Illum previous editions

ILLUM 18 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1501674

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 19

12 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum analizi Vi jew va? L-użu rikreattiv tal-kannabis ta' tipi ta' droga oħra? Iwieġeb Anthony Gatt, il-Psikologu u d-Direttur ta' Caritas Malta Iva u Le. Ir-Risposta għal din il- mistoqsija tvarja skond l-età meta tigi użata u anke r-raġunijiet wara l-użu. It-tip ta' kannabis u l-qawwa tagħha jista' jkollhom effett ukoll. Ir-riskju li wieħed jiżviluppa dipendenza fuq il-kannabis jew anke biż-żmien jesperimenta b'sustanzi oħrajn, jikber aktar f 'età żgħira. Eżempju jekk adolexxent ta' 13-il sena juża l-kannabis l-ewwel bħala espiriment imma mbgħad ikompli jżid l-użu f 'kunest ta' divertiment, u dan l-użu jiżdied fil-frekwenza fil-ħajja ta' kuljum, ikun hemm iktar periklu li persuna tiżviluppa dipendenza fuq il-kannabis stess u anke taqleb għal sustanzi oħra mal-medda taż-żmien. Min naħa l-oħra jekk persuna tibda tpejjep jew tuża l-kannabis iktar tard fil-ħajja, ikun hemm ħafna inqas ċans li wieħed jiżviluppa dipendenza fuq il-kannabis jew anke jaqbeż għal sustanzi oħra. B'dan il-mod dik li hija mgħarufa bħala l-gateway theory cioe li l-użu tal-kannabis jiaħ il- bieb għal użu ta' sustanzi oħra tista' titqies valida jekk ikun hemm użu eżessiv f 'età żgħira u mhux daqshekk taplikka jekk persuna tibda tuża l-kannabis wara 21 sena. Riċerka barranija tindika li f 'adolexenza huma wieħed min sitta li jużaw l-kannabis b'mod eċessiv li jispiċċaw dipendenti fuq il-kannabis u fl-adulti huma wieħed min kull 10. Dan jista' jkun kaġunat min diversi fatturi bioloġici u anke soċjali. Il- moħħ uman jibqa' jiżviluppa sa madwar 25 sena. Moħħ ta' adolexxent isirlu ħafna ħsara jekk jiġu ikkunsmati drogi inkluż l-ħaxixa f 'din l-età meta l-moħħ qed jiżvluppa. Il-moħħ bħal donnu jidhra s-sustanza u l-pattern ta' dipendenza jkun iktar qawwi. Jekk adolexxent jitgħallem li biex tieħu gost trid tikkonsma xi sustanza dan ikun bħal qed jassoċja d-divertiment mas-sustanzi u jista' jiżdied l-esperimentazzjoni b'sustanzi differenti maż-żmien. Ir- raġuni għala persuna tuża l-ħaxixa, għandu wkoll impatt jekk persuna tiżviluppax dipendenza jew anke taqlibx jew tużax sustanci oħra jew le. Mod persuna adulta tibda tuża l-kannabis f 'kuntest soċjali ta' divertiment, u mod tibda tuża l-kannabis għax tinduna li mal-użu tal-kannabis tħossha li tkampa aħjar mal-problemi tal-ħajja. Fl-adulti li jużaw il-kannabis b'mod mhux daqshekk frekwenti u b'mod simili għal li wieħed jieħu tazza nbid f 'kuntest ta' rilassament mal-ħbieb, jew waħdek jew f 'kunest ta' divertiment, ikun hemm inqas ċans li l-persuna tinħakem min vizzju u taqleb għal sustanzi oħra. Imma jekk persuna adulta tkun qed tuża l-kannabis biex tħossha aħjar, biex tkampa aħjar mal-ħajja, biex tneħħi l-biża' jew l-ansjetà jew id-dwejjaq, hawnhekk il-periklu li tiżvilppa dipendenza u 'l quddiem taqleb fuq sustansi oħra, jiżdied b'mod konsiderevoli. Għal din il- persuna jista' jiġi żmien meta tibda tħoss li l-kannabis mhux qed ikollha effett biżżejjed biex tneħħi d-dwejjaq jew l-ansejtà u hemmhekk tipprova xi sustanza ohra. Barra dawn l-aspetti ta' età, tar-raġunijiet wara l-użu, dwar l-ammonti ta' kannabis li tiġi kunsmata li għandhom effett fuq ir- riskju ta' dipendenza u anke riskju li wieħed juża sustanzi oħra hemm fatturi oħra soċjoloġiċi li jaffetwaw kemm nies jużaw il-kannabis u anke droga oħra. Sena u nofs ilu għaddiet liġi li stabilixxiet l-Awtorità dwar l-użu responsabbli tal-kannabis, li anke tippermetti li bniedem ikollu sa erba' pjanti tal-kannabis id-dar u anke t-twaqqif ta' social clubs fejn wieħed jista' jixtri żrieragħ tal-pjanta tal- kannabis jew anke l-ħaxixa nfisha. Ħafna mir-residenti fil-programmi tal-Caritas, anke qabel għaddiet il- liġi, kienu qalulna li iktar kemm il- ħaxixa issir bħal qisha "xejn m'hu xejn" fil-mentalità tal-poplu, ikun iktar probabli li jiżdied l-użu u anke li persuni vulnerabbli jgħaġġlu iktar il-proċess li bih jiġi dipendenti jew jaqbżu għal sustanzi oħra. Diversi esprimew li jekk l-adolexxenti jibdew jaraw l-kannabis normalizzata, dawk iż-żgħażagħ li jfittxu l-eċitament meta wieħed jikser ir-regoli jew jagħmel xi ħaġa off limits, l-kannabis ma tibqax tagħti dak l-eċitament. Jista jkun li dawn iż-żgħażagħ f 'riskju ikbar li jaqgħu vittma ta' dipendenza, jgħaġġlu l-proċess u jaqbżu iktar malajr għal droga bħal kokaina. Mod ieħor kif nispjegha hi li fil-mentalità ta' żgħażagħ f 'riskju, l-kannabis ma tibqax 'the forbidden fruit' imma sustanza oħra bħal kokaina toħdilha posta bħala forbidden fruit.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 June 2023