Illum previous editions

ILLUM 18 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1501674

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 19

20 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum aħbarijiet 'Ma nstabet l-ebda soluzzjoni effettiva għall-problemi ta' storbju fil-Belt' Iċ-Chairperson ta' ADPD – e Green Party, Sandra Gauci, enfasizzat in-nuqqas ta' pjan u viżjoni min-naħa tal-gvern dwar l-impatti tas- settur tad-divertiment fuq iż- żoni residenzjali, impatti li qed jaffettwaw ħażin lir-residenti ta' bosta lokalitajiet. Gauci qalet illi l-ADPD - e Green Party se jibqa' jinsisti li l-ħarsien tal- ambjent urban, f 'kull aspett tiegħu, hu essenzjali biex niddefendu il-kwalità tal-ħajja tal-familji fil-lokalitajiet kollha. Il-kelliem ta' ADPD, Marcus Lauri, qal li "erġajna qegħdin nitkellmu fuq l-istorbju kkawżat minn attivitajiet kummerċjali għad- detriment tar-residenti għaliex minkejja l-ħafna kliem fieragħ minn diversi awtoritajiet, ma nstabet l-ebda soluzzjoni effettiva għall- problemi li qegħdin isofru l-familji residenti f 'diversi lokalitajiet, mhux inqas fil-belt kapitali tagħna, il-Belt Valletta." Kompla jgħid li n-nuqqas tal- infurzar ta' dak li hemm stipulat fil-liġijiet relatati mal-industrija tad-divertiment ta' billejl qiegħed iwassal għal storbju eċċessiv minn kmieni filgħaxija sal-ħinijiet bikrin ta' filgħodu, "li riżultat tiegħu r-residenti ma jistgħux jistrieħu f 'darhom. Minkejja li hemm regolamenti ċari, dawn ħafna drabi mhux qegħdin jiġu rispettati." Barra minn hekk, sostna li għalkemm qegħdin isiru spot- checks fuq diversi stabbilimenti tad-divertiment fil-ħin tal-gheluq, il-klijenti ta' dawn l-istabbilimenti huma s-sors ta' storbju fit-toroq tal- Belt u għaldaqstant bħala ADPD jemmnu li għandha tkun il-pulizija li tintervjeni biex dan ma jkomplix iseħħ. "Jekk il-Gvern irid li l-postijiet tad-divertiment fil-Belt jaħdmu, għandu jassigura li l-pulizija għandha biżżejjed rizorsi biex tassigura kwalità tal-ħajja għall- familji residenti Beltin," temm jgħid Lauri. Sandra Gauci qalet li huwa ċar li d-dritt tar-residenti għas- serħan il-moħħ u l-paċi f 'darhom qiegħed jitnaqqar b'rata mgħaġġla bejn minħabba kostruzzjoni u anke kif fil-każ ta' postijiet turistiċi minħabba l-istorbju li l-operat ta' uħud mill-istabbilimenti jiġġenera f 'kull ħin tal-ġurnata, speċjalment filgħaxijiet. In-nuqqas ta' sensitività u infurzar mill-awtoritajiet biex ma jkunx hemm abbużi huwa ta' tħassib kbir. Fost l-attivatijiet li kkawżaw ħafna inkonvenjent kellek dak imsejjaħ 'Bora Bora' ġo żona residenzjali fi Triq il-Kaħli u l-madwar f 'San Pawl il-Baħar. Li jingħata l-permess li jsir mhux darba imma b'regolarità juri kemm l-affarijiet isiru mingħajr ma tingħata importanza tal-effetti li permess bħal dan joħloq. Dan insibuh jirrepeti ruħu f 'diversi lokalitajiet speċjalment fis-sajf fil-lokalitijiet ta' madwar il- kosta. Filfatt kellna diversi ilmenti li tkellimna dwarhom matul is- snin. Hemm ukoll aspetti oħra relatati ma' din l-attività fosthom l-ingumbrament ta' bankini u toroq minn imwejjed u siġġijiet ta' stabbilimenti kummerċjali u il-ħmieġ li jħallu warajhom xi operaturi fit-toroq tagħna. Gauci sostniet illi n-nuqqas ta' kontroll mill-awtoritajiet qiegħed inissel rabja fir- residenti, iħallihom priġunieri f 'darhom u ma jħallihomx jorqdu mistreħin. Dan kollhu minħabba li mhijiex qegħda tittieħed l-azzjoni neċessarja dwar dan it-tniġġis bl-istorbju mill-awtoritajiet. ADPD - The Green Party se jibqa' jinsisti li l-ħarsien tal- ambjent urban hu essenzjali biex niddefendu l-kwalità tal-ħajja. "Iridu nersqu lejn politika favur in-nies li tħares lejn l-iżvilupp ekonomiku b'mod ħolistiku u mhux biss lejn in-numri," temmet tgħid Gauci.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 June 2023