Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1501167
L -attivisti li waħħlu messaġġ mal-uffiċini tal-Ministri Miriam Dalli u Stefan Zrin- zo-Azzopardi, fiż-Żurrieq, għamlu sewwa. Bil-bibien kollha magħluqin dan kien l-uniku mod kif setgħu jikkomunikaw mar-rappreżentanti tagħhom fil-Parlament: mal-Ministri tagħhom. Il-messaġġ li wasslu lill- Onorevoli Ministri ifakkarhom li huma kienu siekta waqt il-kontroversja dwar l-art tan-Nigret. Wara kollox huma responsabbli politikament għal dak li għaddej. Stefan Zrinzo- Azzopardi bħala Ministru għall-Ippjanar tal-Użu tal-Art u Miriam Dalli bħala Ministru għall-Ambjent. L-attivisti setgħu żiedu lit- tielet Ministru, Robert Abela. Anke hu jiġi elett mill-ħames distrett elettorali li minnu ż-Żurrieq jifforma parti. Matul dawn l-aħħar għaxar snin, il-Partit Laburista ma għamel xejn biex jaġġusta, jemenda, inkella jħassar il-pjan ta' razzjonalizzazzjoni li kien ippreżenta fil-Parlament George Pullicino fl-2006, dakinhar Ministru responsabbli kemm għall-Ippjanar għall-Użu tal-Art kif ukoll għall-Ambjent. Robert Abela, dakinhar, kien wieħed mill-konsulenti tal-Awtorità tal- Ippjanar permezz tad-ditta legali ta' missieru Abela & Stafrace. Il-PN, li, bħalissa, fil- Parlament, qed ixerred id- dmugħ tal-kukkudrilli dwar id-drittijiet ambjentali tagħna hu resposabbli għal din il- mandra li qed tiżviluppa quddiem għajnejna. Il-Partit Laburista, min-naħa l-oħra, li fil-Parlament fis-sajf tal-2006 kien ivvota kontra l-proposta tar-razzjonalizzazzjoni ukoll irid jerfa' parti mit-tort, għax għal għaxar snin sħaħ ma għamel xejn dwar din il-problema. Ħalla kollox miexi waħdu. Mill-Qrati hemm bosta deċiżjonijiet li juru li ma jkun hemm l-ebda dritt għal kumpens kemm-il darba il- pjan ta' razzjonalizzazzjoni kellu jitħassar immedjatament. Imma l-Labour fil-Gvern, kontinwament jipprova jbeżża' bil-babaw tal-kumpens biex jipprova jiġġustifika għala ma għamel xejn dwar dan. 10 snin ta' skiet li matulhom żewġ miljun metru kwadru ta' art ingħataw għall-iżvilupp. Żewġ miljun metru kwadru li sal-2006 kienu kollha ODZ, jiġifieri barra miz-zona ta' żvilupp. Waħda, waħda, qed induru diversi lokalitajiet li, illum, 17-il sena wara li l-Parlament approva l-pjan ta' razzjonalizzazzjoni bdew iħossu l-impatti tiegħu. Iż- Żurrieq imissu wara Marsaskala, l-Iklin, Marsaxlokk, il-Mosta, Santa Luċija, Ħ'Attard, is-Swieqi u bosta lokalitajiet oħra. Bla dubju se jkun hemm iktar lokalitajiet li jintlaqtu għax il- Labour m'għandux il-kuraġġ li jmur fil-Parlament biex iħassar il-pjan ta' razzjonalizzazzjoni. Jippreferi jilgħab bis-€700 miljun, jikkonvinċi lilu nnifsu li taparsi qiegħed joħloq xi spazji miuħa ġodda, meta, kien ikun ferm iktar effettiv kieku beda biex iddefenda l-kampanja, l-ispazju miuħa li diġa għandna għax ipprovdietu n-natura bla ħlas. Min-naħa l-oħra, il-PN irid jipprova jingħoġob ma' kulħadd. Il-Membri Parlamentari Nazzjonalisti li jiġu eletti mill- Ħames Distrett (Toni Bezzina u Stanley Zammit) kienu in- Nigret b'appoġġ u b'solidarjetà mar-residenti. Imma it siegħat wara, il-kelliema tal-PN għall- politika dwar l-ippjanar tal- użu tal-art, (Stanley Zammit) iddikjara bi kliem ċar daqs il- kristall li l-PN kien għadu favur il-pjan ta' razzjonalizzazzjoni u ma jrid li jinbidel xejn minnu. Għall-PN, jigifieri, l-art tan- Nigret għandha tinbena. Ma nafx x'ġew jagħmlu n-Nigret! Flimkien, il-PL/PN huma responsabbli għall-ħerba li qed tiżviluppa quddiem għajnejna. Il-PN fil-Gvern ħoloqha. Il- Labour fil-Gvern sostniha u dan meta seta' faċilment ġabha fit- tmiem, darba għal dejjem. ADPD hu l-uniku partit politiku li b'mod ċar u konsistenti tkellem favur it-tmiem tal-pjan ta' razzjonalizzazzjoni u l-qerda ta' żewġ miljun metru kwadru ta' art, il-parti l-kbira raba'. L-oħrajn, kontinwament iddefendew ir-rebgħa u l-iżvilupp esaġerat. L-effett ta' dan kollu jista' jarah kulħadd: qerda tal-kampanja, il-it li għad baqa'. Is-skiet tal-Ministri fiż-Żurrieq Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacoapardo 17 opinjoni IL-ĦADD 11 TA' ĠUNJU 2023 • illum Flimkien, il-PL/PN huma responsabbli għall-ħerba li qed tiżviluppa quddiem għajnejna. Il-PN fil-Gvern ħoloqha. Il-Labour fil-Gvern sostniha u dan meta seta' faċilment ġabha fit-tmiem, darba għal dejjem.