Illum previous editions

ILLUM 11 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1501167

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 19

10 IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 • illum Malta t-tielet l-inqas fl-Ewropa li għandha persuni qiegħda u mhux jedukaw ruħhom aħbarijiet IL-ĦADD 11 TA' ĠUNJU 2023 • illum analiżi MATTHEW FARRUGIA Malta kellha t-tielet l-inqas rata ta' persuni li ma jaħdmux u li mhux qed jieħdu edukazzjoni jew taħriġ fl-2022, liema rata tiġi wara dik tal-Olanda u l-Isvezja, żewġ pajjiżi li fejn jidħol il-progress ikunu kważi dejjem minn ta' quddiem. Dan irriżulta minn stħarriġ tal-Eurostat f 'Mejju li għadda, hekk kif ġie nnutat li pajjiżna diġà laħaq il-miri Ewropej f 'dan ir-rigward. Dan filwaqt li l-mira tal-Unjoni Ewropea għar-rata ta' persuni bla impjieg u li mhux jistudjaw jew jitħarrġu hija ta' 9%. Dan irriżulta ferm inqas f 'Malta, hekk kif ir-rata ta' pajjiżna kien ta' 7.2%. Dan ifisser li mill-2021 sal-2022, Malta rnexxielha tilħaq il-miri Ewropej, hekk kif f 'dik is-sena stess, in-numru ta' dawn il- persuni naqas bi tnejn fil-mija. Ir-rapport tal-Eurostat jispjega li llum il-ġurnata, it- tranżizzjoni mill-edukazzjoni għad-dinja tax-xogħol hija aktar kumplessa u ż-żgħażagħ ta' llum huma aktar probabbli li jibdlu x-xogħolijiet u b'hekk idumu aktar biex jistabilixxu ruħhom fid-dinja tax-xogħol. Apparti minn hekk, illum aktar minn qatt qabel, l-istudenti f 'istituzzjonijiet terzjarji aktar qed jagħżlu li jaħdmu part- time, filwaqt li dawk li diġà qed jaħdmu huma aktar probabbli li jkomplu l-istudji tagħhom wara li jibdew il-karrieri tagħhom. F'Malta kien ġie nnutat li żgħażagħ li waqfu sal- edukazzjoni sekondarja kellhom aktar ċans li ma jaħdmux u ma jkunux qed jieħdu edukazzjoni jew stħarriġ, filwaqt li dawk li jkomplu sa livell terzjarju huma l-inqas nies probabbli li jkunu f 'din is-sitwazzjoni. Intant, l-istħarriġ tal-Eurostat sab ukoll li f 'pajjiżna hawn aktar irġiel ta' bejn il-15 u d-29 sena li jaħdmu jew qiegħdin f 'edukazzjoni jew taħriġ, hekk kif fil-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej, jidher li n-nisa huma aktar probabbli li ma jkollhomx impjieg jew ma jkunux qed jitħarrġu. L-istħarriġ jindika li dan huwa marbut mal-istrutturi tal-familji madwar il-pajjiżi Ewropej, hekk kif meta tilħaq ċertu età, aktar huwa ċ-ċans li ma tkunx qed taħdem jew titgħallem, minħabba li n-nisa huma aktar probabbli li jrabbu t-tfal fil-familja. Minkejja l-fatt li jidher li aktar nisa qed jitilqu xogħolhom biex jieħdu ħsieb lill-familja, il- Eurostat tinnota li f 'pajjiżna, in-nisa huma fil-maġġoranza tal-istudenti li jigradwaw mill-istituzzjonijiet edukattivi terzjarji, u jidher li r-rata tan- nisa li jiggwadanjaw iċ-ċertifikat fuq livell ta' baċċellerat qiegħed jiżdied. Minkejja dan, Malta għad fadlilha x'taqdef b'rabta mal-edukazzjoni u t-taħriġ fost iż-żgħażagħ, hekk kif pajjiżna għadu ma laħaqx il- miri Ewropej f 'dak li għandu x'jaqsam ma' żgħażagħ li jtemmu l-edukazzjoni tagħhom f 'età żgħira. Il-Eurostat tinnota wkoll li madwar 10% tal-popolazzjoni Maltija żagħżugħa bejn it-18 u l-24 sena titlaq mis-sistema edukattiva f 'età żgħira, iżda dan jirrappreżenta tnaqqis sostanzjali mill-istess rata fl- 2012. Dan hekk kif fl-2012, ir- rata ta' żgħażagħ f 'pajjiżna li jtemmu l-edukazzjoni tagħhom kienet ta' madwar 17%, f 'dik li ġiet deskritta bħala waħda mill- akbar tnaqqis f 'din ir-rata. Bl-oppost għal dak li jiġri rigward persuni mingħajr xogħol jew taħriġ, il- maġġoranza taż-żgħażagħ li jtemmu l-edukazzjoni tagħhom huma rġiel. L-edukazzjoni u l-impjieg jidru li huma marbutin ma' xulxin, hekk kif fl-2022, ġiet innutata rata baxxa ta' persuni li telqu mill-iskejjel u li jaħdmu, hekk kif filwaqt li parti sostanzjali ta' dawn iż-żgħażagħ huma qiegħda u jixtiequ jaħdmu, kważi nofshom huma bla impjieg u ma jridux jaħdmu. Skont studju tal-Eurostat, f'pajjiżna hawn aktar irġiel ta' bejn il-15 u d-29 sena li jaħdmu jew qiegħdin f'edukazzjoni jew taħriġ. Dan hekk kif fil-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej, in-nisa huma aktar probabbli li ma jaħdmux jew ma jkunux qed jitħarrġu. Il-Eurostat tatribwixxi dan mal-fatt li n-nisa jagħżlu aktar li jieħdu ħsieb lit-tfal : F'għaxar snin, jidher li n-numru ta' persuni qegħda u li m'humiex f 'istituzzjoni edukattiva jew jitħarrġu naqas b'mod sostanzjali, biex b'hekk laħqet il-miri Ewropej f 'dan ir-rigward

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 June 2023