Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1501674
illum • IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 analiżi 11 bl-istat tad-demokrazija f'pajjiżna Minkejja dan, il-Maltin jidru li huma sodisfatti b'ħajjithom b'mod ġenerali, hekk kif l-istħarriġ jindika li 75% tal- Maltin qalu li ħajjithom sejra fid-direzzjoni t-tajba, filwaqt li huma 5% li stqarru li ħajjithom sejra f 'direzzjoni ħażina. Il-Malti kuntent illi l-Unjoni Ewropea qed tagħti l-appoġġ tagħha lill-Ukrajna L-Ewrobarometru staqsa wkoll lill-Maltin dwar il- preżenza tal-Unjoni Ewropea f 'ħajjithom, u l-maġġoranza assoluta ta' dawk li wieġbu, jiġifieri 87% stqarru li l-azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom impatt fuq ħajjithom. Dan ifisser li l-Maltin iħossuhom ħafna aktar affettwati mill-Unjoni Ewropea mill-medja ta' persuni li jgħixu fl-Unjoni Ewropea, hekk kif kienu biss 71% ta' persuni fl- Unjoni Ewropea li qalu li huma affettwati mid-deċiżjonijiet tagħha. Apparti minn hekk, jidher li nofs il-Maltin jemmnu li l-vuċi tagħhom tgħodd fl-Unjoni Ewropea, hekk kif 50% ta' dawk li rrispondu stqarru dan. Min-naħa l-oħra, 54% qalu li leħinhom jgħodd f 'Malta stess u 70% stqarru li l-vuċi ta' Malta tgħodd fl-Unjoni Ewropea. Min-numru ta' oqsma ta' ħidma tal-Unjoni Ewropea li l-Maltin ġew mistoqsija dwarhom, jidher li l-maġġoranza tal-poplu Malti m'humiex sodisfatti bil-ħidma dwar il-migrazzjoni u l-ażil, hekk kif 64% qalu li m'humiex sodisfatti b'din il-ħidma. Ġie nnutat ukoll li l-patt ekoloġiku tal-Unjoni Ewropea, b'mod notevoli l-ħidma sabiex kull pajjiż inaqqas l-emissjonijiet tal-karbonju, għandu reazzjonijiet imħalltin fost il- Maltin, hekk kif 47% tal-Maltin biss huma sodisfatti b'dan il- patt. Sorprendentement, bħala pajjiż newtrali skont il- kostituzzjoni tagħha, Malta tidher li tappoġġja b'mod b'saħħtu l-appoġġ lill-Ukrajna f 'dan iż-żmien ta' gwerra, hekk kif 76% tal-Maltin qalu li huma sodisfatti bl-appoġġ tal-Unjoni Ewropea lill-Ukrajna. Dan ifisser li pajjiżna huwa 7% aktar sodisfatt mill-medja Ewropea bl-appoġġ lill-Ukrajna. Minn Frar tal-2022, ix- xahar meta faqset il-gwerra fl-Ukrajna, l-Unjoni Ewropea ħarġet mal-10 pakketti ta' sanzjonijiet kontra r-Russja u tat biljuni kbar ta' ewro bħala appoġġ lill-Ukrajna. Apparti minn hekk, għall- ewwel darba fl-istorja tagħha, l-Unjoni Ewropea ssupplixxiet lill-Ukrajna b'varjetà ta' armi, sabiex l-Ukrajna tkun tista' tegħleb il-preżenza tal-militar Russu fi xtutha. Rigward l-azzjoni tal-Unjoni Ewropea f 'dak li għandu x'jaqsam mal-ekonomija, kienu 57% tal-Maltin li qalu li huma sodisfatti b'dawn l-azzjonijiet, li jinkludu l-irkupru ekonomiku u soċjali fiż-żmien ta' wara l-pandemija u l-kunflitt fl- Ukrajna, li lkoll fissru problemi għall-ekonomiji madwar id- dinja. Il-mixja għall-elezzjonijiet tal-Unjoni Ewropea; Inqas minn 356 jum Dan l-istħarriġ mill- Eurobarometru sar ukoll fil- kuntest tal-aħħar sena qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li se jsiru s-sena d-dieħla madwar l-Unjoni Ewropea. Hawn, il-Maltin ġew mistoqsija kemm jagħtu importanza għal dawn l-elezzjonijiet, fejn irriżulta li 48% jagħtu importanza għolja lill-elezzjonijiet Ewroparlamentari, liema numru huwa fuq l-istess livell tal-medja Ewropea. Dan b'kuntrast mal-importanza li tingħata mill-Maltin għall- elezzjonijiet Nazzjonali, hekk kif hawn, 71% qalu li jagħtu importanza għolja lil dawn l-elezzjonijiet. B'mod speċifiku, il- parteċipanti ġew mistoqsija wkoll dwar l-interess tagħhom għall-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla, fejn 64% tal-Maltin qalu li huma interessati fl- elezzjoni li ġejja. Din ir-rata hija xorta waħda ogħla mill- medja Ewropea, hekk kif din hija biss ta' 56%. Iċ-ċifri jkomplu jixhdu kif il-Maltin, bħall-maġġoranza taċ-ċittadini fil-pajjiżi tal- Unjoni Ewropea, jinteressahom inqas mill-politika tal-Unjoni Ewropea milli mill-politika nazzjonali. Dan hekk kif kienu 7% biss li stqarru li jitkellmu b'mod frekwenti dwar il- politika Ewropea, iżda 57% qalu li jiddiskutu dan is-suġġett minn żmien għall-ieħor. Ġie nnutat ukoll li l-politika fuq livell Ewropew ma tiġix segwita f 'Malta daqs kemm tiġi segwita f 'pajjiżi oħra. Dan hekk kif 51% tal-Maltin qalu li qatt jew rari jsegwu aħbarjiet relatati ma' politika Ewropea, filwaqt li 56% tal-persuni fl- Unjoni Ewropea, qalu li jsegwu l-politika fuq il-livell Ewropew. Meta mistoqsija dwar il- futur tal-Unjoni Ewropea, 75% tal-Maltin qalu li huma ottimisti għall-futur tal- proġett Ewropew, liema rata tiżboq sew lil dik tal-medja Ewropea, hekk kif kienu 64% tal-persuni Ewropej li qalu li huma ottomisti għall-futur tal- Unjoni. Dan l-istħarriġ mill- Eurobarometru qabel l-elezzjonijiet Ewroparlamentari jagħti ħarsa lejn diversi oqsma li jaffettwaw il-Maltin, kemm mil-livell nazzjonali, u anke dak Ewropew