Illum previous editions

ILLUM 21 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499756

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 19

18 oroskopju IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 • ILLUM Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta' Gemini għalik Libra huwa l-mument idejali li tadatta skeda ġdida u dan sabiex int tkun tista' tqassam aħjar il-ħidma tiegħek. Int qiegħed tgħaraf li din kull ma tmur qegħda tevolvi u għalhekk sabiex ma titlifx il-kontroll wettaq skeda idejali għalik. Kuluri favoriti ma' Libra huma l-isfar u l-griż. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn : 23 , 25 u 27. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta' Gemini għalik Scorpio huwa mument idejali sabiex tgħaraf aħjar il-qagħda finanzjarja tiegħek. Dan huwa tajjeb sabiex fejn int qiegħed żbilanċjat int tilħaq tħejji u tirranġa ċerta tibdil fl-infieq tiegħek. Dan żgur ippoġik lejn stabbilta' għal futur aħjar. Kuluri favoriti ma' Taurus huma l-kannella u l-isfar. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn : 22 , 24 u 28. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta' Gemini għalik Sagittarius ser ikun qiegħed ippoġik f 'qagħda aħjar fir-relazzjoni tiegħek. Dan għandu jkun dak il-mument fejn int għandek tkompli tkattar din l-imħabba sabiex ovvjament deċiżjonijiet oħrajn li ser ikollok twettaq ikunu mwettqa b'mod aktar trankwill. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma l-blu u l-oranġjo. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn : 21 , 24 u 26. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta' Gemini għalik Capricorn huwa l-waqt idejali għal dik id-deċiżjoni li tant ilek sabiex twettaq, dik tal- bidla tad-dar. Issa huwa dak il- mument idejali sabiex twettaq din il-ħolma tiegħek fejn grazzi għal dan ħajtek ser tieħu nifs ġdid. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma l-blu u l-oranġjo. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn : 24 , 26 u 28. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta' Gemini għalik Aquarius huwa mument li terġa tibda tgħaraf dik il-ħbiberija li int kellek ma' ħabib li sfortunatament minħabba taqlib li kien hemm fil-ħajja ta' madwarek din il-ħbiberija kellha tintemm. Issa għandek iċ-ċans li terġa tagħqqad dan mill-ġdid. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma l-isfar u l-vjola. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn : 21 , 23 u 27. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta' Gemini għalik Pisces huwa l-waqt li tgħaraf aħjar dak li int għandek. Issa trid tanalizza l-qagħda tal- madwar tiegħek b'mod aktar responsabbli. Ovvjament trid tgħaraf li l-ħajja ta' madwarek inbidlet u għalhekk issa trid tgħaraf aħjar kif ser timxi l-quddiem. Kuluri favoriti ma' Pisces huma l-blu u l-oranġjo. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn : 22, 25 u 28. Namaste IL-BIDU TAT-TIELET ŻODJAKU TA' GEMINI MILL-21 TA' MEJJU SAL-20 TA' ĠUNJU Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta' Gemini għalik Aries ser ikun il-bidu ta' prova fejn int issa kapaċi tasal jew twassal dawk l-intenzjonijiet tiegħek. Issa t-triq tiegħek hija waħda dik tiegħek personali. Iż-żmien li tiddependi fuq ħaddieħor intemm. Għalhekk analizza l-futur tiegħek sew. Kuluri favorit ma' Aries huma l-isfar u aħmar. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn : 21 , 23 u 25. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta' Gemini għalik Taurus ser inkun sinjal fejn għandha tkun id- direzzjoni tiegħek, jekk mhux aktar lejn l-imħabba jew lejn il-karriera tiegħek. Dan il-mument kont taf li jrid jasal u kellek tkun imħejji sew għalih. Wettaq dan b'għaqal. Kuluri favoriti ma' Taurus huma lewn id-deheb u oranġjo. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn : 22, 24 u 29. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta' Gemini għalik l-istess Gemini huwa dak il- mument li f 'dawn l-erba' ġimgħat li ġejjin taħt l-istess żodjaku tiegħek int trid tgħaraf twettaq dak kollu possibli li int tixtieq. Issa kull ġurnata għalik hija sfida sabiex isaħħaħ kemm lilek innifsek kif ukoll il-futur tiegħek. Kuluri favoriti ma' Gemini huma l-griż u l-kannella. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dwan : 23, 25 u 27.Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta' Gemini għalik Cancer ser iressqek aktar lejn dak li int qiegħed tħoss ġewwa fik fl-imħabba. Dak li int qiegħed tesperjenza f 'din ir- relazzjoni, int issa trid tgħaraf jekk hux vera tħoss dak in-nar li int tant tħobb. Kuluri favoriti ma' Cancer huma r-roża u l-abjad. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn : 21, 22 u 26. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta' Gemini għalik Leo ser jagħmlek tirriffletti aktar f 'dak li sa issa f 'dawn l-ewwel xhur irnexxielek u dak li ma rnexxilekx twettaq u għaliex ma wasaltx. Għalhekk f 'din il-ġimgħa ser twettaq rifflessjoni profonda sabiex tkun imħejji aktar tajjeb għal dak li hemm ġej. Kuluri favoriti ma' Leo huma l-blu u l-oranġjo. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn : 23, 24 u 28. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru. F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta' Gemini għalik Virgo ser ikun mument li tgħaraf u tanalizza aħjar il-pjanijiet għax-xhur li ġejjin. Ovvjament trid tgħaraf issib bilanċ bejn il-karriera u l-ħin personali tiegħek. Żgur qiegħed tħoss li l-ħin għalik naqas u għalhekk ħejji lilek innifsek b'mod aħjar. Kuluri favoriti ma' Virgo huma l-vjola u l-isfar. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn : 21 ,24 u 25. Namaste IT-TIELET ŻODJAKU TA' GEMINI Wieħed mill-aktar żodjaki li jiġbed l-attenzjoni fuqu bla-dubju ta' xejn huwa t-tielet żodjaku, dak ta' GEMINI li fil-kalendarju żodjaku jigi t-tielet żodjaku u mhux is-sitt wieħed kif ħafna jaħsbu. Iż-żodjaku ta' Gemini fil-kalendarju żodjaku huwa meqjus bħala l-aktar żodjaku fl- oroskopju li jaqqad l-aspetti ta' benefiċċji mat- tkomplijja taż-żodjaki. Kif wieħed jagħraf, il-kalendarju żodjaku huwa maqsum bejn sitt żodjaki kbar u sitt żodjaki żgħar fejn dawn jerġaw jinqasmu f'erba' elementi u hawn ukoll iż-żodjaku ta' Gemini huwa mpoġġi fl- laktar element wiesa dak tal-arja, li meta wieħed jara fiex jikkonsistu l-erba' elementi li huma, l-arja, n-nar, l-art u l-ilma, bla dubju l-arja hija l-aktar element li huwa mdawwar magħna. Iż-żodjaku ta' Gemini jibda l-Ħadd 21 ta' Mejju sat-Tlieta 20 ta' Gunju. Dan it-tielet żodjaku ta' Gemini hemm ħafna x'tikteb dwaru minħabba li dan joffri ħafna aspetti nteressanti ,f'dan l-artiklu mhux possibli nikteb dan kollu iżda ser inkun qiegħed inwassal dawk il-punti l-aktar li jistaw ikunu ta' nteress għalik li tagħmel parti minn dan it-tielet żodjaku ta' Gemini. Iż-żodjaku ta' Gemini jifforma parti mill-element tal-arja li fih jaqqad ukoll iż-żewġ żodjaki dawk ta' Aquarius u Libra. Ovvjament b'hekk wieħed jista' jara kemm dan it-trio fejn joffrilek tlett żodjaki li flimkien joffri dik id- diversita IKOMPLI L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 May 2023