Illum previous editions

ILLUM 11 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1501167

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 19

20 IL-ĦADD 11 TA' ĠUNJU 2023 • illum aħbarijiet Maltemp u ragħad f'Ġunju: tibdil fil-klima jew okkażjoni rari? Ix-xita u ragħad f'Ġunju mhux komuni, iżda lanqas huma allarmanti u rarissimi skont l-Uffiċċju Metereoloġiku, hekk kif ġew kjarifikati xi punti dwar il-fenomenu tat-temp fil-gżejjer Maltin fl-aħħar ġranet "Il-ħtieġa ta' din il-protesta tmur 'lil hinn mill-partiti politiċi." Hekk qal tas- Sindku ta' Ħal Qormi, Josef Masini Vento, wieħed mill- sindki Laburisti li attendew il-protesta kontra l-isfreġju ambjentali u l-iżvilupp bla rażan, bl-isem ta' 'Xebbajtuna!' B'mod notevoli, apparti Masini Vento kien hemm ukoll Conrad Borg Manché u Paul Buttigieig, żewġ sindki oħra Laburisti magħrufa għall- ġliediet rispettivi tagħhom biex jippreservaw l-ambjent fil-lokalitajiet tagħhom. Il-protesta nazzjonali ġiet organizzata minn Moviment Graffitti, Din l-Art Ħelwa, Flimkien għal Ambjent Aħjar, BirdLife Malta, Għawdix, Ramblers Association Malta, Nature Trust – FEE Malta u Friends of the Earth Malta. Il- protesta kellha wkoll l-appoġġ ta' 80 gruppi ta' residenti, studenti, għaqdiet kulturali u NGOs u 'l fuq minn 250 akkademiċi. Masini Vento stqarr li meta kien preżenti fil-protesta, ma rax Laburisti u Nazzjonalisti, iżda ra x-xellug. Fil-fatt, f 'kummenti lill-ILLUM, huwa qal li din il- protesta hija xhieda li l-forzi tax- xellug f 'Malta qawwew qalbhom, hekk kif ir-rabja lejn l-Awtorità tal-Ippjanar u d-deċiżjonijiet kollha li qed iwasslu għal sfreġju ambjentali hija waħda maqsuma mis-soċjetá Maltija kollha. Dan, qal Masini Vento, "huwa magħruf min-nies tal-lokalitá tiegħi," hekk kif Ħal Qormi hija fost l-irħula u bliet Maltin li qed iħossu l-impatt tal-iżvilupp bla rażan. Fl-2020, minkejja pandemija globali, Ħal Qormi rat it-tielet l-aktar permessi ta' bini jiġu approvati, b'296 permess approvat. B'rabta mal- isfreġju ambjentali u żvilupp bla kontroll, is-Sindku Qormiż iddeskriva l-pjanijiet lokali tal- 2006 bħala l-bidu ta' dak li qed jesperjenza Malta u Għawdex illum, iżda nnota li wieħed ma jistax ikompli jinħeba wara dawn il-pjanijiet bħala skuża biex ma jsir xejn. Fil-lokalità li jirrappreżenta hu f 'Mejju li għadda, Masini Vento kien stqarr li l-Kunsill Lokali Qormiż ma kienx se jibqa sieket quddiem il-qerda ambjentali kontinwa li qed jhedded lil dan ir-raħal, b'referenza għaż- żona magħrufa bħala n-naħa ta' Farsina. Hawn, anke permezz ta' filmat fuq il-midja soċjali, stqarr li l-kunsill, flimkien mar- residenti, se jieħdu l-passi kollha meħtieġa u jużaw l-għodda legali kollha li għandhom sabiex jipproteġu din l-art. L-Awtorità tal-Ippjanar kienet qatgħatha li din l-art riedet tinbena akkost ta' kollox, iżda Masini Vento kien stqarr li, "f 'dawn l-inħawi u żoni oħra fir-raħal, se jkun hemm reżistenza, biex il-ftit ambjent li fadal f 'Ħal Qormi jkun protett." Fil-fatt, is-Sindku Qormiż qal li kien sopriż iżda sodisfatt bl-ammont kbir ta' persuni mill-lokalità tiegħu li esprimew ir-rabja tagħhom fil-protesta. Stqarr ukoll li l-ammont kbir ta' Laburisti preżenti fil-protesta huwa xhieda li l-affarjiet mhux qed isiru kif suppost. Filwaqt li nnota li l-istess partit li jirrappreżenta hu qiegħed fil-Gvern, saħaq fuq il-bżonn li l-affarjiet jinbidlu għall-aħjar permezz ta' azzjoni u bidla, hekk kif il-prinċipji ta- Partit Laburista huma prinċipji favur il-ħarsien tal-ambjent u tal-kwalità tal-ħajja tal-poplu. Minkejja l-folla numeruża li attendiet il-protesta nazzjonali, deċiżjonijiet għad-detriment għall-ambjent, xorta baqgħu jittieħdu. Jiem biss wara l-protesta, il-Qorti approvat proġett massiċċ ta' DB Group f 'Pembroke, filwaqt li l-Awtorità tal-Ippjanar approvat żvilupp fuq art agrikola fiż-żona tan- Nigret fiż-Żurrieq. Dawn id- deċiżjonijiet kienu suġġetti wkoll għal rabja minn residenti u għaqdiet favur l-amjent fost l-oħrajn. Minkejja dan, l-istess sentiment ta' dawn l-għaqdiet u r-residenti, Josef Masini Vento tenna li l-ġlieda kontra dan l-isfreġju se tkompli. Bosta Maltin li ħarsu lejn is-sema fl-aħħar ġranet u raw sħab griż u xita, kienu mħassba dwar dan it-temp mhux normali f 'Ġunju, iżda skont l-Uffiċċju Metereoloġiku, minkejja li dan huwa rari, mhix impossibbli jew straordinarja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 June 2023