Illum previous editions

ILLUM 21 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499756

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 19

Carmel Bonnici 19 films IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 • ILLUM Il-film animat mużikli "The Lion King" ta' Disney (1) Fl-1974 il-fergħa tal- animazzjoni tal-kumpanija Walt Disney Productions ħarġet il-film e Lion King. Din kienet it-32 produzzjoni animata ta' dan l-istudjo u nħadem fi żmien meta din il- kumpanija kienet qed tgħaddi minn rinaxximent qawwi f 'dan il-ġeneru, wara xi it oħra qablu li għamlu suċċess tajjeb. e Lion King kien dirett minn Roger Allers u Rob Minkoff, prodott minn Don Hahn, bl- iskrinplej akkredita lil Irene Mecchi, Jonathan Roberts u Linda Wolveston. Il-kanzunetti oriġinali, sbieħ u tal-widna ġew miktuba minn Elton John u l-liriċi minn Tim Rice, bil- mużika oriġinali tal-prolifiku Hans Zimmer. Grupp kbir ta' atturi li nstema' leħinhom f 'dan ix-xogħol kienu jinkludu, Matthew Broderick, James Earl Jones, Jeremy Irons, Jonathan Taylor omas, Moira Kelly, Nathan Lane, Ernie Sabella, Rowan Atkinson (Mr. Bean), Robert Guillaume, Madge Sinclair, Whoopi Goldberg, Cheech Marin u Jim Cummings. L-istorja sseħħ fil-qalba tal- Afrika, f 'saltna ta' ljuni. B'xi mod ħafif, dan il-film kien influwenzat mit-traġedja klassika ta' William Shakespeare, Hamlet. Fil-qosor, l-istorja li jirrakkonta dan il-film tassew divertenti hi dwar Simba, ljun żgħir li se jkun il-werriet tar-renju wara missieru, Mufasa, Re tal-artijiet fertili. Imma wara li Scar, iz-ziju ta' Simba u ħu ż-żgħir ta' Mufasa, jkun ġeluż u joqtol lil ħuh biex jakkwista r-renju, Simba jkun immanipulat jaħseb li hu kien responsabbli u jaħrab f 'eżilju. Meta jsir matur, jgħix ma' tnejn għażżenin, Simba jiġi konxju minn Nala, l-ħabiba tiegħu tat- tfulija u mix-xwejjaħ saħħar Rafiki, li Scar qatel lil missieru u għandu jmur jiffaċċjah u jisfidah biex itemm it-tiranija tiegħu u b'hekk jieħu l-post li jixraqlu bħala l-veru Re fiċ-ċirku tal-ħajja. Immorru lura 6 snin qabel, fl-1988 meta l-iżvilupp ta' e Lion King beda jieħu l-ħajja wara laqgħa bejn Jeffrey Katzenberg, Roy E. Disney u Peter Schneider waqt li kienu jippromwovu l-film animat Oliver And Company fl-Ewropa. L-ewwel trattament kitbu omas Disch u Linda Wolveston żviluppat l-ewwel skrinplej, waqt li bħala direttur iffirma George Schribner u wara ngħaqad miegħu Roger Allers. Il- produzzjoni għal dan ix-xogħol bdiet fl-1991, fl-istess waqt mal- film Pocahontas li attira l-aqwa animaturi (dawk li jpinġu) ta' Disney. Xi it żmien wara, l-istaff kollu vvjaġġja lejn Hell's Gate National Park fil-Kenja biex jagħmlu riċerka dwar l-ambjent tal-film u dwar l-annimali li jgħixu fil-lokal. Schribner telaq wara li ma qabilx li dan ix-xogħol isir f 'forma ta' produzzjoni mużikali u minfloku daħal Minkoff. Meta Hahn ingħaqad magħhom l-iskript ma taħx sodisfazzjon u l-istorja malajr reġgħet ġiet mibdula. Kważi 20 minuta ta' sekwenzi animati ġew prodotti f 'Disney- M.G.M. Studios ta' Florida. Animazzjoni permezz tal- kompjuter kienet użati f 'diversi xeni l-aktar meta l-annimali "wildebeest" (gnu) jaħarbu f 'ġirja sfrenata flimkien. e Lion King ħareġ għall- wiri nhar il-15 ta' Ġunju 1994 b'reazzjoni posittiva mill-kritiċi li faħħru l-film għall-mużika li fih, l-istorja u l-animazzjoni. Dan ix-xogħol spiċċa biex kien l-aktar film li daħħal flus f 'dik is-sena u wieħed mill-aktar ta' kull żmien sa dak il-perjodu, anki fil-ġeneru ta' produzzjonijiet animati. e Lion King rebaħ żewġ Oscars għall-mużika u l-unur Golden Globe għall-Aqwa Film fil- kategorija ta' films mużikali jew kummiedji. Ispirati minn din il-produzzjoni saret adazzjoni għal fuq il-palk ta' Broadway u malajr ħarġu żewġ xogħlijiet oħra pero' diretti għall- video, e Lion King 2: Simba's Pride (1998) u e Lion King 1 ½ (2004) li juri x'ġara qabel l-istorja tal-film u anki b'sekwenzi li jimxu mal-istorja oriġinali. Kien hemm ukoll żewġ serje tat-televiżjoni, Timor And Pumbaa u e Lion Guard. Fl-2011, e Lion King reġa' ħareġ bil-versjoni 3D kif ukoll għall-liżar ġgantesk tal- IMAX. Fl-2016, il-film kien magħżul biex ikun priżervat mill-United States National Film Registry u mill-Librerija tal- Kungress bħala "kulturalment storiku u ta' sinjifikat estetiku".

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 May 2023