Illum previous editions

ILLUM 18 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1501674

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 19

06 analiżi IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum Minn wara l-bibien tal-awla... Il-misteru ANTHEA CACHIA Mhux ħatja! Hekk ġew iddikjarati Anthony Bugeja u Piero Di Bartolo, iż-żewġ persuni mixlija bil-qtil ta' Albert Brian Rosso, ir-raġel li għeb, aktarx inqatel, qatt ma nstab u bi probabiltà li qatt ma nsiru nafu x'sar minnu. Rosso għeb fl-2005 u ta' min isemmi li minn dakinhar sa llum għadda biżżejjed żmien biex tarbija li twieldet dakinhar tista' tapplika għal-liċenzja tal- karozza. Daqshekk ilu nieqes u maħsub li huwa mejjet Albert Brian Rosso, mingħajr ebda forma ta' ġustizzja għalih u għal familtu. Bħal dgħajsa maqbuda f 'nofs maltempata din il-ġrajja għandha ħafna ntoppi u taqlib u tibda propju meta Rosso telaq mill-post tax-xogħol, fiċ-ċentru tal-Akkwakultura ta' San Luċjan f 'Marsaxlokk u tibqa' għaddejja sal-aħħar aġġornamenti fil- Qorti ilbieraħ. Din il-ġimgħa, f 'Ġunju tal-2023, beda l-ġuri fil- kontront ta' Bugeja u di Bartolo u lbieraħ b'seba' voti kontra tnejn sabu liż-żewġ akkużati mhux ħatja. Liema voti ħallew lill-familja mingħajr risposta. Għalhekk l-ILLUM tagħti rendikont ta' dak kollu li ntqal minn wara l-bibien tal-awla u fuq kollox dak li kkonvinċa lill- ġurati li Bugeja u Di Bartolo huma innoċenti. Albert ġie mhedded minn Sebastiano Lupo Qabel xejn irridu nsemmu illi Rosso, minkejja li kien jaħdem fiċ-ċentru tal-Akkwakultura fit-Torri ta' San Luċjan f 'Marsaxlokk, kien proprjetarju ta' skuna flimkien ma' Anthony Bugeja. Il-Kaptan ta' din l-iskuna kien Sebastiano Lupo, Sqalli li Rosso kellu diversi argumenti miegħu inkluż fuq flus. Dakinhar tal-għejbien tiegħu, filmati tas-CCTV wrew illi kien telaq mill-post tax-xogħol fit-8:28 a.m. permezz tal-vann tiegħu tat-tip Isuzu, iżda qatt ma rritorna lura. Eventwalment dan il-vann instab fi Triq il-Ħareb Ħal Għaxaq, quddiem id-dar ta' Bugeja. Minkejja li nstab fis-17 ta' Ottubru, ingħad li l-vettura kienet ilha ipparkjata f 'din it- triq għal ġimgħa. Dak iż-żmien ukoll, għaddasa tal-Protezzjoni Ċivili u tal-Forzi Armati ta' Malta fittxew għall- katavru ta' Rosso fl-inħawi tal-kosta ta' Marsaxlokk u Birżebbuġa, iżda baqa' sa llum, qatt ma nstab. Xhieda oħra importanti kienet l-eks uffiċjal tal-Pulizija Toinette Cauchi. Fil-Qorti xehdet li l-kollega ta' Rosso fid- Dipartiment tas-Sajd, ftit qabel ma għeb, kienet sabet lil Rosso inkwetat quddiem il-komputer tiegħu b'idejh ma' rasu. Stqarret li Rosso kien raġel enerġetiku, kuntarjament tal-imġieba tiegħu qabel l-għejbien u li qalilha li rċieva telefonati minn martu dwar dejn, fi żmien meta kien involut fi ftehim dwar l-iskuna. Hija kkonfermat dak li ntqal fl- ewwel jum tal-ġuri, li Rosso kien iżomm pouch dejjem miegħu, liema pouch kien fih pistola għax kien jibża' għal ħajtu. L-eks uffiċjal qalet illi l-karozza ta' Rosso ma kinitx instabet imsakkra iżda ma kienx hemm iċ-ċwievet tagħha ġewwa fiha. Minkejja li nstabu xi ċwievet, l-ebda waħda ma kienet tikkorrispondi mal-vettura. Nhar it-Tlieta xehed ukoll Dott Anthony Gruppetta, id- Direttur tad-Dipartiment tas- Sajd fiż-żmien li seħħ il-każ. Huwa xehed li dakinhar li għeb Rosso, irċieva telefonata mill- għassa tal-Pulizija f 'Ħaż-Żabbar biex jinżel l-għassa. Grupetta kien irrifjuta sakemm il-Pulizija ma jgħidulux fejn kien Rosso, hekk kif issuġġerixxa li jfittxuh viċin it- Torri ta' San Luċjan. Hawn jerġa' jissemma Lupo, hekk kif Grupetta stqarr li Rosso huwa kellu ħafna kunflitti ma' Lupo. Grupetta kkonferma li l-vittma qallu li ġie mhedded minn Lupo li se jagħti n-nar lid- dgħajsa. Rosso tant kien beżgħan illi mar għand il-Kummissarju tal- Pulizija għall-għajnuna Kien imiss ukoll l-eks Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo biex jitla' fuq il-pedana tax-xhud. Huwa qal illi Rosso kien ikkuntattjah għal laqgħa ġimgħa biss qabel ma għeb. Dakinhar tal-laqgħa infurmah b'numru ta' theddid li kienu sarulu inkluż uħud li saru lil martu u lil kollegi tiegħu. Rizzo spjega li l-vittma kien qallu li kien involut f 'diżgwit ma' eks sieħeb fin-negozju dwar xi dejn u li eventwalment mill-investigazzjoni sar jaf li dakinhar tal-għejbien tiegħu, huwa kellu jiltaqa' ma' Anthony Bugeja. L-eks Kummissarju ikkonferma wkoll illi l-vittma kien għamel referenza għal ċertu pulizija Taljan li Hekk kif il-persuni mixlija bil-qtil ta' Albert Brian Rosso, Anthony Bugeja u Piero Di Bartolo, ma jinstabux ħatja tal-qtil, L-ILLUM tagħti ħarsa lejn dak li ntqal u dak li ġie iddikjarat fil-ġuri għal dawn l-aħħar sitt ijiem Xellug: Albert Brian Rosso għeb fl-2005 u bil-qtil tiegħu kienu akkużati Anthony Bugeja (fuq xellug) u Piero Di Bartolo (fuq lemin) li jidhru hawn wat l-aċċess fis-sit f 'Marsaxlokk fejn Rosso deher l-aħħar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 June 2023