Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499756
06 analiżi IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 • illum Margaret Mifsud aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 • illum MATTHEW FARRUGIA Love Island Malta bla dubju kien is-suġġett ta' diversi konverżazzjonijiet bejn ħbieb, familji u kollegi din il-ġimgħa, hekk kif dan il-programm ġdid bla dubju sab ruħu fuq it- televiżjoni ta' numru kbir ta' djar madwar Malta u Għawdex. Hekk kif numru sinifikanti ta' Maltin se jkunu qed isegwu dan il-programm ġdid, Illum staqsa erba' esperti magħrufa fix-xandir, b'uħud minnhom jikkritikaw il-kunċett tal- programm innifsu, u oħrajn ma jaqblux li dan għandu jixxandar fuq il-PBS. Li hu żgur huwa li dan il-programm ħoloq oppinjonijiet u diskussjonijiet fuq diversi oqsma marbuta max- xandir. Fil-fatt, rapporti fil-midja aktar kmieni din il-ġimgħa wrew kif skont ċifri pprovduti mill- Public Broadcasting Service, 160,000 persuna raw l-ewwel episodju ta' Love Island Malta . Dan saħansitra wassal sabiex numru ta' persuni esperjenzaw problemi tekniċi waqt l-ewwel programm minħabba l-fatt li kien hemm mas-16,000 persuna jaraw il-programm permezz ta' mezzi online, u b'hekk waqgħu is-servers ta' TVMi. Minkejja dan l-entużjażmu mill-udjenza Maltija u Għawdxija, Love Island Malta ġab miegħu numru ta' kontroversji. Fosthom, fuq il-midja soċjali sar l-appell sabiex wieħed ikun ħanin fil-kummenti tiegħu dwar il-parteċipanti tal-programm. Fil-fatt, din mhix biss problema tal-interpretazzjoni Maltija ta' dan il-programm, hekk kif tliet parteċipanti fl-istess programm fir-Renju Unit kienu għamlu suwiċidju wara kummenti offensivi fil-konfront tagħhom fuq il-midja soċjali. Din il-gazzetta staqsiet l-opinjoni ta' numru ta' persuni b'esperjenza fix-xandir, dwar il-programm li bla dubju se jkun segwit min-numru sostanzjali ta' telespettaturi fil-ġimgħat li ġejjin. Minn Trash TV għal bżonn li Love Island Malta: Esperti fix-xandir jgħidu tagħhom dwar l-aktar programm diskuss din il- ġimgħa "Forma ta' Trash TV" - Ġorġ Mallia "Il-PBS għandu jirrifletti x-xewqat ta' din is- sezzjoni fl-udjenzi tiegħu" - Pierre Portelli Min-naħa l-oħra, Pierre Portelli, li pproduċa l-programm 'L-Ispjun' b'kunċett simili ta' Love Island, stqarr mal-Illum li bosta Maltin isegwu Love Island ta' pajjiżi oħra, u l-istazzjon Nazzjonali għandu jirrifletti x-xewqat ta' sezzjoni sinifikanti tal-udjenza Maltija. Portelli stqarr ukoll li l-livell ta' produzzjoni ta' Love Island Malta huwa tajjeb ħafna. Minkejja dan, huwa spjega kif isib problema mal-formula tal-programm internazzjonali nnifsu, hekk kif ipoġġi individwi f 'dak li ddeskriva bħala "suq", biex persuni oħra fil-programm jagħżlu jew jirriġettawhom. Pierre Portelli qal li meta wieħed iħares lejn il-programm innifsu u l-parteċipanti, wieħed jiem jekk dawn ikunu xi it jew wisq superfiċjali fl-ewwel ġranet tal-programm, iżda qal li maż-żmien wieħed jinnota li joħorġu l-karattri vera tagħhom, bit-tajjeb u l-ħażin kollu tagħhom. Għalhekk, huwa stqarr li programmi b'elementi ta' esperiment soċjali bħal m'hu Love Island Malta jservu ta' produzzjonijiet interessanti ferm, sakemm ma jinqabżux il-limiti tar-rispett lejn l-individwi. Punt interessanti li qajjem Portelli kien il-fatt li Love Island UK sewa mat-12-il miljun ta' ewro, u bl-istess mod, l-interpretazzjoni ta' Malta bla dubju tlaħħaq maż-żewġ miljun ewro fi spejjeż ta' produzzjoni. Pierre Portelli appella biex il- PBS jispjega kif kien possibbli li jiġi ffinanzjat dan il-programm bi spiża sinifikanti, sabiex bl-istess mod, ikunu jistgħu isiru produzzjonijiet oħra li jirrikjedu dawn il-fondi. Dan hekk kif saħaq li hemm bosta produtturi li jixtiequ juru t-talenti tagħhom fuq il- PBS, iżda jsibu problemi ta' finanzjament marbuta mal- mudell finanzjarju tal-istess stazzjon. Meta mistoqsi mill-Illum, il-Professur Ġorġ Mallia stqarr magħna li huwa konxjament mhux isegwi dan il-programm, minħabba li fil-fehma tiegħu, huwa forma ta' "Trash TV". Mallia spjega li dan il-programm huwa maħdum biex jilħaq l-akbar numru ta' persuni, u għalhekk, fil-fehma tiegħu, mhux programm ta' kwalità għolja. Huwa saħaq li jiem l-importanza ta' programmi divertenti, iżda l-kunċett u l-istil ta' dan il-programm għandu l-potenzjal il jagħmel iktar ħsara milli ġid. Rigward ir-rispons sinifikanti għal dan il- programm mill-udjenza, il-Professur Mallia nnota li wieħed għandu jżomm f 'moħħu li minħabba li numru ta' Maltin diġà jaraw il-verżjoni Brittanika tal-programm, kien hemm stennija kbira għall- verżjoni Maltija, filwaqt li rrimarka li s-sess, is-sbuħija u l-gossip huma fatturi li jagħmlu programmi bħal dawn aktar attraenti għall- udjenza.