Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1501167
MATTHEW FARRUGIA "Irridu li l-Malti jispiċċa' minoranza f 'pajjiżu?" Kienet proprju din il-mistoqsija li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech f 'intervista fuq l-istazzjon Net fl-4 ta' Ġunju, liema mistoqsija ġabet il-kritika ta' bosta, hekk kif dan id-diskors ġie deskritt bħala wieħed li maħsub biex iġelled il-Maltin kontra l-immigrant. Il-Kap Nazzjonalista kien qed jitkellem dwar dak li kien qal il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana, fejn stqarr li jekk il- mudell ekonomiku ta' pajjiżna jibqa' kif inhu, il-popolazzjoni Maltija tista' togħla sa 800,000 sal-2040, permezz ta' aktar importazzjoni ta' ħaddiema barranin. L-ILLUM tkellmet ma' Dott Maria Pisani, il-Kap tad- Dipartiment tal-Istudji taż- Żgħażagħ u l-Komunità fi ħdan l-Università ta' Malta, dwar dan id-diskors u aġir simili fil-konfront tal-immigranti mill-politiċi. Hija sostniet li għal dawn l-aħħar 20 sena, l-immigranti kienu wżati mill- Gvern u l-Oppożizzjoni, hekk kif dawn in-nies vulnerabbli faċli jservu bħala 'scapegoat' għall-politiċi. Minkejja dan, Pisani stqarret li din ir-retorika hija waħda li tagħmel parti minn logħba perikoluża. Spjegat kif kull min jgħix f 'pajjiżna għandu d-dritt li jħossu sigur, filwaqt li innutat li hawn bżonn ta' politika ibbażata fuq l-inklużjoni u mhux fuq il-firda u l-vjolenza. "Diskors li jġelled liċ-ċittadin kontra l-immigrant huwa diskors mhux sinċier, u ma jirriflettix it-tip ta' tmexxija responsabbli li hawn bżonn f 'dan il-pajjiż," tenniet Pisani. Il-verità, tgħid Pisani, hija li s-soċjetà Maltija hija magħmula minn ċittadini u immigranti, iżda l-benessere tal-pajjiż huwa marbut mal-kwalità tar- relazzjonijiet kollha li jeżistu fis-soċjetà Maltija. "Jekk il- popolazzjoni hija mifruda, ħadd ma jibbenifika f 'Malta, għajr għall-politiku li jfittex il-voti ħa jsaħħaħ il-poter tiegħu," tispjega Pisani. Hekk kif fakkret li l-immigranti m'għandhomx il- poter li jivvutaw, Pisani tinnota li, "Bernard Grech u oħrajn li jużaw l-istess strateġija qed jużaw din l-inugwaljanza biex ikollhom aktar poter permezz tal-popoliżmu." Dr Pisani appellat sabiex jiġu protetti l-ħaddiema f 'Malta, flimkien mal-ambjent, l-agrikultura u s-sistemi soċjali, u meta wieħed jiffoka fuq politika sostenibbli bbażata fuq il-ġustizzja u l-ugwaljanza, il-Maltin ikunu protetti. Din il-gazzetta tkellmet ukoll mal-attivista Lara Calleja, li stqarret li Bernard Grech, bid- diskors tiegħu, qiegħed jinjora l-veru sors tar-rabja tal-Maltin. Qalet li l-Kap tal-Oppożizzjoni huwa fost ħafna politiċi li jduru "dawradurella mal-konsegwenzi tal-problema innifisha, imma qatt ma tissemma' l-problema innifisha." Calleja kienet qed tirreferi għall-problema tal- kostruzzjoni. Minħabba diskors bħal dan, Calleja qalet li huwa faċli ħafna li wieħed jinsa dak li jgħaddu minnu l-ħaddiema barranin, fosthom il-paga baxxa li jaċċettaw il-barranin meta jaħdmu f 'numru ta' setturi f 'pajjiżna. Callejja tistaqsi, "Imma x'jiġri, meta l-partit tal-Oppożizzjoni, kontinwament u għal dejjem, jibqa' jinnega s-sors ta' ħafna affarijiet ħżiena li għandna f 'pajjiżna?" Skontha, Bernard Grech jaf li l-partit li jmexxi, bħal m'hu l-partit li jopponi, "huwa biss pupazz tan-nies li verament jikkmandaw il-pajjiż - il-famużi żvilupatturi." Evidenza ta' dan, tispjega Calleja, huma stqarrijiet mill-iżviluppaturi stess li jikkonfermaw li jiffinanzjaw liż- żewġ partiti politiċi kbar. Hija tisqarr li l-iżviluppaturi stess huma r-raġuni għalfejn Malta qed tintilef, hekk kif Calleja qalet lil din il-gazzetta li d-diversità ma tkissirx lil pajjiżna, hekk kif tistieden lil Bernard Grech, "iħares lejn l-istorja ddiversifikata ta' Malta mgħammra minn-ġnus differenti." Fuq nota ironika, Calleja tenniet li l-istess nies li qed ikissru lil Malta huma l-istess nies li l-ebda partit sa issa ma kellu l-kuraġġ jikkonfronta. 12 IL-ĦADD 11 TA' ĠUNJU 2023 • illum aħbarijiet 'Id-diskors ta' Bernard Grech dwar persuni barranin huwa popolist, perikoluż u li jiżra' l-firda' F'intervista fuq l-istazzjon Net, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech uża retorika deskritta bħala 'popolista u perikoluża' meta tkellem dwar il-mudell ekonomiku preżenti kkaratterizzat mill-importazzjoni ta' ħaddiema barranin. Filwaqt li kienu kritiċi tal-istess mudell ekonomiku, dawk li tkellmu mal-ILLUM innutaw li Grech għamel żball kbir bid-diskors li għażel Bernard Grech kien qed jitkellem dwar il-problemi li kkawża l-mudell ekonomiku preżenti, iżda numru ta' nies kienu kritiċi tad-diskors li uża fil-konfront tal-ħaddiema barranin f 'pajjiżna Lara Calleja Maria Pisani