Illum previous editions

ILLUM 28 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1500238

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 19

02 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart Pharmacy, Valletta St Gaetan Pharmacy, Ħamrun Drugshop Dispensary, Ħal Qormi Collis William St Mark's Pharmacy, Swatar Regal Pharmacy, L-Imsida Krypton Chemist, Tal-Ibraġġ Brown's Pharmacy, Tas-Sliema Medica Pharmacy, Ħal Balzan Reeeds Pharmacy, In-Naxxar Brown's Pharmacy, Il-Mellieħa St. Monica Pharmacy, Paola Brown's Pharmacy, Il-Kalkara Hompesch Pharmacy, Fgura St. Catherine Pharmacy, Iż-Żejtun St. Andrew's Pharmacy, Ħal Luqa Plaza Pharmacy, Ħaż-Żebbuġ Ideal Pharmacy, Ir-Rabat Malta Palm Pharmacy, Ir-Rabat Għawdex Sokkors Pharmacy, Kerċem Airport Pharmacy, Luqa L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab għall-ewwel u mal-lejl; il- kumplament ikun sabiħ jew ftit imsaħħab. Viżibilità Tajba Riħ Lvant għall-Grigal forza 3 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab għall-ewwel u mal-lejl; il- kumplament ikun sabiħ jew ftit imsaħħab. Viżibilità Tajba Riħ Punent Majjistru forza 6 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, Sandra Gauci uffiċjalment maħtura Chairperson tal-ADPD – The Green Party "Id-daqs ta' pajjiżna qatt ma kien ta' xkiel biex il- Maltin ikunu rispettati madwar id-dinja" – il-President ta' Malta lill-komunità Maltija tal-Kanada Sandra Gauci nħatret bħala Chairperson ta' ADPD - e Green Party waqt il-laqgħa ġenerali annwali statutorja li nżammet dalgħodu u li fiha ġie ukoll ikkonfermat il-Kumitat Eżekutiv tal-partit kif indikat hawn taħt. Meta indirizzat konferenza stampa fi tmiem il-laqgħa, Gauci qalet li n-nies iridu drittijiet mhux ċekkijiet kif ukoll li jgħixu f 'pajjiż fejn tirrenja s-saltna tad-dritt bis-serjetà, fejn il-mertu u mhux il-ħbieb tal-ħbieb ikunu l-kejl li fuqu bniedem jimxi 'l quddiem, u fejn il-kwalità tal-ħajja tkun verament imħarsa. Sandra Gauci ilha attiva fl-ADPD għal dawn l-aħħar tliet snin u magħrufa bħala l-vuċi tan-nies bis-saħħa tal-videos li ittella' onlajn ta' kull ġimgħa imsejħin 'ABS news'. Sandra għandha Baċellerat fl-Edukazzjoni fit- Taljan u Masters fil-Letteratura Taljana, kif ukoll borża ta' studju mill-Università ta' Siena fuq it-tagħlim tat-Taljan permezz taċ-ċinematografija. Hija għalliema tat-Taljan fl-iskejjel pubbliċi b'21 sena esperjenza. Jinteressaha l-aktar oqsma bħal ma huma l-istat tad-dritt, il-ġustizzja soċjali u l-libertà tal-istampa. Hija se tikkontesta l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew tas-sena d-dieħla f 'isem ADPD – e Green Party flimkien ma' Dr Ralph Cassar u Mina Jack Tolu. F'diskors fi tmiem il-laqgħa ġenerali, Gauci irreferiet għas-sondaġġi li ripetutatment qegħdin juru li numru konsistenti ta' nies għarfu li ż-zewġ partiti tradizzjonali ma jirrappreżentawhomx u jħossuhom orfni. ADPD, qalet Gauci, se jkompli jfittex li jkunu mibnija l-pontijiet ma' dawn in-nies li jħossuhom imwarrba u minsija u li m'għandhomx biżżejjed saħħa biex jingħataw widen. Irreferiet ukoll għall-kawża kostituzzjonali dwar is- sistema elettorali li ADPD fetaħ wara l-elezzjoni ġenerali li għaddiet u li dwarha huwa ittamat li jkollna l-ewwel deċiżjoni fix-xhur li ġejjin. Hija qalet li bħala partit se nkomplu naħdmu fuq temi importanti bħall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, favur il- ħarsien tal-istat tad-dritt, il-ħarsien tal-ambjent naturali u storiku, kif ukoll li nkomplu nahdmu favur modi sostenibbli ta' trasport f 'pajjiż li kulma jmur qed jispiċċa ġġamjat. Hija indikat l-ikbar sfida li għandu l-pajjiż hi dik li ntaffu kemm jista' jkun il-piż tal-għoli tal-ħajja b'miżuri li jgħinu lil min hu l-aktar vulnerabbli. Miżuri li jgħinu lil dawk li jaqilgħu paga minima li teħtieġ tkun riformata f 'living wage. Jekk ikun hemm galbu fl-infieq tal- gvern u il-ġbir ta' taxxa jsir bis-serjetà, din il-miżura ta' introduzzjoni ta' living wage tista' tiġi implimentata fuq perjodu ta' żmien, sostniet Gauci. Huwa essenzjali, insistiet Gauci li l-Gvern iżommna infurmati bl-istudji li għaddejjin dwar din il-living wage, studji li huma iffinanzjati minn fondi pubbliċi. Hija irreferiet ukoll għall-mekkaniżmu tal-COLA (Cost of Living Adjustment Mechanism) li għandu bżonn jiġi aġġornat biex jirriffletti l-istil ta' ħajja tal- familji tal-lum. Laqgħet bi pjaċir il-fatt li il-proposta ta' ADPD li l-COLA tingħata darbtejn f 'sena ntgħoġbot anke mill-Unions li irreferw għaliha bħala alternattiva prattika biex ittaffi it mill-piż fuq il-ħaddiem. Il-laqgħa ġenerali approvat ukoll il-membri tal- kumatit eżekuttiv tal-partit kif elenkat hawn taħt: Sandra Gauci – Chairperson; Mina Jack Tolu – Deputat Chairperson; Carmel Cacopardo – Deputat Chairperson; Ralph Cassar – Segretarju Generali; Mario Mallia– Deputat Segretarju Generali (Organizattiv u Amministrattiv); Melissa Bagley – Deputat Segretarju Generali (Policy); Brian Decelis – Uffiċjal għar- Relazzjonijiet Pubbliċi (PRO); Luke Caruana – Teżorier; Mark Zerafa – Segretarju Internazzjonali; u Marcus Lauri u Matthew Mizzi – Membri. Il-President ta' Malta, George Vella, beda l-impenji tiegħu f 'Toronto, il-Kanada, b'laqgħa ma' rappreżentanti tal- assoċjazzjonijiet Maltin Kanadiżi minn oqsma differenti – mill- isport għat-tradizzjonijiet, għaqdiet reliġjużi, kummerċjali, missjunarji, tal-baned u għaqdiet soċjali. Matul il-laqgħa, il-President Vella rrimarka li d-daqs tal-pajjiż qatt ma kien ta' xkiel biex il- Maltin ikunu rispettati madwar id-dinja. "Qed nieħu gost nara kif l-ewwel ġenerazzjoni ta' Maltin qed irawmu lill-membri iżgħar tal- komunità," stqarr il-President waqt li sema' b'interess dwar il-pjanijiet tagħhom biex ikomplu bil-ħidma permezz ta' proġetti biex jilħqu ż-żgħażagħ fl-oqsma tal-kultura, l-inklużjoni u d-diversità. "Impressjonat li minkejja li ilkom li tlaqtu minn Malta snin twal, bqajtu żżommu rabta ma' Malta u żżuruha ta' spiss," qal il-President, waqt li ħeġġiġhom biex ma jinsewx minn fejn telqu. Preżenti għal-laqgħa kien hemm rappreżentanti, fost oħrajn, tal- Federazzjoni Maltija Kanadiża, Leħen Malti, Melita Soccer Club, Malta Band Club, Gozo Club Toronto/Maltese Canadian Gozo Association, Maltese United Society of Windsor, Maltese Canadian Association of the City of Hamilton (MCACH), Malta Village Association, il-Maltese- Canadian Museum and Archives, Volunteer Group, il-Kumitat tal-Festa San Ġorġ, u St Paul the Apostle Mission Group. Akkumpanjat mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri, il-President Vella kellu wkoll laqgħa mal-Konslu Ġenerali għal Malta f 'Toronto, Denise Demicoli, kif ukoll mal-Konsli Onorarji ta' British Colombia, Alberta, u Quebec. Għal-laqgħa kienu preżenti wkoll rappreżentanti Kanadiżi fuq il-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra (CMLA). Sandra Gauci ma' Carmel Caccopardo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 May 2023