Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1501167
Il-klassifika tal-aqwa 25 film ta' kull żmien li daħlu l-aktar flus hija ddominata mill-produzzjonijiet tas-superoj, fejn insibu mhux inqas minn 9 xogħlijiet tar-rivali Marvel Studio u DC Comics. Il- films animati jgħoddu 5, waqt li t-tliet films diretti minn James Cameron, Titanic (1997), Avatar (2009) u Avatar: e Way Of Water (2022) meta ħarġu mill- ewwel qabżu f 'postijiet għoljin. Fl-2019, Avengers: End Game irnexxielu jitla' fl-ewwel post u jaqbeż lil Avatar. Fis-sajf li għadda, dan il-film reġa' ħareġ biex jagħmel reklam lil Avatar: e Way Of Water (li kellu joħroġ qrib il-Milied) u bil-flus li daħħal reġa' kiseb l-ewwel post. Dawn il-produzzjonijiet, flimkien ma' 3 oħra daħħlu aktar minn $2 biljuni. L-aktar blokkbasters popolari tas-supereroj huma dawk ta' Marvel Studio, Avengers, mixtrija mill-kumpanija Disney fl-2009 li akkwistat ukoll il- kumpanija 20th Century Studio (qabel Fox) u xtrat ukoll lil Lucasfilm li fil-klassifika nsibu films tajbin tagħhom bħal Star Wars: e Force Awakens u Star Wars: e Last Jedi. Barra Titanic, tas-seklu l-ieħor, l-aktar film qadim hu Harry Potter And e Deathly Hallows, Part 2 (2011). Fil-lista tal-aqwa attendenzi nsibu biss 5 films li jinsabu wkoll fil- klassifika tal-aqwa fil-box office. Barra Gone With e Wind li jinsab fil-quċċata, maqtugħ għalih waħdu, l-aktar film antik ta' din il-kategorija hu l-kapulavur ta' animazzjoni ta' Disney, Snow White And e Seven Dwarfs (1937). Disney għandu 6 produzzjonijiet f 'din il-lista, waqt li assolutament jiddomina dik tax-xogħlijiet li daħlu l-aktar flus bi 12-il film minn 25. Waqt li Avengers jokkupa l-ewwel post, fil- lista tal-attendenzi jinsab fil-15-il post. Star Wars (1977) oriġinali (li wara semmejh Star Wars, Episode 4: A New Hope) jinsab fit-tieni post fil-bejgħ tal-biljetti, pjutost il-bogħod minn GoneWith e Wind bi kważi 25 miljun biljett inqas. Insibu 5 films li ħarġu fis- snin sebgħin f 'din il-klassifika. Wieħed jista' wkoll jinnota 4 films ta' Disney. Iż-żewġ klassifiki rispettivi huma dawn:- L-Aqwa fid-Dħul tal-Flus. L-Aqwa fil-Bejgħ tal-Biljetti: 1.Avatar (2009) $2,923 biljuni Dir. James Cameron. 2.Avengers: Endgame (2019) $2,797 biljuni Dir. Anthony u Joe Russo. 3.Avatar: e Way Of Water (2022) $2.32 biljuni Dir. James Cameron. 4.Titanic (1997) $2.18 biljuni Dir. James Cameron 5.Star Wars: e Force Awakens (2015) $2.06 biljuni Dir. J. J. Abrams 6.Avengers: Infinity War (2018) $2.06 biljuni Dir. Anthony u Joe Russo 7.Spider-Man: No Way Home (2021) $1,9 biljuni Dir. Jon Watts 8.Jurassic World (2015) $1,6 biljuni Dir. Colin Trevorrow 9.eLion King (2019) $1.6 biljuni Dir. Jon Favreau 10.e Avengers (2012) $1.5 biljuni Dir. Jess Whedon 11.Fast & Furious 7 (2015) $1.5 biljuni Dir. James Wan 12.Top Gun: Maverick (2022) $1.4 biljuni Dir. Joseph Kosinski 13.Avengers: Age Of Ultron (2015) $1.4 biljuni Dir. Joss Whedon 14. Frozen 2: e Secret Of Arendelle (2019) $1.4 biljuni Dir. Jennifer Lee; Chris Buck 15. Black Panther (2018) $1.3 biljuni Dir. Ryan Cooger 16.Harry Potter And e Deathly Hallows, $1.3 biljuni Dir. David Yates 17.Star Wars: e Last Jedi (2017) $1.3 biljuni Dir. Rian Johnson 18.Jurassic World: Fallen Kingdom (2018) $1.3 biljuni Dir. J. A. Bayona 19. Frozen (2013) $1.2 biljuni Dir. Jennifer Lee; Chris Buck 20. Beauty And e Beast (2017) $1.2 biljuni Dir. Bill Condon 21. e Incredibles 2 (2018) $1.2 biljuni Dir. Brad Bird 22. Fast And Furious 8 (2017) $1.2 biljuni Dir. F. Gary Gray 23. Iron Man 3 (2013) $1.2 biljuni Dir. Shane Black 24. Minions (2015) $1.1 biljuni Dir. Kyle Balda u Pierrec Coffin 25. Captain America: Civil War (2016) $1.1 biljuni Dir. Anthony u Joe Russo. Carmel Bonnici 19 films IL-ĦADD 11 TA' ĠUNJU 2023 • illum Ir-relazzjoni bejn id-dħul tal-flus u l-attendenza fiċ-ċinema (2) Avatar (2009) Avengers: Endgame (2019) Titanic (1997) Star Wars: The Force Awakens Spider-Man: No Way Home (2021)