Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1500238
17 kultura IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 • illum Viżjoni Strateġika Nazzjonali ġdida għall-Gvern Lokali F'dawn l-aħħar 30 sena, il- Kunsilli Lokali madwar Malta u Għawdex semgħu u ġabu tibdiliet neċessarji biex il-lokalitajiet tagħna jisbieħu u biex jingħata servizz aħjar liċ-ċittadin. Minkejja dan, f 'dan il-proċess intebaħ il-fatt li l-Kunsilli Lokali jridu jevolvu u jtejbu l-prattiċi għaż-żminijiet ta' llum. Għaldaqstant, is-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali fassal 'Viżjoni Strateġika Nazzjonali għall-Gvern Lokali' msejsa fuq ħames pilastri ewlenin. Ħames pilastri li ġew identifikati u stabbiliti wara sensiela ta' laqgħat ta' konsultazzjoni, flimkien ma' dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-Gvern Lokali. Dawn il-pilastri identifikati se jkunu qed jagħtu viżjoni iktar ċara għal fejn irridu li jaslu l-Kunsilli Lokali u Reġjonali sabiex jibqgħu iservu u jkunu il-vuċi tar-resident. Il-ħames pilastri prinċipali huma; 1. Governanza Tajba u Effettiva; 2. Riżorsa Reġjonali għall- Kunsilli Lokali; 3. Lokalitajiet b'Ambjent iktar Nadif; 4. Kunsilli Lokali viċin in-nies; 5. Priortità Diġitali fil-Gvern Lokali. Mil-laqgħat ta' konsultazzjoni ħareġ biċ-ċar l-importanza li l-Kunsilli Lokali u Reġjonali jkunu dejjem iktar trasparenti u responsabbli għad-deċiżjonijiet li jieħdu f 'isem ir-residenti tal-lokalitajiet tagħhom. Il- viżjoni strateġika turi li l-kunsilli Lokali u reġjonali għandhom jimmiraw biex jilħqu livell ogħla ta' governanza tajba u effettiva. Dan jista' jsir permezz ta' diversi miżuri li jsaħħu l-istrutturi interni tal-Kunsilli Lokali u Reġjonali. Miżuri oħra jinkludu taħriġ ħolistiku li mistenni jingħata biex titjieb il-governanza tal-membri eletti u membri amministrattivi tal-Kunsilli Lokali. Barra minn hekk, huwa essenzjali li jinħolqu linji gwida dettaljati u jingħata appoġġ professjonali lill-Kunsilli Lokali u Reġjonali biex tissaħħaħ il- kontabbilità. Kunsilli Lokali li jilħqu livell għoli ta' eċċellenza se jkunu qed jiġu mħeġġa u assistiti biex japplikaw għat-timbru European Label of Governance Exellence jew ELoGE. Finalment, il-governanza tajba u effettiva tissaħħaħ ukoll bil-preżenża ta' mekkaniżmi li jwittu t-triq għal aktar rappreżentanza fil-Kunsilli Lokali, filwaqt li nsostnu l-ħidma sabiex kandidati eliġibbli jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tal- kariga qabel l-eta' ta' 18-il sena. Il-poplu qed jsir iktar konxju dwar l-importanza tal-ambjent u kif il-lokalitajiet tagħna għandhom jkunu iktar nodfa. Il-vizjoni tal-Gvern Lokali relatat ma' din it-tema hija li jiżdiedu r-riżorsi bl-aħjar mod possibli filwaqt li tiżdied l-effiċjenza għal ambjent aktar nadif - ambjent b'arja li jtejjeb il-kwalita' tal- ħajja tar-residenti. Qed tiġi implimentata sistema tal-ġbir tal-iskart biex din tibqa' tħares il-bżonnijiet ta' kull lokalità f 'kuntest reġjonali u b'hekk jonqos il-piż amministrattiv minn fuq il-Kunsilli Lokali. Madankollu, qed issir ħidma ħalli jiġu ntrodotti nċentivi u miżuri li jnaqqsu l-emissjonijiet filwaqt li jiġu implimentati metodi aktar effiċjenti għat-tindif tat-toroq fil- lokalitajiet. Il-viżjoni strateġika tħaddan fiha pilastru fejn tipproponi numru ta' miżuri biex filwaqt li l-Kunsilli Lokali u Reġjonali jkunu aktar aċċessibli, jagħmlu użu mit-teknoloġija diġitali, għat-titjib fil-kwantità u l-kwalità tas-servizzi li jiġu offruti lill-kommunitajiet. Il-Viżjoni Strateġika tindirizza lill- Kunsilli Lokali għall-introduzzjoni ta' pjattaforma komuni onlajn. Pjanijiet biex tiġi mnedija mobile app ħolistika li minnha r-residenti kollha jkollhom aċċess għas- servizzi offruti mill-Kunsilli Lokali. Il-Viżjoni Strateġika fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni tinkludi wkoll l-faċilita' għall- attivitajiet u taħrig aċċessibli virtwalment.