Illum previous editions

ILLUM 18 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1501674

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 19

10 IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 • illum Inqas min-nofs il-Maltin sodisfatti aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum analiżi MATTHEW FARRUGIA Kważi nofs il-Maltin m'humiex sodisfatti bid-demokrazija f 'pajjiżna. Dan skont ċifri minn stħarriġ tal-Eurobarometru li ta ħarsa lejn id-demokrazija fil- pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fl- aħħar sena qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Hawn, dawk li pparteċipaw fl-istħarriġ wieġbu numru ta' mistoqsijiet fuq diversi oqsma tad-demokrazija Maltija u dik fl-Unjoni Ewropea. Meta mistoqsija fuq is-sodisfazzjon tagħhom bil-mod ta' kif taħdem id-demokrazija f 'pajjiżna, 35% wieġbu li m'humiex daqshekk sodisfatti bid-demokrazija f 'pajjiżna, filwaqt li 14% oħra wieġbu li m'huma sodisfatti xejn bid-demokrazija. Dan ir-riżultat juri tnaqqis sinifikanti fil-livell ta' sodisfazzjon b'rabta mad- demokrazija f 'pajjiżna, hekk kif stħarriġ simili li staqsa l-istess mistoqsija sena ilu, kien juri li b'kollox kienu 27% tal-Maltin li m'humiex sodisfatti bid- demokrazija f 'Malta. Issa, dan in-numru tela' għal 49%. Ġie nnutat ukoll tnaqqis sinifikanti fl-ammont ta' nies li jemmnu li pajjiżna miexi lejn id-direzzjoni t-tajba. Filwaqt li fl-2022 kienu 65% li jemmnu li Malta sejra fid- direzzjoni t-tajba, issa huma biss 36%, filwaqt li 42% qalu li pajjiżna miexi lejn id-direzzjoni l-ħażina. Il-Eurobarometru jinnota li għall-Maltin il-ġlieda kontra l-korruzzjoni hija l-akbar problema fid-demokrazija Maltija, hekk kif 70% ta' dawk li wieġbu qalu li m'humiex sodisfatti f 'dan l-aspett. Apparti minn hekk, 66% stqarru li l-partiti politiċi mhux jikkunsidraw l-interessi tagħhom, hekk kif kienu biss 29% li qalu li l-partiti jikkunsidraw l-interessi tagħhom. Rigward il-ġlieda kontra l-misinformazzjoni fil- midja, huma 53% li m'humiex sodisfatti b'din il-ġlieda f 'Malta. Apparti dawn iż-żewġ aspetti fid-demokrazija Maltija, il- maġġoranza tal-Maltin huma sodisfatti b'numru ta' aspetti oħra. Fosthom, il-maġġoranza assoluta tal-Maltin jemmnu li l-elezzjonijiet f 'pajjiżna jsiru b'mod ġust u liberu u jemmnu wkoll li l-politika hija aċċessibbli ħafna għal kulħadd. Rigward il-libertà tal-kelma, 64% tal- Maltin huma sodisfatti b'dan l-aspett tad-demokrazija lokali, filwaqt li 62% huma sodisfatti bl-istat tad-dritt f 'Malta. Jidher ukoll li l-Maltin jitkellmu ferm fuq il-politika nazzjonali. Meta mistoqsija dwar jekk jitkellmux dwar il- politika mal-ħbieb u l-familja, 24% qalu li jitkellmu ħafna dwar dan is-suġġett, filwaqt li 57% qalu li jitkellmu dwar il-politika nazzjonali minn ħin għall-ieħor. 75% tal-Maltin kuntenti bil- mod ta' kif sejra ħajjithom L-istħarriġ mill- Ewrobarometru jistaqsi wkoll dwar suġġetti kurrenti li qed jagħmlu impatt fil-ħajja ta' kuljum tan-nies, fosthom l-inflazzjoni, li hija kawża ewlenija wara ż-żieda fil- prezzijiet li qed tinħass minn bosta Maltin u Għawdxin. Hawn, kienu biss 34% li qalu li huma sodisfatti bl-azzjonijiet tal-Gvern biex tiġi indirizzata l-isfida tal-għoli tal-ħajja, filwaqt li 64% qalu li m'humiex sodisfatti b'dak li qed jagħmel il- Gvern f 'dan ir-rigward. Fost l-akbar azzjoni li ħa l-Gvern biex jindirizza ż-żieda fil-prezzijiet, hemm is-sussidju fuq l-enerġija, li jammonta għal kważi 10% tal-budget għal din is- sena, flimkien ma' introduzzjoni ta' mekkaniżmu ta' COLA ġdid għal 37,000 familja vulnerabbli. Minkejja dan, l-inflazzjoni xorta waħda baqgħet taffettwa lill- konsumaturi u negozji Maltin u Għawdxin. Fi Frar li għadda, irriżulta li l-ikel kien fost l-aktar affarjiet li raw żieda fil-prezz tagħhom minħabba l-inflazzjoni, fejn fosthom, il-ħalib, il-bajd, iz- zokkor, iż-żjut tat-tisjir u l-butir kienu kollha soġġetti għal żidiet fil-prezz tagħhom. Fil-fatt, jidher li dan qed iħalli impatt kbir fuq il-Maltin u l-livell t'għajxien tagħhom, fejn kienu qed jirreferu għall- prodotti u servizzi li jaffordjaw jixtru. L-istħarriġ jindika li 62% qalu li l-livell t'għajxien tagħhom diġà naqas u jistennew li se jkompli jonqos tul is-sena d-dieħla, filwaqt li 21% qalu li ma ġewx affettwati, iżda jemmnu li se jonqos il-livell t'għajxien tagħhom tul l-istess perjodu. Fil-fatt, il-maġġoranza ta' dawk kollha minn 15-il sena sa aktar minn 55 sena qalu li raw tnaqqis fil-livell t'għajxien u li jistennew li jkomplu jaraw tnaqqis tul is-sena d-dieħla. Minkejja dan, il-maġġoranza assoluta ta' dawk li rrispondew, jiġifieri 73% qalu li fl-aħħar sena qatt jew kważi qatt ma kellhom problema biex iħallsu l-kontijiet tagħhom, filwaqt li 21% qalu li dan ġieli kien il-każ. Stħarriġ li sar mill-Eurobarometru sena qabel l-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew jagħti ħarsa lejn l-opinjonijiet tal-Maltin dwar diversi oqsma nazzjonali u anke fuq livell Ewropew. Fost l-oħrajn il-Maltin stqarru li l-Unjoni Ewropea mhix tagħmel biżejjed f'dak li għandu x'jaqsam mal-migrazzjoni u l-ażil, filwaqt li wrew sodisfazzjoni assolut rigward l-appoġġ tal-Unjoni Ewropea lill-Ukrajna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 June 2023