Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1500238
16 illum • IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 analiżi opinjoni IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 • illum Erba' snin wara l-qtil ta' Lassana Cisse: Il-Gvern Malti u r-retorika tal-vjolenza X 'messaġġ tkun qed tgħaddi meta tħalli lin-nies imutu fl- ibħra? U meta titkel- lem fuq grupp ta' nies bħala sors ta' problema u tinsa tuża l-kliem, il-pronomi u l-verbi neċessarji biex tidentifikahom bħala nies? X'messaġġ tkun qed tgħaddi meta tagħlaq nies trawmatizzati ġo kwartieri militari mingħajr faċilitajiet sanitarji u iġjeniċi u mingħajr privatezza u titrat- tahom agħar mill-annimali tal-merċa? X'messaġġ qiegħed jgħaddi l-Gvern lill-poplu b'dan l-aġir u dawn il-miżuri? Li orrajt li titratta n-nies b'dan il-mod? Li ġustifikat li tuża l-intimidazzjoni u l-vjolenza fiżika, verbali u psikoloġika għax huma immigranti? Mela l-im- migranti mhumiex umani? Mela Malta mhux stat demokratiku? Mela f 'Malta mhux suppost li kull bniedem, irrispettivament mill-qagħda soċjali, etnika u mill-ġeneru, għandu d-dritt bażiku u fundamentali li jiġi trattat b'dinjità? Hawn mhux infisser biss id-dritt għall-ikel u għal saqaf taħt rasek imma li tiġi trattat, nerġa' ngħid, b'dinjità. Allura nistaqsi mill-ġdid, x'messaġġ qiegħed iwassal il-Gvern, mhux biss lill-poplu, imma anke lill-istituzzjonijiet li jaqduh, inkluż il-Forzi Armati, ID Malta u d-dipartimenti tal-impjieg, meta fir-retorika tiegħu jonqos milli jirreferi għall-immigranti bħala umani u repetittivament jiitrattahom taħ 'afna inqas minn hekk? Sentejn ilu, jiena u sħabi l-attivisti, ktibna ittra li nqrat lill-familja ta' Lassana Cisse meta ttieħed lura f 'art twelidu ġewwa l-Kosta tal-Avorju biex jindifen. Lassana Cisse kien raġel ta '42 sena u missier ta' tliet itfal. Huwa nqatel b'tiri ta' arma tan- nar f 'April 2019. Cisse u sħabu Ibrahim Bah u Mohammed Jallow, intlaqtu minn sparar immirat lejhom li kien ġej minn karozza misjuqa minn żewġ suldati li fl-allegat reat qatlu lil Cisse kiesaħ u biered. Nistgħu nagħżlu li ngħidu li l-każ kien omiċidju u nieqfu billi nakkużaw u ninkriminaw lill-allegati. Imma biex verament nindirizzaw il-kuntest sħiħ tal- qtil ta' Lassana Cisse u l-vjolenza li jiffaċċjaw l-immigranti kuljum, irridu nifhmu xi rwol jaqdi l-Gvern Malti f 'dan kollu u kif dak li qegħdin jgħidu u jagħmlu l-mexxejja tagħna, qiegħed ikompli jipperpetwa din il-vjolenza. Skont Neil Falzon, attivist u fundatur tal-Fondazzjoni Aditus, il-lingwa, il-politiki u l-liġjiet lokali relatati mall- immigrazzjoni huma bbażati fuq in-narrattiva li l-immigranti huma "bnedmin inqas minna". Skont Falzon, din in-narrativa ilha ingranata 'il fuq minn 20 sena u f 'dawn l-aħħar snin kompliet tiggrava. Hawn qegħdin ngħixu f 'kuntest fejn l-esperti u l-esperjenzi traġiċi tan-nies jindikaw mod u l-awtoritajiet jistqarru mod ieħor. Għalhekk pereżempju l-Ministru għall- Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri kontinwament jiċħad li f 'Malta għandna problema kbira ta' razziżmu u jisħaq li l-politika tal-immigrazzjoni lokali hija ġusta. Nistieden lill-Ministru Byron Camilleri jersaq viċin l-istess komunità ta 'immigranti li taqa 'taħt l-amministrazzjoni tiegħu sabiex jifhem ir-razziżmu li jolqothom kuljum u jifhem ukoll kemm huwa inkorporat fil-qafas tal-politika u l-azzjoni ġenerali li jieħu repetittivament il-gvern fil-konfront ta 'dawn in-nies. Nistieden lil Byron Camilleri sabiex jieħu l-ħin biex jifhem kif din ir-retorika ta' vjolenza qed tinfluwenza l-istess istituzzjonijiet li jaqgħu taħt it-tmexxija tiegħu u li r-riżultat ta' dan kollu huwa razziżmu perpetwu u trawmi fuq komunitajiet li diġà raw biżżejjed. Bħala Ministru għall- Ugwaljanza, nistieden lil Camilleri jaħseb f 'pajjiż fejn ħadd ma jispiċċa sfruttat u marġinalizzat għax minn retorika li tħares f 'kull kelma tagħha il-ħajja ta 'kull bniedem, jiggwadanja kulħadd. Lara Calleja hija membru tal-Moviment Graffiti Lara Calleja Nistieden lil Byron Camilleri sabiex jieħu l-ħin biex jifhem kif din ir-retorika ta' vjolenza qed tinfluwenza l-istess istituzzjonijiet li jaqgħu taħt it-tmexxija tiegħu u li r-riżultat ta' dan kollu huwa razziżmu perpetwu u trawmi fuq komunitajiet li diġà raw biżżejjed

