Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499756
20 IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 • illum 'Il-prezzijiet tal-ikel minn barra kawża taż-żidiet fil-prezzijiet tar-ristoranti' - L-MHRA u l-ACE MATTHEW FARRUGIA Ir-raġuni prinċipali wara ż-żieda fil-prezzijiet tar-ristoranti hija żieda fil-prezzijiet għas-sidien tar-ristoranti, f 'dak li għandu x'jaqsam mal-ikel u ingredjenti oħra. Qasmu dan is-sentiment il- President tal-Assoċjazzjoni għall- Istabbilimenti tal-Catering (ACE), Michelle Muscat, u l-President tal- Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA), Tony Zahra. Illum il-ġurnata, bosta huma dawk li jesprimu l-frustrazzjoni tagħhom għall-fatt li meta jsiefru fl-Ewropa stess, iħallsu prezzijiet ferm irħas meta joħorġu biex jieklu f 'ristoranti meta mqabbel ma' ristoranti f 'Malta. Illum staqsiet aktar dwar ir-raġunijiet wara l-prezzijiet li qed jogħlew f 'pajjiżna, u anke dwar dak li jista' jsir sabiex titrażżan din iż-żieda. F'kummenti ma' din il-gazzetta, Michelle Muscat espremiet it- tħassib li ħafna Maltin qed jieħduha kontra s-sidien tar-ristoranti minħabba l-prezzijiet li qed jogħlew għall-konsumaturi. Muscat riedet tiċċara li l-maġġoranza tar- ristoranti li qed jgħollu l-prezzijiet tagħhom mhux qed jagħmlu dan b'kapriċċ, iżda għax ikunu darhom mal-ħajt, u ma jkunux jistgħu jassorbu l-prezzijiet kollha. Hija qalet li raġuni prinċipali wara dawn iż-żidiet għandhom x'jaqsmu ma' żidiet allarmanti minn dawk li jissuplixxu lir-ristoranti. Muscat spjegat li fost l-oħrajn, iċ- chips, li huwa ikel bażiku li jinsab fil-maġġoranza tar-ristoranti, ukoll qed jesperjenza żidiet fil-prezzijiet. Qalet li dan huwa minħabba li l-prezz taż-żejt biex jinqela' trippla, u stqarret li meta wieħed jara l-prezzijiet tal-patata lokali u dik ta' barra, it-tnejn li huma għolew ukoll. Bl-istess mod, Michelle Muscat qalet li l-pagi tal-impjegati huma fattur ieħor li wieħed irid jikkunsidra. Stqarret li huwa żball meta wieħed jaħseb li l-impjegati fir-ristoranti jitħallsu bil-paga minima, hekk kif skontha, fid-dinja tal-lum, "lanqas dishwasher ma jaħdem b'paga minima, aħseb u ara kemm se jaħdem b'mod prekarjat." Fil-fatt, hija nnutat li l-impjegati għandhom l-ispejjeż tagħhom ukoll, u bħal kulħadd, ħaqqhom paga li tagħtihom dinjità. Muscat irrimarkat ukoll dwar il-fatt li it huma l-Maltin li jixtiequ jidħlu jaħdmu f 'din l-industrija, primarjament minħabba l-kundizzjonijiet u l-ħinijiet tax- xogħol assoċjat mar-ristoranti. Għalhekk, meta persuni barranin ma jsibux problema li jaħdmu bl-istess kundizzjonijiet, wieħed jiem ir-raġuni wara n-nuqqas ta' Maltin f 'din l-industrija. B'mod simili il-President tal- MHRA, Tony Zahra, saħaq li "Malta hija parti mid-dinja", u għalhekk meta jiżdiedu l-prezzijiet tal-ikel madwar id-dinja, Malta tħoss l-istess impatt. Zahra rrimarka li barra minn xtutna, l-inflazzjoni ġejja minn żidiet fil-prezzijiet tal- ikel u l-enerġija, li fl-aħħar mill- aħħar jimpattaw lil gżejjer Maltin. Zahra saħaq li fil-każ ta' Malta, dawn il-problemi huma agħar minħabba li Malta hija gżira, u l-prezzijiet marbuta ma' trasportazzjoni qiegħdin jogħlew ukoll. Rigward, il-pagi tal-ħaddiema, Tony Zahra stqarr li bl-oppost tas-sitwazzjoni f 'Malta snin ilu, illum il-ġurnata, "għal kull kelb hawn mitt għadma."Fil-fatt, huwa nnota li l-istess jista' jingħadd f 'diversi industriji oħra, anke dak mediku. Dan ifisser li s-sidien tar-ristoranti għandhom bżonn ikunu kompetittivi biex jattiraw il- ħaddiema, u dan iwassal għal żidiet fl-ispejjeż ta' min iħaddem. Dwar dak li għandu jsir sabiex jimmitiga dawn iż-żidiet, Zahra qal li wieħed għandu jħares lejn dak li qed jiġri barra minn xtutna biex tiġi indirizzata din il-problema. Huwa rrefera għal dawk il-pajjiżi li qed inaqqsu t-taxxa tal-VAT għar- ristoranti. Fil-fatt, l-Irlanda u l-Islovakkja għamlu proprju dan, filwaqt li l-Estonja qed tikkunsidra wkoll li tnaqqas it-taxxa tal-VAT għar- ristoranti sabiex ittaffi mill-effetti tal-inflazzjoni għolja. aħbarijiet L-ispejjeż ta' ikel u ingredjenti bażiċi fosthom iċ-chips qed jgħollu rashom b'mod allarmanti F'kummenti ma' ILLUM jingħad li l-Gvern għandu jikkunsidra jnaqqas il-VAT għar-ristoranti sabiex itaffi mill-ispejjeż li dejjem qed jiżdiedu għas-sidien tar-ristoranti Tony Zahra Michelle Muscat