Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1500238
opinjoni IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 • illum X ahar wara l-ieħor jibbumbardjawna bi statistika dwar kuntratti ta' bejgħ tal-propjetà inkella dwar in-numru ta' konven- ji. Dan l-aħħar qishom inbidlu it in-numri b'mod li beda jidher li l-bejgħ qed jonqos. Dak li jmexxi l-assoċjazzjoni tal-iżviluppaturi qalilna li hi l-burokrazija li qed ittellef ir-ritmu tal-bejgħ. Il-proċess tal-permessi għall- iżvilupp, ġeneralment, hu iffukat fid-direzzjoni tar-rgħiba. Ħolqu regoli msejħa regoli tal-flessibilità biex isibu mod kif iduru mar-regoli tal-iżvilupp li oriġinalment saru bl-iskop li jħarsu t-tessut urban u l-kwalità tal-ħajja tal-komunità residenzjali. Per eżempju, żona intenzjonata għal taraġ pubbliku fil-pjan lokali għall-Gżira għamel il-wisa' biex tinbena lukanda. Dan qed isir f 'żona residenzjali, jiġifieri fejn suppost jinbnew biss djar għan-nies. Din il-flessibilità estrema fl-ippjanar għall-użu tal- art qed igawdu minnha l-Grupp tal-Kumpaniji Stivala. Dan ngħidu b'referenza għall-parti ta' fuq ta' Triq Moroni: żona li r-residenti tal-Gżira illum isibuha bħala l-Belt Stivala. Minkejja dan kollu l-kap tal-MDA għandu l-wiċċ li jilmenta! Qiesu dan mhux biżżejjed. Żviluppaturi fil-Mellieħa mhumiex daqstant fortunati bir- regoli tal-flessibilità għax lukanda li ħarġilha permess ta' żvilupp f 'ċirkustanzi simili laqqtitha meta l-Qorti tal-Appell ħassret il-permess. Il-permess ta' żvilupp għal lukanda fil-Belt ta' Stivala għandha ċans li jkollha l-istess destin bħall-dak tal-Mellieħa fil-futur qarib. Għalkemm l-applikazzjoni għall-permess ġie approvat madwar ħames xhur ilu (PA5962/21) il-permess ta' żvilupp għadu ma ħarigx. Kultant l-opinjoni pubblika tiġiha waħda żewġ! Il-protezzjoni riċenti permezz ta' skedar ta' Palazzino Vincenti f 'San Ġiljan hi materja oħra ta' kunflitt bejn ta' Stivala u l-burokrazija tal-ippjanar. Għadu kmieni wisq biex wieħed jista' jgħid li dan hu każ magħluq. B'ansjetà u biża' nistenna l-passi li jmiss, u dan minkejja li hemm xi forma ta' skedar tal-wirt li ħalla warajh l-Perit Vincenti. Ta' Stivala kienu qed jippjanaw li jħottu Palazzino Vincenti u floku, f 'San Ġiljan, jiżviluppaw lukanda oħra. F'Diċembru 2022 Palazzino Vincenti kien protett temporanjament fi Grad 1 permezz ta' Ordni ta' Konservazzjoni ta' Emerġenza. Din il-protezzjoni temporanja issa spiċċat u flokha għandna protezzjoni fi Grad 2 fuq bażi permanenti kif deċiż mill-Awtorità tal-Ippjanar ix- xahar li għadda. Din mhiex aħbar tajba għax issa probabbilment ser nispiċċaw bil-faċċata biss ta' Palazzino Vincenti: ġewwa jispiċċa kollu. Għal dawk li ferħu bl-aħbar tal-protezzjoni imħabbra, naħseb li għaġġlu. Probabbilment hu biss l-iżviluppatur u l-konsulenti tiegħu li għandhom għax jgħorku jdejhom għax mhux ser ikunu wisq il-bogħod milli jilħqu l-miri tagħhom. F'dan il-każ ukoll il-burokrazija tal-ippjanar mhux se jkun irnexxielha milli żżomm lil ta' Stivala milli jagħmlu ħerba mill- wirt nazzjonali. Kollox bil-barka tal-Awtorità tal-Ippjanar. Il-burokrazija tal-ippjanar li minnha jilmenta l-Kap tal-MDA l-anqas ma kienet tidher b'nemes meta ta' Stivala ġiehom il-ħsieb li jġebbdu l-iżvilupp sat-tarf tal- kosta. Tiakru? Erba' snin ilu f 'din il-paġna, f 'artiklu ntitolat : Il-ħarsien tal-kosta: ma hemmx rieda politika (Illum: 14 t' April 2019) kont ktibt dwar il-permess ta' żvilupp tal-blokk bini fejn kien hemm ir-restorant Piccolo Padre mal-kosta ta' San Ġiljan. Kont emfasizzajt dan li ġej: "L-iżvilupp in kwistjoni ngħata permess fuq art mal-kosta. B'żieda ma dan jidher ċar li l-binja tibqa' ħierġa fuq il-baħar. Jidher li l-Awtorità tal-Artijiet l-anqas biss tniffset dwar dan." Minkejja dak li jgħid il-Kap tal-MDA, il-burokrazija tal-ippjanar (u l-kuġini tagħha) kontinwament tagħmel il-wisa' għal żvilupp bla rażan. Din hi l-effettività tal- burokrazija: dejjem fuq in-naħa tar-rgħiba. Il-burokrazija u l-Belt ta' Stivala Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo Ħ afna drabi nisimgħu l-frażi, 'Iż-żgħażagħ huma l-futur ta' dan il-pajjiż' jew inkella 'Iż- żgħażagħ huma l-mexxejja t'għada'. Inkunu żbaljati meta ngħidu hekk. Għaliex verament qed naraw kif iż-żgħażagħ huma l-preżent, huma llum u qed nafdawhom bid-deċiż- jonijiet fit-tmexxija ta' pajjiżna! Għadda ż-żmien meta l-Kabinett tal-Ministri, il-Parlament jew kwalunkwe tmexxija anke ta' kumpanija jew NGO tkun magħmula min-nies li għandhom esperjenza twila biss. Illum, it- trend inbidlet. Għarafna l-bżonn li jkollok taħlita ta' nies ta' esperjenza imma wkoll fuq kollox nies mimlija b'ħeġġa, entużjażmu u ideat ġodda u innovattivi. L-inizjattiva li vara l-Prim Ministru Robert Abela waqt Kabinett man-nies it ġimgħat ilu hija xhieda ta' dan. Il-Youth Advisory Forum huwa testment ta' dan kollu. Wara li it tas-snin ilu tajna d-dritt tal-vot liż-żgħażagħ għax nemmnu li għandhom rwol essenzjali fid-demokrazija tal- pajjiż, issa qed immorru għall-pass ieħor importanti fejn qed nagħtu l-opportunita' biex iż-żgħażagħ jagħtu l-pariri tagħhom għal soċjetà u pajjiż aħjar u aktar effettiv. Fi kliem qasir, qed noħolqu Kabinett taż-Żgħażagħ, għaliex mhux bil-paroli biss iżda anke bil-fatti nemmnu fl-opinjonijiet tagħhom. Qed nagħtu l-għodda neċessarja kollha biex grupp ta' żgħażagħ iwassal l-ideat tiegħu lill-Kabinett dwar materji importanti fil-pajjiż. Din tkompli turi kemm il-Gvern mhux wieħed supperv u dejjem lest biex jilqa' u jisma' l-ħsibijiet ta' kulħadd anke fuq l-aktar materji delikati u mqanqla. Iżda, dan mhux l-unika pass li ħadna biex bħala Gvern nuru l-fiduċja tagħna fiż-żgħażagħ. Is- Segretarjat Parlamentari tiegħi fl- aħħar xhur imbarka fuq strateġija jew aħjar vjaġġ li permezz tiegħu nkomplu nagħtu l-għajnuna liż- żgħażagħ sabiex jimirħu fit-toroq li jixtiequ huma stess. L-ambizzjoni u l-kuraġġ li għandhom iż-żgħażagħ huma uniċi u rridu nisfruttawhom. Il-ħeġġa tagħhom twassal għal riżultati, ħidma u entużjażmu importanti li rridu napprezzaw flimkien. Huwa inutli li ngħidu ħafna kliem fieragħ iżda imbagħad ma nagħtuhomx it- tagħmir neċessarju biex jaħdmu. Kien dan li ppruvajt nagħmel f 'din l-aħħar sena bħala Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ. Bħala persuna li sa it taż-żmien ilu kont għadni naqa' fil-kategorija żagħżugħa u li kelli l-opportunita' tal-attiviżmu fl-għeqqel ta' żgħożiti ridt illi dik l-għodda li xtaqt li jkolli jien bħala żagħżugħ sabiex inwassal il-ħsibijiet u l-ħidma tiegħi ngħaddiha liż-żgħażagħ ta' issa. Huwa għalhekk li fl-aħħar sena fost oħrajn ħriġna skemi għall- organizzazjonijiet taż-żgħażagħ jew li jaħdmu maż-żgħażagħ sabiex intaffulhom mid-daqqa li ħadu fil-pandemija tal-COVID19 u tajna l-opportunita' biex għaqdiet taż-żgħażagħ jimpjegaw esperti fis-suġġett li huma joperaw fih biex jgħinuhom b'mod professjonali fejn meħtieġ. Iżda, peress li nafu li kapital f 'età tenera jkunu limitat rajna li wkoll nagħtu għajnuna finanzjarja sabiex ikun hemm żvilupp adekwat fl-infrastruttura tal-għaqdiet. Assistejna finanzjarjament lill-baned sabiex jgħinu u jagħtu t-taħriġ tal- mużika liż-żgħażagħ, organizzajna diversi programmi edukattivi li jtejbu l-potenzjal u t-talenti taż- żgħażagħ f 'ċertu setturi, u ħafna iżjed. Għadna mhux kuntenti u għandna ħafna iżjed li se nkunu qed nħabbru fiż-żmien li ġej sabiex verament nuru kemm nemmnu fil-potenzjal żagħżugħ. Il-Malti jgħid li mill-kliem għall- fatti hemm baħar jikkumbatti. Żgur li ħadd ma jista' jgħid li bħala Gvern m'għamilna xejn għaż- żgħażagħ. Imma l-għatx tagħna għal iżjed dejjem jibqa' hemm. Jien u sħabi fil-Kabinett għadna b'demm żagħzugħ u b'mentalità żagħżugħa, b'hekk għad għandna determinazzjoni kbira li nkomplu nagħtu aktar riżorsi u servizzi li bihom ikunu jistgħu jkomplu jsemmgħu leħinhom mingħajr ma jiddejjqu fuq kwalunkwe materja. Irridu li ż-żgħażagħ iħossuhom importanti għall-pajjiż sabiex permezz tagħhom ikompli jikber f 'dinja globalizzata u teknoloġika; fid-dinja moderna tal-lum. Iż-żgħażagħ huma LLUM! Keith Azzopardi tanti huwa s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti L-ambizzjoni u l-kuraġġ li għandhom iż- żgħażagħ huma uniċi u rridu nisfruttawhom. Il-ħeġġa tagħhom twassal għal riżultati, ħidma u entużjażmu importanti li rridu napprezzaw flimkien 14 illum • IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 analiżi opinjoni IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 • illum

