Illum previous editions

ILLUM 21 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499756

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 19

16 kummerċjali IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 • ILLUM Nirrestawraw iż-żoni ewelenin tar-raħal iskema Irrestawra Darek tal-Awtorità L-Iskema popolari tal- Awtorità tal-Ippjanar (PA) li tkopri l-ispejjeż tar-restawr tal-faċċati tal-proprjetà fiż- Żoni ta' Konservazzjoni Urbana tirritorna aktar tard dan ix-xahar. Is- Sur Peter Gingell fi ħdan l-Awtorità tal- Ippjanar jispjega kif l-Iskema qed tgħin biex tissalvagwardja l-wirt arkitettoniku ta' Malta. Il-qalba tal-bliet u r-rħula ta' Malta – magħrufa wkoll bħala Żoni ta' konservazzjoni Urbana (UCAs) – jiffurmaw parti integrali mill-wirt arkitettoniku tagħna. Permezz tal-iskema Irrestawra Darek, l-Awtorità tal-Ippjanar, f 'dawn l-aħħar snin, investiet madwar €27 miljun biex sidien ta' proprjetajiet privati li jinsabu f 'dawn iż-żoni jew bini skedat bħala Grad 1 jew 2 jagħmlu xogħlijiet ta' manutenzjoni u restawr fuq il-faċċati tagħhom. "Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, dawn iż-żoni ewlenin tar- raħal għandhom toroq dojoq u influss konsiderevoli tat- traffiku, li jaċċelleraw għad- deterjorament tal-ġebla storika tal-bini fi ħdanhom," jispjega is-Sur Gingell. "Irrikonoxxejna l-ħtieġa ta' investiment fir- riġenerazzjoni tal-faċċati tal- bini residenzjali tal-UCA u ta' bini skedat ta' Grad 1 u Grad 2, għaliex huwa importanti li jiġi kkonservat il-wirt mibni ta' Malta għall-komunità tal-lum u għall-ġenerazzjonijiet futuri." Ix-xogħlijiet eliġibbli jinkludu, fost oħrajn, tindif speċjalizzat tal-faċċata, tiswija/ sostituzzjoni ta' bibien, aperturi jew gallariji tradizzjonali tal- injam/ġebel/ferrobattut u s-sostituzzjoni tal-aluminju b'materjali tradizzjonali, xogħlijiet ta' materjal, żebgħa u xogħlijiet ta' restawr fuq ġebla, injam u ħadid maħdum. Għat-tnedija mill-ġdid tal- Iskema tal- Irrestawra Darek l-2023, l-Awtorità żgurat li l-investiment totali tagħha ta' €5,000,000 huwa ta' benefiċċju għall-pubbliku daqs qatt qabel, u għalhekk qed tkopri 100% tal- ispejjeż rispettivi. Minn dan l-ammont, total ta' €4,000,000 huwa disponibbli għal dar privati bi proprjetajiet residenzjali f 'UCA, fejn kull applikazzjoni se jkollha limitu massimu ta' €10,000 għal spejjeż ta' manutenzjoni jew restawr u/ jew sostituzzjoni approvati, kif ukoll massimu ta' €800 għall- ispejjeż professjonali (inklużi ħlasijiet tal-perit) u massimu ta' €200 għal ħlasijiet għal permessi tal-Kunsilli Lokali. Il-miljun ewro li jifdal mill- iskema huma allokati għal bini skedat ta' Grad 1 u Grad 2. Hawnhekk, l-applikanti eleġġibli jistgħu jirċievu għotja b'limitu massimu ta' €15,000 għal spejjeż approvati ta' manutenzjoni jew restawr u/jew sostituzzjoni approvati, kif ukoll massimu ta' €800 għall-ispejjeż professjonali (inklużi ħlasijiet tal-perit) u massimu ta' €200 għal ħlasijiet għal permessi tal- Kunsilli Lokali. Proprjetajiet ineliġibbli għall-iskema jinkludu dawk li proprjetajiet li ma jagħmlux part miż-żona ta' konservazzjoni urbana (UCA) jew skedati; dawk li diġà bbenefikaw minn kwalunkwe skema għar-Restawr tal-Awtorità tal-Ippjanar mill-2017; dawk bħalissa taħt avviż ta' infurzar attiv; jew kull proprjetà ta' inqas minn 50 sena jew mingħajr valur arkitettoniku. Kull applikant eliġibbli għall- iskema se jkollhom madwar tliet snin biex ilestu x-xogħlijiet ta' restawr, temm jgħid is-Sur Gingell. "L-Iskema Irrestawra Darek 2023 hija disponibbli fuq first come, first served jew sakemm jkunu disponibbli l-fondi – għalhekk nirrakkomandaw li wieħed jagħmel it-tħejjijiet meħtieġa fuq il-proprjetà eliġibbli tiegħu kemm jista' jkun malajr, bħall-ingaġġ ta' perit, biex jiżgura li jkun jista' japplika malajr. Dan peress li l-iskema tiftaħ uffiċjalment lejn l-aħħar ta' Mejju," qal is-Sur Gingell. Għal aktar informazzjoni żur il-website tal-Awtorità www.pa.org.mt u niżżel il-linji gwida jew ibgħatilna email fuq ir rest awradarek2023@p a.org. mt.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 May 2023