Illum previous editions

ILLUM 11 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1501167

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 19

08 IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 11 TA' ĠUNJU 2023 • illum aħbarijiet Cressida Galea hija wiċċ ġdid fil-Parlament Malti, wara li ġiet eletta permezz tal-mekkaniżmu tal-ġeneru fl-elezzoni ġenerali tal-2022. Bħala kandidata li ħarġet fuq l-ewwel u t-tmien distrett, Galea tgħid li l-motto tagħha huwa li wieħed għandu jaħdem għal kawża ġusta u mhux għall-applawżi. L-ILLUM staqiet lil Galea aktaw dwar ol-ħidma tagħha fil-Parlament u kif - bħala ekonomista - tirrispondi għall- kritika dwar il-mudell ekonomiku ta' pajjiżna Il-Parlamentari l-ġodda. CRESSIDA GALEA 1.X'ħajrek tidħol għall-politika u xi tfisser il-politika għalik, speċjalment bħala żagħżugħa? J i e n a bdejt il- vjaġġ politiku tiegħi fl-2017 bil- parteċipazzjoni fil-programm LEAD imniedi mill-Partit Laburista biex iżid il-parteċipazzjoni tan- nisa fil-Parlament Malti. Dan il-programm kabbar fija l-motivazzjoni u l-entużjażmu biex n i k k o n t r i b w i x x i attivament u ninvolvi ruħi fl-isfera politika lokali. I l - P a r t i t Laburista jħaddan ideat progressivi u soċjo- d e m o k r a t i ċ i . Dawn huma l- prinċipji li nħaddan u għalhekk iddeċidejt illi nagħti s-sehem tiegħi biex n a s s i g u r a li dawn il- p r i n ċ i p j i jkomplu jiġu m ħ a d d n a għall-ġid tal- poplu Malti u Għawdxi. 2. Kif issib il- bilanċ bejn il-karriera politika u l-ħajja personali? Il-bilanċ bejn il-karriera politika u l-ħajja personali, li apparti l-familja tinvolvi wkoll ix-xogħol professjonali, mhuwiex faċli biex jinkiseb il-għaliex il-politika tinvolvi aspetti differenti ta' ħidma. Apparti x-xogħol parlamentari, importanti li dejjem tiddedika ħin biex tiltaqa' mal-kostitwenti li eleġġewk, biex tisma' kif nistgħu ntejbu ħajjithom u nagħmlu l-pajjiż, b'mod ġenerali, post aħjar fejn ngħixu. Madanakollu, bid- determinazzjoni u l-appoġġ tal- familja, dejjem irnexxieli nsib bilanċ adegwat. 3.F'xogħlok fil-Parlament, liem suġġetti huma l-aktar għal qalbek u tixtieq tagħti aktar f 'xogħlok? Bħala membru tal-kumitat parlamentari għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, il-ħidma tiegħi hija ffukata sabiex inkomplu nsaħħu l-ekonomija Maltija billi nkomplu nattiraw investimenti u negozji ġodda, inkomplu nsaħħu u ninċentivaw negozji eżistenti, kif ukoll inkomplu nsaħħu s-suq tax-xogħol u noħolqu impjiegi ġodda u ta' kwalità għal Maltin u l-Għawdxin. L-ekonomija hija l-għodda li biha nistgħu nkomplu noħolqu l-ġid. B'ekonomija b'saħħita, nistgħu nkomplu ninvestu fin- nies u s-soċjetà tagħna sabiex kulħadd jilħaq l-ambizzjonijiet tiegħu, inkomplu ninvestu fin-negozji tagħna, inkomplu noħolqu spazji ħodor u miuħa, kif ukoll i n k o m p l u nkunu ta' spalla għall- f a m i l j i , sabiex kull familja jkollha saqaf deċenti fuq rasha. Apparti dan, anke bħala membru tal-kumitat għall- Ugwaljanza u l-ħidma kontra d-Diskriminazzjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal- Ewropa (PACE), il- ħidma tiegħi hija ffukata fuq ir-riformi meħtieġa sabiex inkomplu nilħqu l- ugwaljanza, inkomplu nsaħħu l-governanza ta' dan il-pajjiż u nkomplu nagħtu d- dinjità lill- minoranzi kollha fis-soċjetà. 4. Bħala ekonomista, x'tirrispondi għall-kritika ta' wħud dwar l-effetti tal-viżjoni ekonomika ta' pajjiżna fl- aħħar deċċenju, b'mod speċjali rigward iż-żieda sinifikanti fil-popolazzjoni fl-aħħar snin, u l-effett ta' din il-viżjoni fuq l-ambjent? Il-bidla minn amministrazzjoni Nazzjonalista għal tmexxija Laburista ġabet bidliet kbar, kemm fejn tidħol l-ekonomija tal-pajjiż, iżda wkoll fejn jidħol il-ġid komuni u l-mobilità soċjali. Tlaqna bi pjan u direzzjoni ta' politika ekonomika progressiva li kienet ibbażata fuq il-ħolqien tal-ġid ekonomiku. Dan wassal sabiex illum il-ġurnata, pajjizna għandu ekonomija diversifikata, bl-inqas rata ta' qgħad fl-istorja u bi klassifikazzjonijiet pożittivi mill-agenziji tal-kreditu li jkomplu jagħtu l- kredibbiltà lil Gvern Malti sabiex ikompli jattira u jakkomoda investimenti ġodda, kemm lokali u anke barranin lejn pajjiżna. Il- ħidma tkompli sabiex inkomplu niħu l-ekonomija Maltija għal niċeċ ekonomiċi ġodda. B'hekk nibqgħu kompetittivi u noħolqu opportunitajiet ġodda għal futur ta' pajjiżna. Il-mudell ekonomiku li tlaqna biħ fl-2013 wassal sabiex fi it snin, rajna bidla minn sitwazzjoni ta' 'excessive deficit procedure', li tfisser li l-pajjiż kellu defiċit u dejn eċċessiv, għal pajjiż b'rata ta' tkabbir ekonomiku bla preċedent li wassal għal 'surplus' u rata ta' dejn pubbliku taħt is-60% tal-prodott gross domestiku. Minn sitwazzjoni ta rata ta' qgħad għolja, għal rata storika minima. Din l-attività ekonomika wasslet għal effetti sekondarji, fosthom żieda fil- popolazzjoni li għamlet pressjoni fuq l-infrastruttura tal- pajjiż. L-istess infrastruttura li kienet ilha bla investiment għal numru ta' snin. Għalhekk, fi ftit snin biss, rajna investiment bla preċedent anke fl-infrastruttura tal-pajjiż. L-investiment bla preċedent fil-poplu Malti u Għawdxi, fl- infrastruttura, u fl- ambjent, fost l-oħrajn huma possibbli biss jekk l-ekonomija tal- pajjiż u allura l- qagħda fiskali tal-pajjiż tibqa' b'saħħita. Għalhekk il-ħidma tal-Gvern Malti se tkompli tiġġenera dan it-tkabbir ekonomiku u toħloq opportunitajiet ġodda ta' xogħol billi nkomplu noħolqu klima ta' investiment attraenti għan-negozji Maltin u barranin. Madanakollu, huwa vitali li l-istrateġija ekonomika u allura l-mudell ekonomiku jiġi dejjem aġġustat skond l-ħtiġijiet u r-realtajiet li jkun qed jiffaċċja pajjiżna. 5. Tappella lil aktar żgħażagħ jagħżlu karriera fil-politika? Dan il-Gvern dejjem emmen li ż-żagħżagħ għandhom rwol ċentrali fl-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta' pajjiżna. Fil- viżjoni ekonomika għall-għaxar snin li ġejjin mnieda mill-Gvern Laburista, iż-żgħażagħ huma vitali biex jikkontribwixxu għal tisħiħ f 'diversi setturi. Il-Gvern qed jagħti wkoll l-opportunità liż-żgħażagħ jersqu 'l quddiem u jagħtu l-opinjonijiet tagħhom, kif ukoll qed jinkoraġġixxi aktar żgħażagħ ikunu attivi u parti mid-deċiżjonijiet li jittieħdu għall-pajjiż billi jikkontribwixxu attivament fil-politika tal-pajjiż. Iż-żgħażagħ għandhom ħafna x'joffru lill-pajjiżna. Għalhekk l-appell tiegħi huwa bla dubju sabiex aktar żgħażagħ jersqu 'l quddiem u jagħtu l-kontribut tagħhom fis-soċjetà għaliex enerġija żagħżugħa u vuċi friska huma fatturi vitali sabiex il- pajjiż ikompli jimxi 'il quddiem.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 June 2023