Illum previous editions

ILLUM 21 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499756

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 19

illum • IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 aħbarijiet ATT TAL-2016 DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-AMBJENT Regolamenti dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Amb- jentali (L.S. 549.46) AVVIŻ DWAR IR-RAPPORT TA' VALUTAZZJONI TAL-IMPATTI AMBJENTALI BINI TAT-TIENI KONNESSJONI TAL-KEJBIL TAL-PROĠETT TAL-'INTER-CONNECTOR'. IL-PROPOSTA TINKLUDI TRINEK, TQEGĦID, 'CABLE JOINTING' U INSTALLAZZJO- NI BEJN L-ISTAZZJON TERMINALI TAL-ENEMALTA132KV FIL-MAGĦTAB U L-APPROĊĊ QRIB IX-XATT, BINI TA' 'JOINT BAYS' TAĦT L-ART, TRANŻIZZJONI MINGĦAJR TRINEK MINN TAĦT IL-BAĦAR GĦAL TAĦT L-ART U T-TQEGĦID U L-PROTEZZJONI TAL-KEJBIL SOTTOMARIN SAL-LINJA MEDJANA BEJN IL-MAGĦTAB, IN-NAXXAR MALTA U RAGUSA, SQALLIJA.. Is-Sit jinsab fl-Istazzjon Terminali tal-Magħtab, minn Naxxar sal-linja medjana bejn Malta u l-Italja, Il- Magħtab, Naxxar B'dan qed jiġi avżat li ġie sottomess ir-Rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), b'rabta mal-applikazz- joni msemmija hawn fuq. Kopji diġitali tar-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali jistgħu jinkisbu mill-indirizz elettroniku tal- ERA: https://era.org.mt/era-project/ea_00018_21/ Il-pubbliku jista' jara wkoll kopji diġitali tal-istess doku- ment fl-uffiċċji tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar u fl-uffiċċji tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi. Kull min jixtieq jagħmel sottomissjonijiet dwar kwist- jonijiet ambjentali għandu jikteb lid-Direttur tal-Amb- jent u r-Riżorsi, L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, Hexagon House, Telgħet Spencer, Il-Marsa MRS 1441, jew jibgħat e-mail lil eia.malta@era.org.mt, sal 20 ta' Ġunju 2023. Data: 21 ta' Mejju 2023. Disclaimer: L-Awtorità hija impenjata li tipproteġi d-data person- ali u l-privatezza tal-pubbliku. Għaldaqstant qed tkun infurmat li meta tagħmel sottomissjonijiet, id-data personali tiegħek ma tiġix żvelata jew ippubblikata sakemm fi żmien tnax (12)-il siegħa ma tagħtix l-kun- sens tiegħek lill-Awtorità biex tiżvela d-data person- ali. B'dana illi f'ċertu każijiet l-Awtorità tista', fejn hu meħtieġ, tiżvela d-data personali tiegħek biex tikkon- forma mal-liġijiet applikabbli. 'Is-sigurtà fit-toroq responsabbilità ta' kulħadd' "Is-sigurtá fit-toroq hija responsabbiltà ta' kulħadd mix-xufiera man-nies mexjin u dawk kollha li jagħmlu użu mit-toroq tagħna." Din kienet l-ewwel tweġiba tal-Ministeru għat-Trasport meta mistoqsi minn din il-gazzetta dwar l-azzjonijiet tal-Ministeru sabiex tiġi indirizzata dik li tidher li hija żieda fl-inċidenti tat-traffiku fl-2023. Fl-ewwel tliet xhur ta' din is- sena, skont studju tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) żdiedu l-inċidenti tat-traffiku b'6.3% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena ta' qabel, filwaqt li l-ammont ta' nies li weġġgħu f 'inċidenti ta' traffiku żdied bi 13.3%. Fil-fatt, bejn Jannar u Marzu tal-2023 ġew irrappurtati 3,822 inċident tat-traffiku, bil- maġġoranza tal-inċidenti jseħħu fir-reġjun tat-Tramuntana tal- Port, li jinkludi l-lokalitajiet ta' Birkirkara, il-Gżira, Ħal Qormi, l-Imsida, il-Ħamrun, San Ġwann u Ta' Sliema fost l-oħrajn. Fil-fatt, l-aktar lokalitá fejn seħħew inċidenti kienet ta' Birkirkara b'271 inċident, filwaqt li Ħal Qormi u l-Mosta raw 220 u 183 inċident rispettivament. Bħala distrett, Għawdex kien l-uniku wieħed li ra tnaqqis f 'inċidenti tat-triq meta mqabbel mal-ewwel kwart tas-sena l-oħra, iżda l-ħames distretti l-oħra raw żieda f 'dawn l-inċidenti. Ir-reġjun tat-Trammuntana, jiġifieri mill-Mosta sal-Mellieħa, ra' żieda ta' 12% fl-ammont ta' inċidenti, li jfisser li f 'dan ir- reġjun kien hemm l-akbar żieda ta' inċidenti f 'Malta kollha. Ir- Reġjun tat-Tramuntana tal- Port ra żieda ta' tmienja fil-mija fl-inċidenti, filwaqt li r-Reġjun tax-Xlokk kellu żieda ta' sitta fil-mija, u r-reġjuni tal-Punent u n-Nofsinhar tal-Port kellhom żieda ta' erbgħa u ħamsa fil-mija rispettivament. Il-Ministeru għat-Trasport għamel referenza għal pjan ta' azzjoni li kien tħabbar f 'Diċembru tal-2022. Dan jinkludi fost oħrajn, it-twaqqif ta' Kummissjoni għall- Investigazzjoni tas-Sigurtá fit- Toroq, li skont rapporti fil-midja, huwa mistenni jitwaqqaf sal- aħħar tas-sena. Fil-pjan ukoll kien hemm iż- żieda tal-multi marbuta ma' kontravenzjonijiet tat-traffiku, liema żidiet iddaħlu fis-seħħ din il-ġimgħa stess. Apparti minn hekk il-Ministeru qal li dan "isir minn numru t'entitajiet fosthom il-Korp tal-Pulizija, LESA u Transport Malta b'ħidma konġunta." Minkejja dawn il-passi, l-ammont ta' nies li weġġgħu fl-istess perjodu telgħu għal 367. Fost dawk li weġġgħu b'mod gravi kien hemm 52 sewwieq, tmien passiġġieri u 36 persuna oħra li kienu qed jużaw rota jew jimxu. L-inċidenti fatali f 'dan il- perjodu naqsu b'ħamsa, hekk kif fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena mietu erba' irġiel, b'wieħed minnhom ikun sewwieq u tlieta kienu mixjin. Fil-fatt, 77% ta' dawk li weġġgħu b'mod gravi f 'inċident tat-traffiku kienu rġiel, u 39.8% tan-nies kollha li weġġgħu b'mod gravi kellhom bejn 26 u 40 sena. Il-maġġoranza tal-vetturi involuti f 'inċidenti tat- traffiku kienu karozzi li ammontaw għal 53.1% tal- inċidenti, filwaqt li l-muturi kienu involuti f '34.6% tal-inċidenti. L-ammont ta' ċiklisti involuti f 'dawn l-inċidenti kienu tmienja, fejn tnejn minnhom sofrew ġrieħi gravi. Bejn Jannar u Marzu ta' din is-sena, il-jum tal-Ħamis kien l-iktar jum b'inċidenti tat- traffiku u lkien ukoll l-aktar jum fejn persuni weġġgħu minħabba l-istess inċidenti, filwaqt li l-aktar perjodu ta' ħin fejn seħħew ħabtiet fit- toroq kien bejn id-9:00am u 11:59am. Il-gazzetta Illum staqsiet ukoll dwar indikazzjoni tar- raġunijiet wara dawn iż- żidiet allarmanti f 'inċidenti tat- traffiku. Għal din il-mistoqsija, il- Ministeru wieġeb, "Hemm numru ta' inkjesti Maġisterjali miuħa li għadhom ma' ġewx konklużi u li permezz tagħhom wieħed jista jiem x'kien il- kaġun. Hemm diversi fatturi li jwasslu għall-inċidenti tat- traffiku, u l-eżerċizzju tal-inkjesti Maġisterjali bil-konklużjonijiet tagħhom jgħinu biex wieħed jaqra l-istorja wara n-numri." Il-Ministeru ma jagħmel ebda referenza għal azzjonijiet li qed jitteħdu b'mod immedjat, kif hemm bżonn, hekk kif jekk il-bqija tas-sena tkun bħalma kienet l-ewwel kwart tagħha fir- rigward ta' inċidenti tat-traffiku, l-2023 se tkun sena oħra rekord għall-inċidenti fit-toroq Maltin, li taqbeż ir-rekord li ntleħaq biss sena ilu. Kull reġjun Malti ra żieda fl-ammont ta' inċidenti, filwaqt li jekk iċ-ċifri jirrepetu ruħhom matul il-bqija tas-sena, terġa' tinqabeż ir-rekord ta' inċidenti tat-traffiku f'sena Fl-2022 Malta rat rekord ta' inċidenti tat-traffiku, iżda jekk l-ewwel kwart tas-sena tirrifletti l-bqija tal-2023, dan ir-rekord jerġa' jinqabeż Ministru ghat-Trasport Aaron Farrugia 11

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 May 2023