti aktar innovazzjoni fil-qasam tad-disturbi tas-saħħa tal-moħħ. It-terapija assistita psikedelika qed issir klassi ġdida qawwija ta' trattament għal kundizzjonijiet bħad-dipressjoni u d-disturb fl-użu tal-alkoħol. Flimkien mal- appoġġ psikoloġiku, il-mediċini psikomedeliċi għandhom il- potenzjal li jipprovdu titjib kliniku sikur, b'azzjoni rapida u robusta, u b'effetti dejjiema. Din it-terapija toffri alternattiva promettenti billi tuża sustanzi li normalment jiġu abbużati f 'ambjent ikkontrollat u terapewtiku. Ir-riċerka wriet li dawn is-sustanzi jistgħu jiffaċilitaw introspezzjoni profonda, itejbu l-ipproċessar emozzjonali, u jtaffu s-sintomi meta jiġu amministrati taħt superviżjoni professjonali. Fis-snin li ġejjin, ir-regolaturi tal- Unjoni Ewropea huma mistennija japprovaw terapiji psikedeliċi, li se jipprovdu għażla terapewtika addizzjonali għal miljuni ta' Ewropej li jeħtieġu trattamenti aħjar. Nemmen fl-importanza ta' approċċ komprensiv għall- integrazzjoni tagħhom fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħna, u biex nippreparaw għall-introduzzjoni ta' dawn it-terapiji, jeħtieġ li niżviluppaw l-għarfien espert u l-infrastruttura meħtieġa. Dan jippreżenta opportunità sinifikanti għall-Parlament Ewropew, u għall- Unjoni Ewropea kollha kemm hi, biex isawru b'mod attiv il-kors ta' azzjoni f 'dan il-qasam. Naturalment, l-integrazzjoni tat-terapija assistita psikedelika fl-Unjoni Ewropea trid tkun akkumpanjata minn qafas regolatorju robust li jiżgura s-sikurezza, il-prattiki etiċi, u l-protezzjoni tad-drittijiet tal- pazjenti, u għaldaqstant nemmen li għandhom jiġu stabbiliti linji gwida u standards li jirregolaw it-taħriġ, il-kwalifiki, u ċ-ċertifikazzjonijiet tat-terapisti involuti f 'dawn it-trattamenti assistiti. Dawn il- miżuri jiggarantixxu li l-prattikanti jaderixxu ma' protokolli rigorużi u jżommu l-ogħla standards professjonali. Biex jiġi esplorat bis-sħiħ il-potenzjal ta' din it-tip ta' terapija, il-kollaborazzjoni bejn l-istituzzjonijiet xjentifiċi, il- professjonisti tal-kura tas-saħħa, u dawk li jfasslu l-politika hija essenzjali. Jeħtieġ ukoll li jkun hemm allokar ta' finanzjament għal inizjattivi ta' riċerka biex ikunu appoġġjati studji rigorużi li jevalwaw l-effiċjenza, is-sikurezza, u l-impatt fit-tul ta' dawn it-terapiji assistiti. L-integrazzjoni ta' dawn it- terapiji huwa approċċ kuraġġuż u komprensiv li jgħaqqad ir-riċerka, ir-regolamentazzjoni, l-edukazzjoni u l-aċċessibbiltà. Billi nirrikonoxxu l-potenzjal li jeżisti u ninvestu fl-implimentazzjoni responsabbli, nistgħu nirrevoluzzjonaw il-kura tas-saħħa mentali u nipprovdu lill- individwi b'għażliet ta' trattament trasformattiv. Sadanittant, it- terapija psikedelika tibqa' suġġett kontroversjali, spiss imtaqqla minn stigmatizzazzjoni storika. Fil- Parlament Ewropew qed nitkellem favur edukazzjoni pubblika biex inneħħu l-ideat żbaljati u nippromwovu informazzjoni preċiża dwar il-benefiċċji, ir-riskji, u l-użu responsabbli tat-terapija. Billi ninvolvu ruħna mal-pubbliku u ninkludu professjonisti ewlenin biex jaqsmu r-riċerka tagħhom, nistgħu nnaqqsu l-istigma u nħeġġu djalogu miuħ dwar it- trattamenti tas-saħħa mentali. Bħala Membru Parlamentari Ewropew, jien impenjat li nappoġġa l-integrazzjoni tat- terapija assistita fis-sistemi tal-kura tas-saħħa ġenerali, filwaqt li niżgura l-benesseri u s-saħħa mentali taċ-ċittadini Ewropej kollha. Qed nagħmel pressjoni flimkien ma' kollegi oħra fil-Parlament Ewropew biex navvanzaw din l-aġenda billi nidderieġu d-diskussjonijiet istituzzjonali dwar l-applikazzjoni terapewtika bl-għan li nippromwovu l-iżvilupp ta' politiki u regolamenti sodi, li jwittu t-triq għal aċċess ekwu għal trattamenti ġodda affordabbli u sikuri fl-Unjoni Ewropea. Din il-ġimgħa li ġejja hija l-ġimgħa Ewropea tas-Saħħa Mentali, u f 'din l-okkażjoni ser inkun qed nospita laqgħa magħluqa għal dawk li bħali huma responsabbli mit-tfassil tal-politika tal-Unjoni Ewropea, li se toffri l-opportunità għal aktar tagħlim dwar trattamenti ġodda. F'din il-laqgħa se jkollna magħna l-aktar xjenzati Ewropew prominenti f 'dan il-qasam, u se nesploraw ukoll ir-rilevanza tat-terapiji psikedeliċi għall- inizjattivi attwali tal-Unjoni, bħal "Approċċ komprensiv għas-saħħa mentali", "Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer", "Strateġija farmaċewtika tal-Unjoni Ewropea", jew diversi programmi ta' finanzjament. L-integrazzjoni tat-terapija assistita psikedelika: viżjoni għar-riforma tas-saħħa mentali Alex Agius Saliba huwa MEP tal-Partit Laburista Alex Agius Saliba