Illum previous editions

ILLUM 18 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1501674

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 19

MATTHEW FARRUGIA Tul l-aħħar ġranet, fl-aħbarjiet mix-xena internazzjonali raw tliet politiċi li xi darba kienu jmexxu u jirrappreżentaw lill-partiti u pajjiżi rispettivi tagħhom jiġu investigati b'rabta ma' xi skandli li setgħu kienu involuti fihom. Fil-fatt, dawn l-iskandli huma marbuta mal-eks mexxejja tal-tal- iScottish National Party (SNP) u l-eks Ministru Skoċċiża, Nicola Sturgeon, l-eks Prim Ministru Brittaniku Boris Johnson, u l-eks President Amerikan Donald Trump. Dwar dawn il-każijiet, l-ILLUM tkellmet ma' Brendan Zerafa li ta' sikwit isegwi u janalizza aħbarjiet mix-xena internazzjonali, b'mod speċjali dawk marbuta mal- politika. Zerafa spjega li dawn it- tliet politikanti differenti li ħallew impatt sinifikanti fix-xena politika ta' pajjiżhom, bħalissa mhux għaddejjin minn żmien sabiħ, iżda juru kif fil-politika, meta wieħed jibda t-triq tan-niżla, ieħor jibbenifika ferm minn dan. L-ewwel każ: Nicola Sturgeon Għal kważi deċenju, Sturgeon kienet figura importanti fil- politika Skoċċiża, hekk kif hija ħadet f 'idejha l-partit SNP u saret l-ewwel mara fil-kariga tal-Ewwel Ministru wara li kienet intilfet kampanja biex l-Iskozja tingħata l-indipendenza. Hekk kif ħadet dan l-irwol f 'idejha, il-partit tagħha sar l-akbar partit fl-Iskozja. Dan hekk kif rebħu 56 siġġu fil-kamra tar- rappreżentanti Brittanika, li tfisser żieda ta' 50 siġġu mill-elezzjoni ta' qabel. Fil-11 ta' Ġunju, Sturgeon ġiet arrestata mill-Pulizija Skoċċiża b'rabta ma' investigazzjoni fil- finanzi tal-SNP, hekk kif il-Pulizija kienet qed tinvestiga donazzjoni ta' £600,000 lejn il-partit li kien ingħata għall-kampanja tal- indipendenza Skoċċiża, liema donazzjoni allegatament kienet devjata x'imkien ieħor. Hija nħelset mill-Pulizija dakinhar stess mingħajr akkużi, hekk kif l-investigazzjoni għadha għaddejja. Dwar Sturgeon, Zerafa nnota li mit-tliet politiċi li riċentement sabu ruħhom fi żmien iebes, hija l-iktar persuna li tistona minnhom it-tlieta. Dan hekk kif hija tħaddan politika tax-xellug, filwaqt li Zerafa ddeskriva lil Trump u Johnson bħala popolisti. Fl-Iskozja Zerafa stqarr li l-arrest ta' Sturgeon diġà qed tħalli impatt fuq il-popolaritá tal-partit li kienet tmexxi, hekk kif il-Partit Laburista fl-Iskozja qed jiggwadanja minn din l-aħbar kerha għal Sturgeon. Fil-fatt, rapporti tal-aħbarjiet qed jindikaw li fl-elezzjoni ġenerali tar-Renju Unit li mistennija sseħħ fl-2024, l-SNP kapaċi jitlef nofs is- siġġijiet tiegħu għall-Partit Laburista. Boris Johnson L-eks Prim M i n i s t r u B r i t t a n i k u Boris Johnson h u w a magħruf għall- p e r s o n a l i t à tiegħu u ismu huwa marbut, fost l-oħrajn, mat- tluq tar-Renju Unit mill- Unjoni Ewropea u numru ta' skandli relatati mal-aġir tiegħu u l-Gvern li kien imexxi waqt il- pandemija tal-Covid-19. Simili għal Sturgeon, Johnson kien ġab suċċess kbir għall-partit tiegħu fl- elezzjoni ġenerali tal-2019, hekk kif il-Partit Konservattiv irnexxielu jirbaħ b'maġġoranza ta' 80 siġġu fil- kamra tar-rappreżentanti. Minkejja dan, tliet snin wara, hekk kif numru ta' skandli ħakmu l-gvern ta' Johnson u numru ta' deputati fil-partit tiegħu bdew jirreżenjaw, Johnson ħabbar ir-riżenja tiegħu bħala Prim Ministru u baqa' fil-House of Commons bħala deputat. Dan sakemm it jiem ilu, huwa rriżenja minn din il-pożizzjoni b'rabta ma' rapport li li juri kif Johnson intenzjonalment qarraq bil-kamra tar-rappreżentanti. Dan jorbot mal-fatt li waqt il-pandemija, meta kien hemm numru ta' restrizzjonijiet li ma kinux iħallu nies jiltaqgħu, huwa kien preżenti f 'festin fl-uffiċju tal-Prim Ministru. Johnson irreżenja minn deputat it jiem qabel ma ġie ppubblikat ir-rapport dwar dan il-festin, hekk kif skontu, kien se jiġi sfurzat biex jirreżenja. Minkejja dan, meta ħareġ ir-rapport, irriżulta li huwa kien se jħabbat wiċċu ma' sospensjoni ta' 90 jum biss. Hawn ukoll, B r e n d a n Zerafa nnota kif dan l - i s k a n d l u huwa ta' b e n e f i ċ ċ j u w k o l l g ħ a l l - P a r t i t Laburista Ingliż, li sa issa, jidher li qed igawdi minn dan l-iskandlu fl-aħħar sena qabel l-elezzjoni ġenerali fil-pajjiż. Fil- fatt, kelliema Laburisti Ingliżi qalu lill-midja li se jkunu qed jiġġieldu għas-siġġu ta' Johnson, biex b'hekk ikunu fiċ-ċans li jibdew l-attakk tagħhom minn din is-sena. Donald Trump Illum il-ġurnata, Donald Trump huwa isem magħruf mad-dinja kollha u l-karriera politika tiegħu, għalkemm hija relattivament żagħżugħa kienet waħda unika u kontroversjali. Fl-aħħar jiem, Trump iddomina l-aħbarjiet internazzjonali għal darb' oħra, hekk kif fil-Qorti affaċċja akkużi għat-tieni darba din is-sena, din id-darba, b'rabta ma' dokumenti sigrieti li allegatament żamm wara li temm il-presidenza tiegħu wara l-aħħar elezzjoni fl-Istati Uniti. Aktar kmieni din is-sena, Trump kien akkużat ukoll li qabel ma kien President tal-Istati Uniti, iffalsifika dokumenti tan-negozju sabiex iħallas lill-pornstar Stormy Daniels, biex ma titkellimx dwar relazzjoni li kellhom qabel l-elezzjoni tal- 2016. Dwar Trump, Zerafa tkellem fit-tul dwar kif huwa differenti miż-żewġ politiċi li ddiskuta. Dan hekk kif filwaqt li Boris Johnson u Nicola Sturgeon temmew il- karriera politika tagħhom, Trump xorta waħda qed jimmira li jkun il-kandidat tar-Repubblikani għall-Presidenza tal-Istati Uniti għal darb'oħra. Zerafa nnota li bil-mod karatteristiku ta' Trump, huwa qed jipprova juża din l-isfida għall-vantaġġ tiegħu, hekk kif it wara li ħareġ mill-Qorti, l-organizzazzjoni ta' Trump bagħtet email lill-miljuni ta' partitarji tiegħu b'appell għad- donazzjonijiet. Minkejja dan, ġie nnutat li dan il-każ kontra Trump ta opportunità biex il-kandidati Repubblikani b'aspirazzjonijiet presidenzjali jkunu jistgħu jattakkawh, iżda ċertu kandidati qed iżommu lura minn dan. Brandan Zerafa stqarr li fil-każ ta' dawn it-tliet figuri, il-fatt li bdew jiġu investigati wara li niżlu mill-poter jista' jagħti x'jiem li l-influwenza tagħhom meta kienu fil-poter kienet twassal għal ċertu biżà biex jittieħdu l-passi fil-konfront tagħhom. Minkejja dan, Zerafa jispjega li fil-każ ta' Trump jidher li dawn l-iskandli kontinwi qed ikollhom effett fuq il-popolarità tiegħu u b'hekk jidher li minkejja r-reputazzjoni ġiganteska ta' politiċi bħal Trump, l-elettorat xorta waħda kapaċi jikkastigahom għall-iżbalji tagħhom. 09 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 09 09 Arrest, riżenja u akkużi fil-Qorti - Ġimgħa iebsa għal tliet politiċi kbar fl-Istati Uniti u r-Renju Unit Huwa fatt magħruf li fid-dinja tal-politika, ġimgħa hija twila, iżda fl-aħħar jiem, ħadd ma kien jistenna' li tliet politiċi kbar kien se jkollhom ġimgħa diffiċli daqstant f'salt. L-ILLUM staqsiet lil Brendan Zerafa għall-analiżi tiegħu dwar dak li ġara b'rabta ma' Nicola Sturgeon, Boris Johnson u Donald Trump, it-tliet politiċi li ddeskriva bħala differenti ferm minn xulxin, għajr għaż-żmien 'mhux sabiħ' li jinsabu fih Minkejja r-reputazzjoni ġiganteska ta' politiċi bħal Trump, l-elettorat xorta waħda kapaċi jikkastigahom għall-iżbalji tagħhom. Brendan Zerafa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 June 2023