Illum previous editions

ILLUM 21 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499756

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 19

IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 • illum THIS IS A PAID COLLABORATION viżjoniwaħda dehraġdida infrastrutturadiġitali publicservice.gov.mt segwina Diversi uffiċjali pubbliċi ġew rikonoxxuti b'awards talli spik- kaw f'ħidmiethom matul is-sena li għaddiet, f'ċerimonja li saret taħt il-patroċinju tal-President Dr George Vella. L-Inġinier Ramon Tabone mid-Direttorat tal-Inġinerija fl- isptar Mater Dei rċieva l-award tal-aqwa inizjattiva ambjentali. Is-Sur Tabone ħadem fuq proġett fejn naqqas il-ħela ta' sħana mill-inġenji taċ-Chillers tal-isptar, billi jutilizza din l-istess enerġija biex issaħħan is-swali u l-ilma do- mestiku. Hu stmat li dan wassal għall-iffrankar ta' miljun litru fu- el, u t-tnaqqis ta' aktar minn tliet miljun kilogramma ta' emissjoni tal-karbonju. L-Award għall-aqwa soluzzjoni diġitali ingħata lill-Information Management Unit tal-Ministeru għall-Politika Soċjali, għall-iżvi- lupp tal-pjattaforma 'mySocialSe- curity.' Din l-għodda toffri servizzi soċjali personalizzati, b'faċilità ta' stimi ta' benefiċċji li applikant ikun eliġibbli għalihom. Inclusion Award ingħata lit-tim tal-Community Policing fil-Mar- sa. Dan it-tim stabbilixxa diversi attivitajiet li bihom qed iwasslu għal aktar inklużjoni kif ukoll qed iservu ta' pont bejn gruppi ta' mi- noranza u l-awtoritajiet. Inspiring Social Responsibility Award ingħata lill-Malta Food Agency, għat-tqassim ta' frott, ħaxix u ħut frisk lil soup kitchens u food banks. Project of the Year ingħa- ta lid-Dipartiment tal-Anzjan- ità Attiva u l-Kura fil-Komunità għall-proġett 'Dar Padova,' klin- ika b'numru ta' servizzi olistiċi taħt saqaf wieħed għall-anzjani f'Għawdex, inkluż ukoll il-faċilità ta' night shelter. Team Recognition Award in- għata lit-Taqsima tar-Relazz- jonijiet Industrijali (IRU) fi ħdan id-Diviżjoni tan-Nies u Standards, tax-xogħol tagħha fuq il-kundiz- zjonijiet tal-ħaddiema b'ħiliet ta' negozjar u abbiltà li tnaqqas il-kunflitti fix-xogħol ta' kuljum. Quality Award ingħata lil Busi- ness First, wara li konsistentement ġabet riżultati pożittivi fil-kontrol- li interni tas-Servizz Pubbliku li jħarsu l-livelli ta' kwalità. L-Uffiċċ- ju tal-Passaport u l-uffiċċju tal-eID fi ħdan Identity Malta, l-Uffiċċju għas-Servizzi Konsulari, il-One- Stop-Shop għall-Uffiċjali Pubbliċi u l-Health Care Funding kisbu l-Quality Label. Best Practice in Good Govern- ance Award ingħata lill-Awtorità tal-Istandards għall-Kura Soċ- jali, wara r-rakkomandazzjoni tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) f'audit riċenti. Role Model Award ingħata lill-Kuntistabbli tal-Pulizija Aiden Brignone Carachi, li ġie deskritt minn sħabu bħala persuna dil- iġenti u ta' etika li jaqdi dmiru b'attenzjoni. Hu kien strumentali biex salva mill-mewt persuna li tatha puplesija u li ma kinitx qed taċċetta għajnuna hi stess. Matul is-serata ingħata wkoll ir-rikonoxximent 'Outstanding Effort Award' mill-Kap tas-Servizz Pubbliku Tony Sultana, lit-tim tal-Protezzjoni Ċivili. Dawn l-uffiċ- jali ġew rikonoxxuti talli fi Frar li għadda, telqu barra minn xtutna biex jassistu l-vittmi tat-terremot fit-Turkija. 15-il elf ruħ huma stmati li ża- ru l-ewwel EXPO tas-Servizz Pubbliku, organizzata ftit tal-jiem ilu fl-MFCC f'Ta' Qali. Kienet l-ewwel darba li l-Am- ministrazzjoni Pubblika kollha kienet taħt saqaf wieħed, b'20 stand li juru l-aqwa u l-aktar għodda diġitali innovattivi li qed jintużaw bħalissa. Minn simulatur tat-Traffiku tal-Ajru għal ologrammi ta' statwi u skannjar tal-kostumi 3D, wieħed seta' faċilment ja- ra li l-avvanz teknoloġiku qed iseħħ tassew b'pass mgħaġġel fis-Servizz Pubbliku. Simu- latur tal-karozzi tal-eSports ibbażat fuq il-korsa lokali ta' Hal Far, kċina diġitali użata mill-ITS, is-sistema tal-identi- fikatur tal-passaporti u skan- jar diġitali tal-arkivji notarili ġibdu wkoll l-attenzjoni ta' bosta. L-avveniment serviet ukoll bħala opportunità idea- li għall-pubbliku biex jif- familjarizza aħjar ma' diver- si servizzi onlajn tal-gvern. Dawn jiffaċilitaw u jipprovdu aċċess immedjat dwar kura tas-saħħa personali, sigurtà soċjali, permessi lokali u di- versi applikazzjonijiet oħra. Ġew esebiti wkoll sistemi diġitali li jassistu lill-pajjiż fuq skala nazzjonali, fosthom l-Emergency Management Control Centre, id-dashboard tal-Borża ta' Malta, laborator- ju għall-ittestjar tal-mediċina, u s-sistema diġitali li tħad- dem il-funtana Tritoni fost oħrajn. Kienu preżenti wkoll għodod diġitali oħra użati fid-diplomazija, fl-agrikoltura u r-riżorsi naturali, flimkien ma' diversi realtajiet virtwali u tours virtwali ta' attrazzjoni- jiet ta' interess. Dan kollu pprovda l-aħjar ambjent biex is-Servizz Pub- bliku jniedi l-identità ġdi- da tiegħu. Waqt it-tnedija, is-Segretarju Permanenti Ew- lieni Tony Sultana qal li din id-dehra ġdida hi parti mill- proċess ta' modernizzazzjoni li għaddej minnu s-Servizz Pubbliku. Waqt l-attività ta' tlett ijiem, is-Sur Sultana indirizza wkoll lill-kapijiet tal-Amministrazz- joni Pubblika fejn spjega l-viż- joni tiegħu ta' amministrazz- joni pubblika waħda għal poplu wieħed, li ma tagħmilx distinzjoni bejn dipartimenti, aġenziji u entitajiet, iżda hi- ja bbażata fuq ambizzjoni li jinkisbu riżultati akbar. "B'hekk biss inkunu nistgħu nħarsu 'l quddiem u nkomplu nimmodernizzaw lil dan il- pajjiż," temm jgħid is-Segre- tarju Permanenti Ewlieni. Suċċess għall-ewwel EXPO tas-Servizz Pubbliku Is-Servizz Pubbliku b'rikonoxximenti lill-Uffiċjali Pubbliċi Ritratti: DOI

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 May 2023