Illum previous editions

ILLUM 11 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1501167

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 19

18 oroskopju IL-ĦADD 11 TA' ĠUNJU 2023 • illum Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Gemini għalik Libra ser ikun dak il-perjodu fejn int trid twettaq analiżi profonda f 'dawk l-aktar sitwazzjonijiet meħtieġa. Int trid tgħaraf tagħmel it mumenti sabiex tara x'hemm bżonn isir madwarek sabiex b'dan int tkun kapaċi tkompi tħares lejn futur aktar stabbli. Huwa ferm importanti li int twettaq dan għal dak it-tkattir li hemm riesaq lejk. Analizza.L- aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Opal. Libra huma magħrufin għal attenzjoni li huma jagħtu. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Gemini għalik Scorpio huwa mument ta' rifflessjoni profonda kemm dwar il-ħajja tiegħek personali kif ukoll fil-madwar tiegħek. Għalkemm din ir-rifflessjoni ser tagħmlek tħossok bħal qisek qiegħed maqbud bejn żewġ toroq, l-importanti huwa li int tgħaraf fejn int verament tixtieq tasal sabiex b'hekk tkun tista' tibni aħjar lilek innifsek. Irriffletti.L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi r-Ruby. Scorpio huma magħrufin għal istabbilta' tagħhom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Gemini għalik Sagittarius ser ikun żmien tajjeb ħafna għalik sabiex tibda titranġa dawk l-intoppi li qegħdin ikunu forma ta' tfixkil. Hemm bżonn li int tgħaraf iż-żomm bilanċ aħjar fil-madwar tiegħek. Għalhekk dan huwa l-aħjar mument li int tista' tgħaraf il-vera direzzjoni ideali fit-twettieq li tixtieq. Analizza. L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Jade. Sagittarius huma magħrufin għal flessibilta' tagħhom. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'din l-aħħar ġimgħa taż- żodjaku ta' Gemini għalik Capricorn ser iġielek tħoss li int trid tħejji skeda ġdida sabiex tibda twettaq tibdil madwarek. Żgur li waħda mit-tibdil hi li int trid issib aktar spazju għalik innifsek sabiex tkun tista' tirrilassa, tirriffletti u tgħaraf aktar lilek innifsek. Dan huwa dak il-mument li ser jagħtik dak id-dawl lejn dawk id-direzzjonijiet li int vera tixtieq. Irriffletti.L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Pearl. Capricorn huma magħrufin għal abbilta' organizzata tagħhom. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'din l-aħħar ġimgħa taż- żodjaku ta' Gemini għalik Aquarius ser jagħmlek aktar iffokat u kuraġġuż għal dak li issa int trid tiddeċiedi f 'dawn il-ġranet li ġejjin. Deċiżjonijiet li żgur ser ibidlu l-mod ta' kif kont tqassam il-ġurnata. Għalhekk tajjeb li tħejji aħjar lilek innifsek sabiex dak li int ser tiddeċidi jkun biss dak li lilek jagħtik dak li vera tixtieq. Analizza b'għaqal. L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi s-Sunstone. Aquarius huma magħrufin għal burdata stabbli tagħhom. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'din l-aħħar ġimgħa taż- żodjaku ta' Gemini għalik Pisces ser tkun rifflessjoni profonda dwar il-karriera kemm dik preżenti kif ukoll dwar dak li int qiegħed tistenna fil-futur qarib. Dan huwa mument fejn issa trid tgħaraf jekk tkomplix tespandi aktar sabiex minn issa tibda tagħti aktar attenzjoni lejn il- ħidma tiegħek. Dan żgur ser ikompli jsaħħek għal dawk l-opportunitajiet fil-futur tiegħek. Analizza b'għaqal. L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi t-Turquoise. Pisces huma magħrufin kemm huma umli. Namaste L-AĦĦAR ĠIMGĦA GĦAŻ-ŻODJAKU TA' GEMINI MILL-ĦADD 11 TA' ĠUNJU SAS-SIBT 17 TA' ĠUNJU Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Gemini għalik Aries ser jagħmlek tħossok mhux kuntent għal kollox b'dak li int qiegħed tesperjenza bħalissa. Waqt li int qiegħed turi li kollox sew u kuntent, ġewwa fik is-sitwazzjoni hija ferm l-oppost ta' dan kollu. Għalhekk issa hemm bżonn tieqaf u tirriffletti dwar x' vera x'tixtieq twettaq. Irriffletti. L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Aquamarine. Aries huma magħrufin li jservu ta' pont. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Gemini għalik Taurus ser ikun ifisser li int trid tgħaraf li għadu mhux il-mument opportun sabiex is-sitwazzjoni ta' madwarek tkun waħda kompluta kif finalment int tixtieqa. Minħabba xi ntoppi li għad hemm iduru madwarek int trid li għalissa tkompli tissaħħaħ u iffoka sabiex meta jingħelbu dawn l-intoppi minn hemm ikun il-waqt sabiex tkattar kollox. Analizza sew. L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Moonstone. Taurus huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Namaste Gemini mill-28 TA' MEJJU sal- 20 ta' Ġunju F'din l-aħħar ġimgħa taż- żodjaku ta' Gemini għalik l-istess Gemini ser jagħmlek iffukat aktar lejn dawk is-sitwazzjonijiet ġodda li int qiegħed tesperjenza fil-preżent u dan ovvjament sabiex int tkun tista' tgħaraf iżjed kif ser tkompli tavvanza. Għalhekk dan huwa l-mument fejn int trid tgħaraf tuża aktar moħħok sabiex tħares il-quddiem b'aktar ħeġġa, għaqal u determinazzjoni. Irriffletti. L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi s-Sapphire. Gemini huma magħrufin għal indipendenza tagħhom. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Gemini għalik Cancer ser ipoġġik f 'qagħda li trid tikkumbatti aktar mis-soltu sabiex ċerta pjanijet li int kellek ippjanati ma' jitħarbtux. Għalhekk huwa mportanti li waqt li tara kif bl'aktar mod intelliġenti tiegħek int kapaċi tegħleb dan l-ostaklu sabiex b'hekk int tibqa għaddej. Aħtaf dan il-mument sabiex tgħaraf tisaħħaħ aktar. Analizza sew. L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Amethyst. Cancer huma magħrufin għal ispontanjeta' tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Gemini għalik Leo ser joffrilek dak il-mument sabiex twettaq eżerċizju ta' għarfien ta' ġenwinita' f 'dawk li huma viċin tiegħek u li vera tista' tafda u b'hekk dak li hemm maħsub fik ikun jista' jitwettaq b'aktar serenita' u serħan tal-moħħ. Wettaq rifflessjoni profonda. L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi r-Rose Quartz. Leo huma magħrufin bħala persuni emozzjonali. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru. F'din l-aħħar ġimgħa taż- żodjaku ta' Gemini għalik Virgo ser jurik li int ma tistax tibqa bħal qisek għadek marbut mal- passat. Int trid tara kif dan il- passat li sfortunatament huwa imwaħħal miegħek ikun mitmum sabiex b'hekk int tkompli titkattar u tisaħħaħ lejn dawk l-opportunitajiet sbieħ li hemm resqin lejk. Għalhekk tajjeb li twettaq rifflessjoni profonda.L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi t-Topaz. Virgo huma magħrufin għal abbilta' u t-twemmin fihom infushom. Namaste PAULJON L-AWTUR IWASSAL IL- ĦAMES PUBBLIKAZZJONI IKOMPLI : Forsi ħafna minnkom tistaqsu għaliex din id-darba ktibt dan il-ktieb bil-lingwa Maltija minflok bil-lingwa Ingliża kif wettaqt is-sena l-oħra. F'din il-pubblikazzjoni ser issibu l-gwida tal-oroskopju xahar b'xahar flimkien ma' analiżi dwar il-fażijiet kemm tal-qamar kwinta kif ukoll fil-fażi tan-new moon . Issib ukoll dak il-parir partikolari dwar kull żodjaku, wkoll l-aktar ġranet idejali u dawk li mhux idejali, ix-xhur idejali u xhur li mhux idejali, l-aktar dati pożittivi f'dak ix- xahar partikolari, l-kristalla idejali u dak li jissejjaħ Cleansing meta jkun l-aktar idejali meta dan tista' tatwaħ. Ikkombinati ma' kull xahar issibu l-informazzjoni dwar persuni famużi li għadhom magħna li jiċċelebraw għeluq snienhom miegħek kif ukoll ta' persuni famużi li wkoll jiċċelebraw għeluq snienhom miegħek iżda ma għadhomx magħna. Dan il-ktieb jirrikjedi ħafna ħin ta' meditazzjonjiet profondi sabiex tkun tista' twassal dik il-gwida żodjaka profonda għal kull żodjaku u hekk meta jitlesta tkun tista' tgħaraf kemm verament huwa ktieb informattiv kemm għal dawk li jħobbu l-oroskopju u għal dawk li jħobbu l-astoloġija. L-Oroskopju minn PaulJon, jista' jagħtik dik id-direzzjoni ta' gwida li tkun tixtieq. Jekk int tixtieq aktar informazzjoni kull ma għandek tagħmel huwa li tibgħatli sms fuq 79495804 / 99013600 jew żur is-sit tiegħi www. pauljon13.com Namaste L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 June 2023