Illum previous editions

ILLUM 28 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1500238

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 19

10 IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 • illum Xebbajtuna! B'rabja kollettiva l-poplu jingħaqad aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 • illum aħbarijiet ANTHEA CACHIA Rabja, frustrazzjoni u dispjaċir. Dak li kienu qed iħossu mijiet ta' Maltin li lbieraħ ingħaqdu b'vuċi waħda kontra l-isfreġju ambjentali u l-iżvilupp bla rażan. Din il-protesta nazzjonali, li saret f 'qalb pajjiżna – il-Belt Valletta, saret b'għan wieħed biex jissejħu bidliet radikali urġenti fis-setturi tal-ambjent u tal-ippjanar. Il-protesta nazzjonali ġiet organizzata minn Moviment Graffitti, Din l-Art Ħelwa, Flimkien għal Ambjent Aħjar, BirdLife Malta, Għawdix, Ramblers Association Malta, Nature Trust – FEE Malta u Friends of the Earth Malta. Dan biex ma nsemmux aktar minn 80 gruppi ta' residenti, studenti, għaqdiet kulturali u NGOs u 'l fuq minn 250 akkademiċi li taw is-sostenn tagħhom u l-appoġġ kollu meħtieġ. Din il-protesta mhux biss opponiet bil- qawwi l-iżvilupp u l-mudell ekonomiku li qed jitħaddem bħalissa talli sejħet bidla ibbażata fuq tliet prinċipji; Bidla fil- policies, riformi fi ħdan l-istituzzjonijiet responsabbli mill-ambjent, l-ippjanar u l-artijiet u mudell ekonomiku li jmur lil hinn mit-tkabbir u jkun aktar bilanċat biex jiżgura l-kwalità tal-ħajja. Fost id-diskorsi li saru waqt il-protesta kien hemm dik tas-Sindku tal-Gżira, Conrad Borg Manche li sostna li bħala bniedem li għex u li pprattika l-valur u prinċipji soċjalisti jinsab "diżgustat u imweġġa' li nara lill-pajjiżi dejjem sejjer għan-niżla minflok għat-tela'fejn jidħol il- qasam ambjentali, li tant huwa għal qalbi." Insista li mingħajr ambjent tajjeb madwarna, is-saħħa tagħna – fiżika u mentali tiddeterjora – u tħalli riperkussjonijiet kbar fuq il-bniedem. Huwa sostna li m'għandux fiduċja fl- awtoritajiet u li ma kull waħda minnhom kellu diżgwit kbir u li skont hu "mhumiex hemm biex jaqdu l-interess tal-poplu u l-ġid komuni li għalih suppost ġew imwaqqfa." Min-naħa l-oħra tkellmet ukoll il- Koordinatriċi tal-għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar, Astrid Vella, li b'rabja qalet li dak li qiegħed isir fil-kamp ambjentali jmur kontra l-ġustizzja soċjali, "li tieħu l-isbaħ postijiet, ix-xtajtiet, il- ġonna u l-kampanja mingħand kulħadd biex igawduh is-sinjuri u l-profitt tal-ftit, tmur kontra kull sens ta' ġustizzja soċjali. Irridu aktar lokalitajiet protetti għall- pubbliku." Għaldaqstant l-ILLUM tkellmet mal- attivist tal-Moviment Graffitti Andre Callus, mal-Kap Eżekuttiv ta' Bird Life Malta Mark Sultana u l-President Eżekuttiv ta' Din l-Art Ħelwa dwar tliet affarjiet: X'wassal għall-protesta, x'ipproponew waqt il-protesta u x'qed jistennew li jsir wara l-protesta. Żgur ma kinitx tal-ewwel u wisq anqas se tkun tal-aħħar li Moviment Graffitti ħareġ fit-toroq isemma' leħnu fejn kien hemm bżonn. Iżda għaliex huma, flimkien mal- organizzaturi l-oħra ħassew il-bżonn ta' protesta nazzjonali? "Ċara li hemm rabja kbira. Il-ġlieda ma bdietx bil-protesta ta' lbieraħ u ilha s-snin għaddeja, speċjalment ma' komunitajiet differenti. F'din il-protesta nazzjonali ridna li niġbru din ir-rabja u niddirezzjonawha lejn dak li hemm bżonn li jinbidel b'mod strutturali, mhux biss fuq proġett jew ieħor iżda x'hemm ħażin fil-liġijiet, fil-policies tal-ippjanar l-awtoritajiet eċċ," wieġeb l-attivist Andre Callus. Żied jgħid ukoll li bħala Graffitti għamlu ħafna kuraġġ meta raw ir-rispons minn għaqdiet, komunitajiet u wkoll persuni mxebba' bis-sitwazzjoni. Fost it-tibdiliet li qed jistennew dawn l-għaqdiet Callus għamel referenza għal bidla fil-policy tal-għoli tal-lukandi u sostna li b'mod ġenerali l-awtoritajiet kollha għandhom jinbidlu biex ma jibqgħux ikkontrollati direttament mill- politiċi u n-negozju. "Dawn il-bordijiet taparsi indipendenti, jinħatru minn Ministri u jkun hemm ħafna influwenza minn wara l-kwinti fuqhom. Farsa sħiħa. Aħna rridu istituzzjonijiet indipendenti." Huwa għamel enfasi wkoll dwar il-mudell ekonomiku u stqarr li minflok niffissaw fuq it-tkabbir, "għandna nqassmu l-ġid aħjar. Dan isir billi jkun hemm pagi ogħla, taxxi fuq qligħ konsiderevoli." Hawn l-ILLUM staqsietu x'messaġġ jgħaddi lil Gvern u għal dan huwa qallu, "bid-direzzjoni li sejrin fiha diħlin ġol- ħajt, hemm bżonn li nbiddlu r-rotta għax mhemmx alternattiva." 'Bid-direzzjoni li sejrin fiha diħlin ġol-ħajt, hemm bżonn li nbiddlu r-rotta' – L-Attivist tal- Moviment Graffitti Andre Callus Emozzjonijiet kbar imlew it-toroq Beltin ilbieraħ filgħodu waqt protesta Nazzjonali organizzata minn numru ta' għaqdiet b'għan wieħed, li jsiru r-riformi tant meħtieġa. Din il-gazzetta tkellem lil tliet attivisti u tistaqsi, għaliex saret il-protesta u x'qed jipproponu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 May 2023